Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0985

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 985/2014 tat- 18 ta' Settembru 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru tal-2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

    ĠU L 277, 19.9.2014, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/985/oj

    19.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 277/7


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 985/2014

    tat-18 ta' Settembru 2014

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru tal-2014 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur

    Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

    (2)

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Settembru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2014 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2014 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta' Settembru 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9.


    ANNESS

    Nru tal-grupp

    Nru tas-serje

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.10.2014–31.12.2014

    (f'%)

    P1

    09.4067

    1,472757

    P3

    09.4069

    0,291585


    Top