This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0926
Commission Implementing Regulation (EU) No 926/2014 of 27 August 2014 laying down implementing technical standards with regard to standard forms, templates and procedures for notifications relating to the exercise of the right of establishment and the freedom to provide services according to Directive 2013/36/EU of the European Parliament and of the Council Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 tas- 27 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2014 tas- 27 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 254, 28.8.2014, pp. 2–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
06/03/2022
|
28.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/2 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 926/2014
tas-27 ta' Awwissu 2014
li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki marbuta mal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(6), l-Artikolu 36(6) u l-Artikolu 39(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Għall-finijiet li jkunu disponibbli formoli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki sabiex wieħed ikun jista' jeżerċita d-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, huwa meħtieġ li jiġu definiti ċerti termini tekniċi sabiex issir distinzjoni ċara bejn in-notifiki tal-fergħa, in-notifiki ta' servizzi, in-notifiki ta' bidliet fid-dettalji ta' passaport ta' fergħa u dawk relatati ma' tmiem ippjanat ta' operat tal-fergħa. |
|
(2) |
L-istabbiliment ta' proċeduri standard li jkopru l-lingwa u l-mezzi ta' komunikazzjoni ta' notifiki ta' passaport mingħand l-istituzzjonijiet ta' kreditu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti se jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-libertà ta' stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. |
|
(3) |
L-istandards tekniċi għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru tad-domiċilju jivvalutataw il-preċiżjoni u l-kompletezza tan-notifiki ta' passaport mressqa sabiex jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet rispettivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti u jiżguraw il-kwalità tan-notifiki ta' passaport sottomessi minn istituzzjonijiet ta' kreditu. |
|
(4) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jindikaw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu l-aspetti partikolari li fih in-notifiki ta' passaport jitqiesu li huma inkompleti jew żbaljati sabiex tiffaċilita l-proċess ta' identifikazzjoni, komunikazzjoni u s-sottomissjoni ta' elementi nieqsa jew inkorretta. |
|
(5) |
Sabiex tkun żgurata trasparenza u evalwazzjoni f'waqtha tan-notifiki sottomessi ta' passaport, huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità l-bidu tal-perjodu ta' tlett xhur kif imsemmi fl-Artikolu 35(3) tad-Direttiva 2013/36/UE sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' oriġini jieħdu deċiżjoni dwar l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva u tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta' kreditu u jikkomunikaw in-notifika ta' passaport lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti. Huwa wkoll meħtieġ ukoll li jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità l-bidu tal-perjodi msemmija fl-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2013/36/UE mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti biex jieħdu d-deċiżjonijiet rispettivi tagħhom u biex jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti lil xulxin jew lil istituzzjonijiet ta' kreditu. |
|
(6) |
Il-konferma tar-riċevuta tan-notifika ta' passaport ta' fergħa minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ospitanti hija meħtieġa biex tiċċara d-data tal-wasla tan-notifika rilevanti, il-perjodu ta' żmien disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ospitanti biex ikunu ppreparati għas-sorveljanza tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u biex jindikaw lilhom kwalunkwe kundizzjonijiet li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkollhom jitwettqu u d-data eżatta li fiha l-istituzzjonijiet ta' kreditu se jkunu f'pożizzjoni li jistabbilixxu l-fergħat tagħhom u jibdew l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti. |
|
(7) |
Sabiex jiżguraw trasparenza fil-kundizzjonijiet li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, l-attivitajiet jistgħu jkollhom jitwettqu fi Stati Membri ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinfurmaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju b'dawk il-kundizzjonijiet li jimponu restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fit-territorju ta' Stati Membri ospitanti. |
|
(8) |
