Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1008

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2014 tal- 24 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

    ĠU L 282, 26.9.2014, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1008/oj

    26.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 282/15


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1008/2014

    tal-24 ta' Settembru 2014

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 f'dak li jirrigwarda l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183 (b) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u jiffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

    (2)

    Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

    (3)

    Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

    (4)

    Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Prezz rappreżentattiv

    (f'EUR/100 kg)

    Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

    (f'EUR/100 kg)

    Oriġini (1)

    0207 12 10

    Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

    125,5

    0

    AR

    0207 12 90

    Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

    136,4

    0

    AR

    145,4

    0

    BR

    0207 14 10

    Qatgħat mingħajr għadam, ta' sriedak jew ta' tiġieġ, iffriżati

    303,3

    0

    AR

    227,6

    22

    BR

    329,1

    0

    CL

    268,5

    9

    TH

    0207 14 50

    Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

    196,0

    5

    BR

    0207 14 60

    Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

    146,4

    0

    AR

    138,5

    1

    BR

    0207 27 10

    Qatgħat mingħajr għadam, ta' dundjani, iffriżati

    350,2

    0

    BR

    351,5

    0

    CL

    1602 32 11

    Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedak u ta' tiġieġ

    293,6

    0

    BR


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘Z’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


    Top