EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0943

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 943/2014 tat- 3 ta' Settembru 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għal applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

ĠU L 264, 4.9.2014, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/943/oj

4.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 943/2014

tat-3 ta' Settembru 2014

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għal applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 (2) fetaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina.

(2)

Notifiki magħmula skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 juru li l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mis-13:00 'il quddiem fit-22 ta' Awwissu 2014 sas-13:00 ħin ta' Brussel fid-29 ta' Awwissu 2014, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) ta' dak ir-Regolament, għall-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4306, ikopru kwantitajiet li huma akbar minn dawk li hemm disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba taħt il-kwota kkonċernata.

(3)

M'għandhomx jinħarġu aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota tariffarja li għandha n-numru tal-ordni 09.4306.

(4)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandhom jinħarġu liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti koperti mill-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4306 u li hija elenkata fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014, għall-applikazzjonijiet li ġew ippreżentati mis-13:00 'il quddiem fit-22 ta' Awwissu 2014 sas-13:00 ħin ta' Brussel fid-29 ta' Awwissu 2014, għall-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom, immultiplikati b'koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 56,751219 % għall-applikazzjonijiet ippreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja li għandha numru tal-ordni 09.4306.

2.   Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom mis-13:00 ħin ta' Brussel fid-29 ta' Awwissu 2014 fil-kuntest tal-kwota li għandha n-numru tal-ordni 09.4306, imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għandu jiġi sospiż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jwassal għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 53).


Top