Il-proċeduri għal notifika ta' bidla fil-passaport ta' fergħa għandhom ikopru wkoll il-każ speċifiku ta' tmiem tal-operazzjoni ppjanata tal-fergħa kif dan huwa meqjus tibdila maġġuri fl-operazzjonijiet tal-fergħa li għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti. |
|
(9) |
Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw in-notifiki relatati mal-eżerċizzju tad-dritt tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Biex jiżguraw koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex jiffaċilitaw perspettiva komprensiva u aċċess kumpatt għalihom minn persuni suġġetti għal dawk l-obbligi, huwa mixtieq li jkunu inklużi l-istandards tekniċi regolatorji kollha meħtieġa mid-Direttiva 2013/36/UE f'Regolament wieħed. |
|
(10) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomessi mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) lill-Kummissjoni Ewropea. |
|
(11) |
L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jispeċifika l-formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifiki sabiex jiġu eżerċitati d-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 35(6), l-Artikolu 36(6) u l-Artikolu 39(5) tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“notifika ta' passaport ta' fergħa” tfisser notifika li saret skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta' Stat Membru ieħor lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju; |
|
(2) |
“notifika ta' bidla fid-dettalji ta' fergħa” tfisser notifika li ssir skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni tal-kreditu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti ta' bidla fid-dettalji kkomunikati skont l-Artikolu 35(2)(b), (c) jew (d) ta' dik id-Direttiva; |
|
(3) |
“notifika ta' passaport ta' servizzi” tfisser notifika li saret skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2013/36/UE minn istituzzjoni ta' kreditu li tixtieq teżerċita l-libertà li tipprovdi servizzi billi twettaq l-attivitajiet tagħha fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għall-ewwel darba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju; |
|
(4) |
“notifika ta' passaport” tfisser notifika ta' passaport ta' fergħa, bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħa jew notifika ta' passaport tas-servizzi. |
Artikolu 3
Rekwiżiti ġenerali għan-notifiki ta' passaport
1. In-notifiki tal-passaport sottomessi skont dan ir-Regolament jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
jiġu pprovduti bil-miktub f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew f'xi lingwa aċċettata tal-Unjoni kemm mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti; |
|
(b) |
ikunu notifikati bil-posta, jew b'mezzi elettroniċi fejn dawn jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. |
2. L-awtoritajiet kompetenti jagħmlu l-informazzjoni li ġejja disponibbli għall-pubbliku:
|
(a) |
il-lingwi aċċettati skont il-paragrafu 1(a); |
|
(b) |
l-indirizz fejn għandhom jintbagħtu n-notifiki tal-passaport jekk sottomessi bil-posta; |
|
(c) |
kwalunkwe mezzi elettroniċi li bihom jistgħu jiġu sottomessi n-notifiki tal-passaport u kwalunkwe dettalji ta' kuntatt rilevanti. |
KAPITOLU II
PROĊEDURI GĦAN-NOTIFIKA TA' PASSAPORT TA' FERGĦA
Artikolu 4
Sottomissjoni tan-notifika tal-passaport ta' fergħa
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness I biex jissottomettu notifika ta' passaport ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.
Artikolu 5
Evalwazzjoni tal-kompletezza u l-preċiżjoni tan-notifika tal-passaport ta' fergħa
1. Mal-wasla tan-notifika tal-passaport ta' fergħa l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż Stat Membru ta' oriġini jivvalutaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jqisu li l-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-Artikolu 35(3) tad-Direttiva 2013/36/UE beda fid-data tal-wasla tan-notifika tal-passaport tas-servizzi li fiha informazzjoni li hi stmata kompleta u korretta.
3. Fejn l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tal-passaport tas-servizzi hi stmata mhux kompluta jew żbaljata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jinfurmaw l-istituzzjoni ta' kreditu mingħajr dewmien, u jindikaw b'liema mod l-informazzjoni hi stmata mhux kompluta jew żbaljata.
Artikolu 6
Komunikazzjoni tan-notifika tal-passaport tal-fergħa
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness II biex jikkomunikaw notifika tal-passaport tal-fergħa lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju flimkien ma' kopja tan-notifika tal-passaport tal-fergħa u bl-aħħar informazzjoni disponibbli dwar il-fondi proprji bl-użu tal-formola stabbilita fl-Anness III.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jirrikonoxxu il-wasla tan-notifika tal-passaport tal-fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien, u jiddikjaraw id-data li fiha waslet in-notifika tal-passaport ta' fergħa.
