This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0949
Commission Delegated Regulation (EU) No 949/2014 of 4 September 2014 laying down temporary exceptional measures for the milk and milk product sector in the form of extending the public intervention period for butter and skimmed milk powder in 2014
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 tal- 4 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 949/2014 tal- 4 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014
ĠU L 265, 5.9.2014, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2014
5.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 265/21 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 949/2014
tal-4 ta' Settembru 2014
li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta' Awwissu 2014 il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inkluż il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Din il-projbizzjoni ħolqot theddida serja ta' tfixkil fis-suq bil-potenzjal ta' tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li suq tal-esportazzjoni importanti f'daqqa waħda ma baqax disponibbli. |
(2) |
Minħabab f'hekk, feġġet sitwazzjoni fis-suq fejn il-miżuri normali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jidher li mhumiex biżżejjed. |
(3) |
L-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun disponibbli mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru. |
(4) |
Sabiex jiġu evitat deterjorament sinifikanti fil-prezzijiet u t-tfixkil fis-suq huwa essenzjali li l-intervent pubbliku ikun disponibbli wkoll wara t-30 ta' Settembru 2014. |
(5) |
Għaldaqstant, huwa f'loku li l-perjodu tax-xiri ta' intervent għall-butir u l-ħalib tat-trab xkumat ikun estiż sal-31 ta' Diċembru 2014. |
(6) |
Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, il-miżuri temporanji ta' appoġġ stipulati f'dan ir-Regolament għandhom jidħol fis-seħħ mid-data ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-perjodu li matulu huwa disponibbli l-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2014 għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.