Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0939

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 939/2014 tat- 2 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 5 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

ĠU L 263, 3.9.2014, pp. 10–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/939/oj

3.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 939/2014

tat-2 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 5 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 għandhom jiġu stabbiliti żewġ ċertifikati.

(2)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 606/2013 u bħala konsegwenza huma marbuta b'dan ir-Regolament.

(3)

Id-Danimarka mhix marbuta b'Regolament (UE) Nru 606/2013 u lanqas minn dan ir-Regolament

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Miżuri ta' Protezzjoni f'Materji Ċivili, stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 606/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-formola li għandha tintuża għall-applikazzjoni ta' ċertifikat msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tkun kif stabbilit fl-Anness I bħala l-Formola I.

2.   Il-formola li għandha tintuża għall-applikazzjoni ta' ċertifikat msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 tkun kif stabbilit fl-Anness II bħala l-Formola II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 181 29.6.2013, p. 4.


ANNESS I

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

Top