3. Wara l-konferma ta' riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jinfurmaw l-istituzzjoni ta' kreditu mingħajr dewmien b'dan li ġej:
|
(a) |
il-komunikazzjoni tan-notifika tal-passaport tal-fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti; |
|
(b) |
id-data tal-wasla tan-notifika tal-passaport tal-fergħa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti; |
Artikolu 7
Il-komunikazzjoni tal-kundizzjonijiet fl-interess tal-ġid ġenerali
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw bil-miktub lill-istituzzjoni ta' kreditu kwalunkwe kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2013/36/UE li taħthom, fl-interess tal-ġid ġenerali, l-attivitajiet jistgħu jkollhom jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.
2. Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jimponu restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkomunikaw ukoll dawk il-kundizzjonijiet bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.
KAPITOLU III
PROĊEDURI GĦAN-NOTIFIKA TA' BIDLA FID-DETTALJI TAL-FERGĦA
Artikolu 8
Sottomissjoni ta' notifika ta' bidla fid-dettalji tal-fergħa
1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness I biex jinnotifikaw bidla f'fergħa d-dettalji lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti ħlief fejn il-bidla tikkonċerna t-terminazzjoni tal-operazzjoni ppjanata tal-fergħa.
2. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness IV biex jinnotifikaw bidla fid-dettalji ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti fejn il-bidla tikkonċerna t-terminazzjoni tal-operazzjoni ppjanata tal-fergħa.
Artikolu 9
Evalwazzjoni tal-kompletezza u l-preċiżjoni tan-notifika
1. Mal-wasla ta' bidla fin-notifika tad-dettalji ta' fergħa l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż Stat Membru jivvalutaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jqisu li l-perjodu ta' xahar imsemmi fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE beda fid-data tal-wasla tan-notifika tal-bidla fid-dettalji ta' fergħa li fiha informazzjoni li hi stmata kompleta u korretta. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' domiċilju u dawk ospitanti għandhom jikkooperaw sabiex jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE fi żmien il-perjodu msemmi fih.
3. Fejn l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tal-bidla fid-dettalji tal-fergħa hi stmata mhux kompluta jew żbaljata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jinfurmaw l-istituzzjoni ta' kreditu mingħajr dewmien, u jindikaw b'liema mod l-informazzjoni hi stmata mhux kompluta jew żbaljata.
Artikolu 10
Komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu wara n-notifika
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE bil-miktub lill-istituzzjoni ta' kreditu u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2013/36/UE bil-miktub lill-istituzzjoni ta' kreditu.
3. Meta d-deċiżjoni imsemmija fil-paragrafu 2 jkun fiha kundizzjonijiet li jimponu restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkomunikaw ukoll dawk il-kundizzjonijiet bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.
KAPITOLU IV
PROĊEDURI GĦAN-NOTIFIKA TAL-PASSAPORT TAS-SERVIZZI
Artikolu 11
Sottomissjoni tan-notifika tal-passaport tas-servizzi
L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness V biex jissottomettu notifika ta' passaport ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju.
Artikolu 12
Evalwazzjoni tal-kompletezza u l-preċiżjoni tan-notifika tal-passaport tas-servizzi
1. Mal-wasla tan-notifika tal-passaport tas-servizzi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jivvalutaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jqisu li l-perjodu ta' xahar imsemmi fl-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2013/36/UE beda fid-data tal-wasla tan-notifika tal-passaport tas-servizzi li fiha informazzjoni li hi stmata kompleta u korretta.
3. Fejn l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tal-passaport tas-servizzi hi stmata mhux kompluta jew żbaljata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju jinfurmaw l-istituzzjoni ta' kreditu mingħajr dewmien, u jindikaw b'liema mod l-informazzjoni hi stmata mhux kompluta jew żbaljata.
