Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1083

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1083/2014 tal- 15 ta' Ottubru 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 298, 16.10.2014, p. 5–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1083/oj

    16.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 298/5


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1083/2014

    tal-15 ta' Ottubru 2014

    dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa li għandu jintuża għat-tul kollu tal-perjodu taċ-ċiklu riproduttiv, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu tal-preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) kien awtorizzat provviżorjament għall-qżieqeż u l-ħnieżer tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2003 (2), provviżorjament għall-ħnieżer nisa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2003 (3), provviżorjament għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 (4), għal għaxar snin għall-qżieqeż miftuma u għall-ħnieżer tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 (5) u għal għaxar snin għall-ħnieżer nisa mid-90 jum tat-tqala sal-aħħar taż-żmien tat-treddigħ bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1521/2007 (6).

    (5)

    Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta' Frar 2014 (7), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) ma għandhiex effett ħażin fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Hija kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jżid il-piż tal-qżieqeż imwelda jew iżomm il-kundizzjoni tal-ħanżira. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tal-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (7)

    Bħala konsegwenza tal-awtorizzazzjoni mogħtija b'dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1521/2007 għandu jiġi rrevokat.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija ta' “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabbilizzanti tal-batterja tal-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 1521/2007 huwa rrevokat.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ottubru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2003 tal-11 ta' April 2003 provviżorjament jawtorizza ċerti mikro-organiżmi f'ikel (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 11).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2003 tal-10 ta' Diċembru 2003 provviżorjament jawtorizza ċerti mikro-organiżmi f'ikel (Enterococcus faecium u Lactobacillus acidophilus) (ĠU L 324, tal-11.12.2003, p. 11).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 tal-1 ta' April 2005 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni provviżjorja ta' użi ġodda ta' ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf (ĠU L 84, 2.4.2005, p. 3).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 tal-15 ta' Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv tal-għalf (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 16).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1521/2007 tad-19 ta' Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv tal-għalf (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 24).

    (7)  EFSA Journal 2014; 12(2):3565


    ANNESS

    Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti tal-batterja tal-musrana

    4b1841

    Lactosan GmbH & Co KG

    Enterococcus faecium DSM 7134

    Kompożizzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium DSM 7134 li tinkludi minimu ta':

     

    Trab: 1 × 1010 CFU/g ta' addittiv

     

    Grani (mikroinkapsulati): 1 × 1010 CFU/g ta' addittiv

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Ċelloli vijabbli ta' Enterococcus faecium DSM 7134

    Metodu analitiku  (1)

    Enumerazzjoni: metodu tat-tifrix fuq dixx bl-użu ta' bile esculin azide agar (EN 15788)

    Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (Pulsed Field Gel Electrophoresis — PFGE).

    Ħnieżer nisa

    5 × 108

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-tgerbib.

    2.

    Għas-sigurtà: huwa rrakkomandat li jintużaw protezzjoni għall-imnifsejn u ingwanti waqt l-immaniġġjar.

    Il-5 ta' Novembru 2014


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


    Top