EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0923

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2014 tal- 25 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) u koċineal, aċidu karminiku, karminji (E 120) f'ċerti kategoriji tal-ikel u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tar-riboflavini (E 101) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 252, 26.8.2014, p. 11–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/923/oj

26.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 923/2014

tal-25 ta' Awwissu 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) u koċineal, aċidu karminiku, karminji (E 120) f'ċerti kategoriji tal-ikel u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tar-riboflavini (E 101)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(3)

Il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni (3).

(4)

L-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”), fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Mejju 2008 (4) irrakkomandat it-tnaqqis tad-doża tollerabbli fil-ġimgħa (TWI) tal-aluminju għal 1 mg/kg ta' piż tal-ġisem/ġimgħa. Barra minn hekk, l-Awtorità tqis li f'parti sinifikanti tal-Unjoni, it-TWI rivedut ġeneralment jinqabeż fil-każ ta' dawk li jikkonsmaw ħafna, speċjalment it-tfal. Sabiex jiġi żgurat li t-TWI riveduta ma tinqabiżx, il-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju, inklużi l-koloranti tal-aluminju ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 (5).

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 380/2012 jistipula li l-koloranti tal-aluminju ppreparati mill-kuluri kollha elenkati fit-Tabella 1 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma awtorizzati sal-31 ta' Lulju 2014. Mill-1 ta' Awwissu 2014, il-koloranti tal-aluminju ppreparati mill-kuluri elenkati fit-Tabella 3 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma awtorizzati u biss f'dawk il-kategoriji tal-ikel fejn id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti massimi tal-aluminju li ġej mill-koloranti huma espliċitament iddikjarati fil-Parti E ta' dak l-Anness.

(6)

Matul l-2013, kienu sottomessi u saru disponibbli lill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) u l-estensjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji (E 120). Waqt il-konsidrazzjoni tal-applikazzjonijiet, ingħatat attenzjoni speċjali għall-possibilità ta' esponiment għall-aluminju, mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru 380/2012.

(7)

Fil-koloranti tal-aluminju tal-kuluri, iż-żebgħa ssir insolubbli u tiffunzjona b'mod differenti miż-żebgħa ekwivalenti tagħha (pereżempju titjib fl-istabilità meta tiġi esposta għad-dawl u s-sħana u fil-pH, ma tippermettix li l-kulur jiskula u tagħti sfumatura differenti lill-kuluri taż-żebgħa) għaldaqstant tagħmel lill-forma tal-kolorant adattata għal ċerti applikazzjonijiet tekniċi speċifiċi.

(8)

L-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini toffri alternattiva għall-koloranti tal-aluminju ta' kuluri sofor oħra fl-ikel li għalihom huwa awtorizzat l-użu ta' koloranti tal-aluminju. Il-livelli tal-użu mitluba għall-koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji huma baxxi u l-estensjoni tal-użu jew hija għal prodotti speċjalizzati jew għal prodotti li mhumiex ikkunsmati mit-tfal. Hemm il-ħtieġa għal livell ta' użu ogħla għall-bajd tal-ħut pastorizzat minħabba t-trattament bis-sħana li jiggarantixxi kulur stabbli matul il-perjodu ta' ħżin tal-prodott. Mhuwiex mistenni li l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini u l-estensjoni tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji jkollhom impatt sinifikanti fuq l-esponiment totali għall-aluminju.

(9)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ħlief meta aġġornament bħal dan ma jkunx mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Billi l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini u l-estensjonijiet tal-użu ta' koloranti tal-aluminju ta' koċineal, aċidu karminiku, karminji jikkostitwixxu aġġornament ta' dik il-lista li x'aktarx ma jħallux effett fuq is-saħħa tal-bniedem, mhux meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(10)

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jistipula li kulur jista' jintuża fil-forma ta' koloranti tal-aluminju meta jissemma espliċitament biss. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni ta' koloranti tal-aluminju ta' riboflavini (E 101) teħtieġ modifika tal-ispeċifikazzjonijiet għal dak l-addittiv tal-ikel pprovduta fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu ta' koloranti tal-aluminju tal-kuluri.

(11)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1)

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(4)  Scientific Opinion of the Panel on Food Additives, Flavourings, Processing AIDS and Food Contact Materials (AFC) on Safety of aluminium from dietary intake, (The EFSA Journal (2008) 754, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta' użu u l-livelli ta' użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14).