Artikolu 13
Il-komunikazzjoni tan-notifika tal-passaport tas-servizzi
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness VI biex jissottomettu notifika ta' passaport ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
Formola għas-sottomissjoni ta' notifika ta' passaport ta' fergħa jew bidla fin-notifika tad-dettalji ta' fergħa
Fejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu jinnotifikaw bidliet f'notifiki partikolari ta' fergħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom biss jimlew il-partijiet tal-formola li jkun fihom informazzjoni li nbidlet.
1. Informazzjoni tal-kuntatt
|
Tip ta' notifika |
[Notifika ta' passaport ta' fergħa/bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħa] |
|
L-Istat Membru ospitanti li fih il-fergħa tkun se tiġi stabbilita: |
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] |
|
Isem u numru ta' referenza tal-istituzzjoni ta' kreditu: |
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] |
|
L-indirizz tal-istituzzjoni ta' kreditu fl-Istat Membru ospitanti li mingħandha jkunu jistgħu jinkisbu d-dokumenti: |
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] |
|
Il-post prinċipali ta' negozju maħsub tal-fergħa fl-Istat Membru ospitanti: |
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] |
|
Id-data li fiha l-fergħa beħsiebha tibda l-attivitajiet tagħha: |
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] |
|
L-isem tal-persuna ta' kuntatt fil-fergħa: |
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] |
|
Numru tat-telefown: |
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] |
|
Posta elettronika: |
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] |
2. Programm ta' operazzjonijiet
2.1. It-tipi ta' negozju maħsuba
2.1.1. Id-deskrizzjoni tal-objettivi ewlenin u l-istrateġija tan-negozju tal-fergħa u spjegazzjoni ta' kif il-fergħa se tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, tal-grupp tagħha
2.1.2. Id-deskrizzjoni tal-klijenti fil-mira u l-kontropartijiet
2.1.3. Lista tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti bl-indikazzjoni tal-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba ta' negozju fl-Istat Membru ospitanti, inkluża d-data tal-bidu maħsuba għal kull attività prinċipali
|
Nru. |
Attività |
L-attivitajiet li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb li twettaq |
L-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju |
Id-data tal-bidu maħsuba għal kull attività prinċipali |
||||||
|
1. |
Ġbir ta' depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura |
|
|
|
||||||
|
2. |
Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturament b'azzjoni ta' rivalsa jew le, il-finanzjament ta' transazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting). |
|
|
|
||||||
|
3. |
Leasing finanzjarju |
|
|
|
||||||
|
4. |
Servizzi ta' pagament kif definiti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) |
|
|
|
||||||
|
4a. |
Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f'kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti |
|
|
|
||||||
|
4b. |
Servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti |
|
|
|
||||||
|
4c. |
It-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti, inkluż trasferiment ta' fondi fuq kont tal-pagamenti mal-fornitur ta' servizzi ta' pagamenti jew ma' fornitur ta' servizzi ta' pagamenti ieħor:
|
|
|
|
||||||
|
4d. |
Eżekuzzjoni ta' transazzjonjiet ta' pagament fejn il-fondi huma koperti minn linja ta' kreditu għal utent ta' servizzi ta' ħlas:
|
|
|
|
||||||
|
4e. |
Il-ħruġ u/jew il-kisba ta' strumenti tal-pagament |
|
|
|
||||||
|
4f. |
Rimessa ta' flus |
|
|
|
||||||
|
4g. |
Eżekuzzjoni ta' transazzjonjiet ta' pagament fejn il-kunsens ta' min iħallas għall-eżekuzzjoni ta' transazzjoni ta' pagament jingħata permezz ta' kwalunkwe apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT u l-pagament isir lill-operatur tat-telekomunikazzjoni, sistema jew operatur tan-network tal-IT, li jaġixxi biss bħala intermedjarju bejn l-utent ta' servizzi ta' pagament u l-fornitur tal-merkanzija jew is-servizzi (*2) |
|
|
|
||||||
|
5. |
Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta' mezzi oħra ta' pagament (pereżempju travellers' cheques u bankers' drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4 |
|
|
|
||||||
|
6. |
Garanziji u impenji |
|
|
|
||||||
|
7. |
Negozju għall-kont proprju jew f'isem il-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: |
|
|
|
||||||
|
7a. |
|
|
|
|
||||||
|
7b. |
|
|
|
|
||||||
|
7c. |
|
|
|
|
||||||
|
7d. |
|
|
|
|
||||||
|
7e. |
|
|
|
|
||||||
|
8. |
Parteċipazzjoni fi ħruġ ta' titoli u l-forniment ta' servizzi relatati ma' tali kwistjonijiet |
