This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0916
Commission Implementing Regulation (EU) No 916/2014 of 22 August 2014 approving the basic substance sucrose in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market, and amending the Annex to Commission Implementing Regulation (EU) No 540/2011 Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 916/2014 tat- 22 ta' Awwissu 2014 li japprova s-sustanza bażika sukrożju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 916/2014 tat- 22 ta' Awwissu 2014 li japprova s-sustanza bażika sukrożju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 251, 23.8.2014, p. 16–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 916/2014
tat-22 ta' Awwissu 2014
li japprova s-sustanza bażika sukrożju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fl-24 ta' April 2013 il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand ITAB għall-approvazzjoni tas-sukrożju bħala sustanza bażika. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3). |
(2) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn' il quddiem “l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. Fit-12 ta' Ġunju 2014, l-Awtorità ppreżentat Rapport Tekniku dwar is-sustanza inkwistjoni lill-Kummissjoni (2). Il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta' analiżi (3) u l-abbozz ta' dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni tas-sukrożju lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014. |
(3) |
Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-applikant turi li s-sukrożju jissodisfa l-kriterji ta' oġġett tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, is-sustanza mhix użata b'mod predominanti għall-finijiet ta' protezzjoni tal-pjanti iżda madankollu għandha użu fil-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jikkonsisti mis-sustanza u l-ilma. Konsegwentement, għandha titqies bħala sustanza bażika. |
(4) |
Mill-eżamijiet imwettqa deher li s-sukrożju jista' jkun mistenni li jissodisfa, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li s-sukrożju jkun approvat bħala sustanza bażika. |
(5) |
F'konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni li huma spjegati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta' sustanza bażika
Is-sustanza sukrożju, kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata bħala sustanza bażika skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Emendi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Il-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ u d-data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-EFSA dwar l-applikazzjoni tas-sustanza bażika sukrożju u l-konklużjonijiet meħuda mill-EFSA dwar il-punti speċifiċi mqajma. 2014:EN-616.27 pp.
(3) http://ec.europa.eu/sanco_pesticides/public/?event=homepage
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
Sukrożju Nru CAS: 57-50-1 |
α-D-glukopiranosil-(1→2)-β-D-fruktofuranosur jew β-D-fruktofuranosil-(2→1)-α-D-glukopiranosur |
Grad tal-ikel |
L-1 ta' Jannar 2015 |
L-użi bħala sustanza bażika li tkun stimulant tal-mekkaniżmi ta' difiża naturali tal-għelejjel biss huma approvati. Is-sukrożju jista' jintuża f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar is-sukrożju (SANCO/11406/2014) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-mod tal-użu tas-sustanza attiva huma mogħtija fir-rapport ta' analiżi.
ANNESS II
Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja:
Numru |
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
“3 |
Sukrożju Nru CAS: 57-50-1 |
α-D-glukopiranosil-(1→2)-β-D-fruktofuranosur jew β-D-fruktofuranosil-(2→1)-α-D-glukopiranosur |
Grad tal-ikel |
L-1 ta' Jannar 2015 |
L-użi bħala sustanza bażika li tkun stimulant tal-mekkaniżmi ta' difiża naturali tal-għelejjel biss huma approvati. Is-sukrożju jista' jintuża f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' analiżi dwar is-sukrożju (SANCO/11406/2014) u b'mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif ġew iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-mod tal-użu tas-sustanza attiva huma mogħtija fir-rapport ta' analiżi.