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1):

Fil-Parti A, fit-Tabella 3 l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 100:

“E 101

Riboflavini”

(2):

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(a)

fil-kategorija 01.7.2 Ġobon misjur:

(i)

l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

125

(83)

ġobon aħmar imraħħam biss”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(83):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju tal-E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 3,2 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(b)

fil-kategorija 08.2 Preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004

(i)

l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

(66)

zalzett tal-kolazzjon b'kontenut minimu ta' ċereali ta' 6 %, laħam tal-burgers b'kontenut minimu ta' ħaxix u/jew ċereali ta' 4 % imħallat fil-laħam biss, (f'dawn il-prodotti, il-laħam huwa kkapuljat b'tali mod li tessuti tal-muskoli u x-xaħam jixxerdu kompletament, sabiex il-fibra titħallat max-xaħam, b'mod li tagħti l-apparenza tipika ta' dawn il-prodotti), prodotti tat-tip merguez, salsicha fresca, mici, butifarra fresca, longaniza fresca, chorizo fresco, cevapcici u pljeskavice”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(66):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(c)

fil-kategorija 09.2 Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

500

(84)

surimi u prodotti simili u sostituti tas-salamun biss”

(ii)

l-ewwel entrata għall-addittiv E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

(35) (85)

pejst tal-ħut u pejst tal-krustaċji biss”

(iii)

jiżdiedu dawn in-noti ta' qiegħ il-paġna:

 

 

“(84):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 4 mg/kg. Bħala deroga għal din ir-regola, il-limitu massimu għal sostituti tas-salamun biss għandu jkun ta' 5.5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.

 

 

(85):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji ta' 2 mg/kg fil-pejs tal-ħut biss. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(d)

Fil-kategorija 09.3 Bajd tal-ħut:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

300

(86)

ħlief bajd tal-Isturjuni (Caviar)”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(86):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 3 mg/kg. Bħala deroga għal din ir-regola, il-limitu massimu għal prodotti pastorizzati biss għandu jkun ta' 50 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(e)

fil-kategorija 14.2.6 Spirti kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 110/2008:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

200

(87)

ħlief: xorb spirituż kif definit fl-Artikolu 5(1) u denominazzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-paragrafi 1-14 tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u spirti (preċeduti mill-isem tal-frotta) miksuba b'maċerazzjoni u distillazzjoni, Geist (bl-isem tal-frotta jew tal-materja prima użata), London Gin, Sambuca, Maraschino, Marrasquino jew Maraskino u Mistrà.”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(f)

fil-kategorija 14.2.7.1 Inbid aromatizzat:

(i)

l-entrata għall-addittiv E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

(26) (27) (87)

americano, bitter vino biss”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(g)

fil-kategorija 14.2.7.2 Xarbiet abbażi ta' inbid aromatizzat:

(i)

l-entrata għall-addittiv E 120 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 120

Koċineal, Aċidu Karminiku, Karminji

100

(28) (87)

bitter soda biss”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(h)

fil-kategorija 14.2.7.3 Cocktails ta' prodotti tal-inbid aromatizzati:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

200

(87)”

 

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(i)

Fil-kategorija 14.2.8 Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta' xarbiet alkoħoliċi ma' xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b'inqas minn 15 % ta' alkoħol:

(i)

l-entrata għall-Grupp III tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

200

(87)

xarbiet alkoħoliċi b'kontenut alkoħoliku ta' inqas minn 15 % u nalewka na winie owocowym, aromatyzowana nalewka na winie owocowym, nalewka na winie z soku winogronowego, aromatyzowana nalewka na winie z soku winogronowego, napój winny owocowy lub miodowy, aromatyzowany napój winny owocowy lub miodowy, wino owocowe niskoalkoholowe u aromatyzowane wino owocowe niskoalkoholowe biss”

(ii)

tiżdied din in-nota f'qiegħ il-paġna:

 

 

“(87):

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22 (1) (g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dak il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”


ANNESS II

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Is-sentenza li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-entrata tal-addittiv E 101 (i) RIBOFLAVIN:

“Jistgħu jintużaw il-koloranti tal-aluminju ta' dan il-kulur.”

(2)

Is-sentenza li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-entrata tal-addittiv E 101 (ii) RIBOFLAVIN-5′-PHOSPHATE:

“Jistgħu jintużaw il-koloranti tal-aluminju ta' dan il-kulur.”


Top