|
|
|
||||||
|
9. |
Parir lill-intrapriżi dwar struttura kapitali, strateġija industrijali u kwistjonijiet relatati u pariri kif ukoll servizzi relatati mal-unifikazzjonijiet u x-xiri tal-intrapriżi |
|
|
|
||||||
|
10. |
Intermedjazzjoni fis-suq monetarju |
|
|
|
||||||
|
11. |
Portfolju amministrattiv u pariri |
|
|
|
||||||
|
12. |
Kustodja u amministrazzjoni ta' titoli |
|
|
|
||||||
|
13. |
Servizzi ta' referenzi ta' kreditu |
|
|
|
||||||
|
14. |
Servizzi ta' kaxxi ta' sigurezza |
|
|
|
||||||
|
15. |
Ħruġ ta' flus elettroniku |
|
|
|
2.1.4. Il-lista tas-servizzi u l-attivitajiet li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti, u li huma previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C tal-Anness I ta' dik id-Direttiva
|
Strumenti Finanzjarji |
Is-servizzi u l-attivitajiet tal-investimenti |
Servizzi anċillari |
|||||||||||||
|
|
A 1 |
A 2 |
A 3 |
A 4 |
A 5 |
A 6 |
A 7 |
A 8 |
B 1 |
B 2 |
B 3 |
B 4 |
B 5 |
B 6 |
B 7 |
|
C1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nota 1: L-intestaturi tar-ringieli u l-kolonni huma referenzi għat-taqsima u n-numri rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE (eż. A1 jirreferi għal punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I). |
|||||||||||||||
2.2. L-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa
2.2.1. Id-deskrizzjoni tal-istruttura organizzazzjonali tal-fergħa, inklużi l-linji ta' rappurtar legali u funzjonali u l-pożizzjoni u r-rwol tal-fergħa fi ħdan l-istruttura korporattiva tal-istituzzjoni u, fejn applikabbli, mill-grupp tagħha
|
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] Id-deskrizzjoni tista' tiġi appoġġjata b'dokumenti rilevanti, bħal skeda organizzazzjonali |
2.2.2. Deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll tal-fergħa, inkluża l-informazzjoni li ġejja:
|
2.2.2.1. |
proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskju tal-fergħa u dettalji dwar il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni, u fejn applikabbli, tal-grupp tagħha
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
|
2.2.2.2. |
kwalunkwe limitu li japplika għall-attivitajiet tal-fergħa, b'mod partikolari l-attivitajiet ta' self tagħha
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
|
2.2.2.3. |
id-dettalji ta' arranġamenti ta' awditjar intern tal-fergħa, inklużi d-dettalji tal-persuna responsabbli għal dawn l-arranġamenti u, fejn applikabbli, dettalji tal-awditur estern
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
|
2.2.2.4. |
l-arranġamenti kontra l-ħasil tal-flus tal-fergħa inklużi dettalji dwar il-persuna maħtura biex jiżguraw konformità ma' dawn l-arranġamenti
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
|
2.2.2.5. |
il-kontrolli fuq l-esternalizzazzjoni u arranġamenti oħra ma' partijiet terzi b'konnessjoni mal-attivitajiet imwettqa fis-settur li huma koperti minn awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
2.2.3. Fejn il-fergħa hija mistennija twettaq wieħed jew aktar mis-servizzi ta' investiment u attivitajiet definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, deskrizzjoni tal-arranġamenti li ġejjin:
|
2.2.3.1. |
l-arranġamenti għas-salvagwardja tal-flus u l-assi tal-klijenti
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
|
2.2.3.2. |
l-arranġamenti għal konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 19, 21, 22, 25, 27 u 28 tad-Direttiva 2004/39/KE u l-miżuri adottati skont dawn mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istat Membru ospitanti
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
|
2.2.3.3. |
il-kodiċi ta' kondotta interna inklużi l-kontrolli fuq ġestjoni ta' kont personali
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
|
2.2.3.4. |
id-dettalji tal-persuna responsabbli biex tittratta ilmenti dwar is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment tal-fergħa
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
|
2.2.3.5. |
id-dettalji tal-persuna maħtura sabiex tassigura l-konformità mal-arranġamenti tal-fergħa rigward servizzi u attivitajiet ta' investiment
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu]
|
2.2.4. id-dettalji ta' esperjenza professjonali tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa
2.3. Informazzjoni oħra
2.3.1. Il-pjan finanzjarju li fih previżjonijiet tal-karta bilanċjali u tal-kontijiet tal-qligħ u t-telf, li jkopru perjodu ta' tliet snin
|
[għandha timtela mill-istituzzjoni ta' kreditu] Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta bħala dokument mehmuż man-notifika |
2.3.2. L-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-garanzija tad-depożiti tal-Unjoni u tal-iskemi ta' protezzjoni tal-investitur li tagħhom l-istituzzjoni hija membru u li jkopru l-attivitajiet u s-servizzi tal-fergħa, flimkien mal-kopertura massima tal-iskema ta' protezzjoni tal-investitur
2.3.3. Id-dettalji tal-arranġamenti tal-IT tal-fergħa
(*1) Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(*2) L-attività msemmija fil-punt 4 g tinkludi l-għoti ta' krediti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2007/64/KE?
☐ iva ☐ le
(1) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS II
Formola għall-komunikazzjoni tan-notifika ta' passaport ta' fergħa
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju: |
|
||
|
Isem il-persuna ta' kuntatt: |
|
||
|
Numru tat-telefown: |
|
||
|
Posta elettronika: |
|
||
|
|
|
||
|
L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti: |
|
||
|
|
[Data] |
||
|
|
Ref: |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
Il-komunikazzjoni ta' notifika ta' passaport ta' fergħa |
|||
|
[Il-komunikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja: |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
||
|
[Dettalji tal-kuntatt] |
|
||
ANNESS III
Formola għall-komunikazzjoni tal-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u r-rekwiżiti tal-fondi proprji
1. L-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji
|
Partita Ir-referenzi kollha huma għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
Ammont (f'miljuni ta' EUR) |
|
Fondi proprji L-Artikoli 4(1)(118) u 72 |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 010 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2)] |
|
Kapital ta' Grad 1 Artikolu 25 |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 015 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 Artikolu 50 |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 020 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Kapital ta' Grad 1 Addizzjonali Artikolu 61 |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 530 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Kapital ta' Grad 2 Artikolu 71 |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 750 fil-Mudell 1 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
2. Rekwiżiti ta' fondi proprji
|
Partita Ir-referenzi kollha huma għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 |
Ammont (f'miljuni ta' EUR) |
|
Ammont totali tal-iskopertura għar-riskji L-Artikoli 92(3), 95, 96 u 98 |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 010 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Ammonti tal-iskopertura ppeżati għar-riskju tal-kreditu, tal-kreditu tal-kontroparti u tar-riskju ta' dilwizzjoni u twassil bla ħlas Punti (a) u (f) tal-Artikolu 92(3) |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 040 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għal aġġustamenti/konsenja Il-punt (c) (ii) tal-Artikolu 92(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 92(4) |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 490 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Ammonti tal-iskopertura għar-riskji tal-pożizzjoni, tal-kambju u tal-kommoditajiet Il-punti (b)(i), (c)(i) u (c)(iii) tal-Artikolu 92(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 92(4) |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 520 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju, għar-riskju operazzjonali Il-punt (e) tal-Artikolu 92(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 92(4) |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 590 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Ammont addizzjonali tal-iskopertura għar-riskju minħabba l-ispejjeż ġenerali fissi L-Artikoli 95(2), 96(2), 97 u 98(1) il-punt (a) |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 630 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju għal aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu Punt (d) tal-Artikolu 92(3) |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 640 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju marbut ma' skoperturi kbar fil-portafoll tan-negozjar Il-punt (b)(ii) tal-Artikolu 92(3) u l-Artikolu 395 sa 401 |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 680 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
|
Ammonti ta' skoperturi għar-riskju oħra L-Artikoli 3, 458, 459 u 500 u l-ammonti ta' skopertura għar-riskju li ma jistgħux jiġu assenjati f'waħda mill-entrati toħrajn ta' din it-tabella |
[dejta kif irrappurtata fir-ringiela 690 fil-Mudell 2 tal-Anness 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014] |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1-1861).
ANNESS IV
Formola għas-sottomissjoni ta' bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħat li tikkonċerna t-terminazzjoni ppjanata tal-operazzjoni ta' fergħa
|
Isem il-persuna ta' kuntatt fl-istituzzjoni ta' kreditu jew fergħa: |
|
||
|
Numru tat-telefown: |
|
||
|
Posta elettronika: |
|
||
|
|
|
||
|
L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju: |
|
||
|
L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti: |
|
||
|
|
|
||
|
|
[Data] |
||
|
|
[Ref:] |
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
Sottomissjoni ta' bidla fin-notifika tad-dettalji tal-fergħat li tikkonċerna t-terminazzjoni ppjanata tal-operazzjoni ta' fergħa |
|||
|
[In-notifika għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja: |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
[Dettalji tal-kuntatt] |
|
||
ANNESS V
Formola għas-sottomissjoni tan-notifika ta' passaport ta' servizzi
1. Informazzjoni tal-kuntatt
|
Tip ta' notifika |
Notifika ta' passaport ta' servizzi |
|
L-Istat Membru ospitanti li fih l-istituzzjoni ta' kreditu tippjana li twettaq l-attivitajiet tagħha: |
|
|
Isem u numru ta' referenza tal-istituzzjoni ta' kreditu: |
|
|
Indirizz tal-uffiċċju ewlieni tal-istituzzjoni ta' kreditu: |
|
|
Isem il-persuna ta' kuntatt fl-istituzzjoni ta' kreditu: |
|
|
Numru tat-telefown: |
|
|
Posta elettronika: |
|
2. Lista tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti bl-indikazzjoni tal-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba ta' negozju fl-Istat Membru ospitanti, inkluża d-data tal-bidu maħsuba għal kull attività prinċipali
|
Nru. |
Attività |
L-attivitajiet li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb li twettaq |
L-attivitajiet li se jikkostitwixxu l-qalba tan-negozju |
Id-data tal-bidu maħsuba għal kull attività prinċipali |
||||||
|
1. |
Ġbir ta' depożiti u fondi oħra li jitħallsu lura. |
|
|
|
||||||
|
2. |
Self li jinkludi, fost l-oħrajn: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturament b'azzjoni ta' rivalsa jew le, il-finanzjament ta' transazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting). |
|
|
|
||||||
|
3. |
Leasing finanzjarju |
|
|
|
||||||
|
4. |
Servizzi ta' pagament kif iddefiniti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE. |
|
|
|
||||||
|
4a |
Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f'kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti |
|
|
|
||||||
|
4b |
Servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti minn kont tal-pagamenti, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex jintuża kont tal-pagamenti |
|
|
|
||||||
|
4c |
It-twettiq ta' tranżazzjonjiet ta' pagamenti, inkluż trasferiment ta' fondi fuq kont tal-pagamenti mal-fornitur ta' servizzi ta' pagamenti jew ma' fornitur ta' servizzi ta' pagamenti ieħor:
|
|
|
|
||||||
|
4d |
Eżekuzzjoni ta' transazzjonjiet ta' pagament fejn il-fondi huma koperti minn linja ta' kreditu għal utent ta' servizzi ta' pagament:
|
|
|
|
||||||
|
4e |
Il-ħruġ u/jew il-kisba ta' strumenti tal-pagament |
|
|
|
||||||
|
4f |
Rimessa ta' flus |
|
|
|
||||||
|
4 g |
Eżekuzzjoni ta' transazzjonjiet ta' pagament fejn il-kunsens ta' min iħallas għall-eżekuzzjoni ta' transazzjoni ta' pagament jingħata permezz ta' kwalunkwe apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT u l-ħlas isir lill-operatur tat-telekomunikazzjoni, sistema jew operatur tan-network tal-IT, li jaġixxi biss bħala intermedjarju bejn l-utent ta' servizzi ta' pagament u l-fornitur tal-merkanzija jew is-servizzi (*1) |
|
|
|
||||||
|
5. |
Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta' mezzi oħra ta' pagament (pereżempju travellers' cheques u bankers' drafts) sa fejn tali attività ma tkunx koperta mill-punt 4 |
|
|
|
||||||
|
6. |
Garanziji u impenji |
|
|
|
||||||
|
7. |
Negozju għall-kont proprju jew f'isem il-klijenti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: |
|
|
|
||||||
|
7a |
|
|
|
|
||||||
|
7b |
|
|
|
|
||||||
|
7c |
|
|
|
|
||||||
|
7d |
|
|
|
|
||||||
|
7e |
|
|
|
|
||||||
|
8. |
Parteċipazjoni fi ħruġ ta' titoli u l-provvedimenti ta' servizzi marbuta ma' dan il-ħruġ |
|
|
|
||||||
|
9. |
Pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet u pariri relatati kif ukoll servizzi relatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta' impriżi |
|
|
|
||||||
|
10. |
Intermedjazzjoni fis-suq monetarju |
|
|
|
||||||
|
11. |
Portfolju amministrattiv u pariri |
|
|
|
||||||
|
12 |
Kustodja u amministrazzjoni ta' titoli |
|
|
|
||||||
|
13. |
Servizzi ta' referenzi ta' kreditu |
|
|
|
||||||
|
14. |
Servizzi ta' kaxxi ta' sigurezza |
|
|
|
||||||
|
15. |
Ħruġ ta' flus elettroniku |
|
|
|
3. Il-lista tas-servizzi u l-attivitajiet li l-istituzzjoni ta' kreditu għandha l-ħsieb twettaq fl-Istat Membru ospitanti, u li huma previsti fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji previsti fit-Taqsima C tal-Anness I ta' dik id-Direttiva
|
Strumenti Finanzjarji |
Is-servizzi u l-attivitajiet tal-investimenti |
Servizzi anċillari |
|||||||||||||
|
|
A 1 |
A 2 |
A 3 |
A 4 |
A 5 |
A 6 |
A 7 |
A 8 |
B 1 |
B 2 |
B 3 |
B 4 |
B 5 |
B 6 |
B 7 |
|
C1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C4 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C5 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C7 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C8 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
C10 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nota 1: L-intestaturi tar-ringieli u l-kolonni huma referenzi għat-taqsima u n-numri rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE (eż. A1 jirreferi għal punt 1 ta' Taqsima A tal-Anness I). |
|||||||||||||||
(*1) L-attività msemmija fil-punt 4 g tinkludi l-għoti ta' krediti skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2007/64/KE?
☐ iva ☐ le
ANNESS VI
Formola għall-komunikazzjoni tan-notifika ta' passaport ta' servizzi
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju: |
|
||
|
Isem il-persuna ta' kuntatt: |
|
||
|
Numru tat-telefown: |
|
||
|
Posta elettronika: |
|
||
|
|
|
||
|
L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti: |
|
||
|
|
|
||
|
|
[Data] |
||
|
|
Ref: |
||
|
|
|
||
|
Il-komunikazzjoni ta' notifika ta' passaport ta' servizzi |
|||
|
[Il-komunikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja: |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
[Dettalji tal-kuntatt] |
|
||