This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0884
Commission Implementing Regulation (EU) No 884/2014 of 13 August 2014 imposing special conditions governing the import of certain feed and food from certain third countries due to contamination risk by aflatoxins and repealing Regulation (EC) No 1152/2009 Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat- 13 ta' Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat- 13 ta' Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 242, 14.8.2014, pp. 4–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Imħassar b' 32019R1793
|
14.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 884/2014
tat-13 ta' Awwissu 2014
li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 (2) għandu jiġi emendat sostanzjalment u l-kamp ta' applikazzjoni għandu jiġi estiż għall-għalf. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3) jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta' aflatossini fil-prodotti tal-ikel għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Wieħed jista' jinnota li dawn il-livelli massimi ta' aflatossini ta' spiss jinqabżu f'ċerti oġġetti tal-ikel li ġejjin minn ċerti pajjiżi. Din il-kontaminazzjoni tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u għaldaqstant huwa xieraq li jiġu adottati miżuri speċjali fil-livell tal-Unjoni. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi livelli massimi permessi ta' aflatossini B1 fl-għalf għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali. Wieħed jista' josserva li l-livelli massimi tal-aflatossini B1 ta' spiss jinqabżu f'ċerti oġġetti tal-ikel li ġejjin minn ċerti pajjiżi. Din il-kontaminazzjoni tikkostitwixxi theddida serja għas-saħħa pubblika u tal-annimali tal-Unjoni u huwa għaldaqstant xieraq li jiġu adottati miżuri speċjali f'livell tal-Unjoni. |
|
(4) |
Għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u tal-annimali huwa importanti li l-għalf u l-ikel komposti li fihom ammont sinifikanti mill-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament, jidħlu wkoll taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġi stabbilit livell ta' limitu sabiex jiġi żgurat l-infurzar armonizzat tal-kontrolli fl-UE kollha tal-għalf u l-ikel pproċessati u komposti. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu esklużi kunsinni mhux kummerċjali mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi tal-kunsinni għandhom jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet dwar teħid tal-kampjuni u l-analiżi għall-kontroll tal-aflatossini fl-għalf huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (5) u fl-ikel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (6). |
|
(6) |
Peress li l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini jeħtieġu dispożizzjonijiet tal-applikazzjoni simili għal dawk tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini, huwa xieraq li l-għalf u l-ikel, li għalihom huma imposti kundizzjonijiet speċjali minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni tal-aflatossini, jiġu inklużi f'Regolament wieħed. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi f'dan ir-Regolament id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-karawett mill-Indja u mill-Gana u ż-żrieragħ tad-dulliegħ min-Niġerja previsti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 (7). Simultanjament, ir-Regolament (UE) Nru 91/2013 għandu jinbidel b'Regolament ġdid li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet rigward l-okra u l-weraq tal-kari mill-Indja. |
|
(7) |
Abbażi tar-riżultati tal-kontroll u l-eżitu tal-awditjar tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO), il-bidliet li ġejjin fil-prodotti li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi u/jew frekwenzi ta' kontroll huma xierqa:
|
|
(8) |
Is-sistema ta' kontroll prevista għall-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament ġiet applikata għal ħafna snin u ttejbet kontinwament abbażi tal-esperjenzi miksuba. Armonizzazzjoni sħiħa tal-kontrolli fuq l-importazzjoni tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali mhix possibbli minħabba li ma jistgħux jitwettqu l-kontrolli fiżiċi kollha meħtieġa fuq l-aflatossini fil-punt tad-dħul magħżul. Il-kontroll fuq il-preżenza tal-aflatossini skont ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 jieħu ħafna ħin u jeħtieġ li tinħatt il-kunsinna. Barra minn hekk, bosta komoditajiet koperti minn dan ir-Regolament huma trasportati f'ippakkjar tal-vakwu u l-qerda tal-ippakkjar tal-vakwu, ikkawżata minħabba t-teħid tal-kampjuni, tista' jirriżulta f'telf ta' kwalità f'każ li l-kunsinna trid tiġi ttrasportata għal distanza twila wara l-kontroll fiżiku. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, huwa xieraq li d-dokumenti amministrattivi marbutin mal-kontrolli tal-għalf u l-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali jiġu armonizzati. Għalhekk, filwaqt li l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tal-għalf u l-ikel koperti b'dan ir-Regolament mhumiex identiċi għall-għalf u l-ikel koperti bir-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 669/2009 (8), huwa xieraq li jintuża l-istess Dokument Komuni tad-Dħul (DKD) bil-ħsieb li jkun hemm simplifikazzjoni amministrattiva għall-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel. Madankollu, huwa meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dak id-DKD għal dan ir-Regolament, jiġu pprovduti noti addizzjonali ta' spjega fin-noti ta' gwida biex jiġu indirizzati d-differenzi fis-sistemi ta' kontroll. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' Applikazzjoni
1. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (9), dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li ġejjin li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM u l-klassifikazzjonijiet tat-TARIC stabbiliti fl-Anness I:
|
(a) |
Ġewż tal-Brażil bil-qoxra u taħlitiet ta' ġewż jew frott imnixxef li fihom il-ġewż tal-Brażil bil-qoxra (ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Brażil; |
|
(b) |
Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu miċ-Ċina; |
|
(c) |
Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Eġittu; |
|
(d) |
Pistaċċi bil-qoxra u bla qoxra, pistaċċi ppreparat jew ippreservat mod ieħor (ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Iran; |
|
(e) |
L-ikel li ġej, li joriġina mit-Turkija jew li jasal minn hemm:
|
|
(f) |
Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Gana; |
|
(g) |
Karawett bil-qoxra u bla qoxra, butir tal-karawett, karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jaslu mill-Indja; |
|
(h) |
Żrieragħ tad-dulliegħ u prodotti dderivati minnu (ikel) li joriġinaw jew li jaslu min-Niġerja. |
2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal għalf u ikel ipproċessat mill-għalf u l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 u l-għalf u l-ikel kompost, li fihom kull għalf jew ikel imsemmi fil-paragrafu 1 fi kwantità ta' 'l fuq minn 20 %.
3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kunsinni tal-ikel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li huma ddestinati għal persuna privata għall-konsum u l-użu personali biss. F'każ ta' dubju, il-piż tal-provi huwa tar-riċevitur tal-kunsinna.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“il-punti magħżula għall-importazzjoni (PMI)” tfisser kull punt, magħżul mill-awtorità kompetenti, li minnu jistgħu jiġu importati fl-Unjoni l-għalf u l-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1. |
|
(b) |
“il-punt tad-dħul magħżul (PDM)” tfisser il-punt tad-dħul kif definit fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009. |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kunsinna tikkorrispondi għal lott kif imsemmi fir-Regolamenti (KE) Nru 401/2006/KE u (KE) Nru 152/2009.
Artikolu 3
Importazzjoni fl-Unjoni
Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala għalf u ikel) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi
1. Kull kunsinna ta' għalf u ikel għandhom ikunu akkumpanjati mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, jew tal-pajjiż minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dak il-pajjiż huwa differenti mill-pajjiż tal-oriġini, sabiex tkun aċċertata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi tal-aflossini.
2. It-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 għall-aflatossini fl-għalf u skont ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 għall-aflatossini fl-ikel.
Artikolu 5
Ċertifikat tas-saħħa
1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata wkoll minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness II.
2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jimtela, jiġi ffirmat u vverifikat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn ġejja l-kunsinna jekk dan il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini.
L-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini hija
|
(a) |
il-Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento (MAPA) għall-ikel mill-Brażil; |
|
(b) |
l-Amministrazzjoni Statali għall-Ispezzjoni tad-Dħul-Ħruġ u tal-Kwarantina tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-għalf u l-ikel miċ-Ċina; |
|
(c) |
il-Ministeru tal-Agrikoltura Eġizzjan għall-għalf u l-ikel mill-Eġittu; |
|
(d) |
il-Ministeru tas-Saħħa Iranjan għall-ikel mill-Iran; |
|
(e) |
id-Direttorat Ġenerali tal-Protezzjoni u l-Kontroll tal-Ministeru tal-Agrikoltura u Affarijiet Rurali tar-Repubblika tat-Turkija għall-ikel mit-Turkija; |
|
(f) |
l-Awtorità tal-Istandards tal-Gana għall-għalf u l-ikel mill-Gana; |
|
(g) |
il-Kunsill tal-Ispezzjoni tal-Esportazzjoni tal-Indja tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija għall-għalf u l-ikel mill-Indja; |
|
(h) |
l-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni u l-Kontroll tal-Ikel u l-Mediċinali (NAFDAC) għall-ikel min-Niġerja. |
3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-punt tad-dħul magħżul. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
4. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun validu biss għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.
Artikolu 6
Identifikazzjoni
Kull kunsinna ta' għalf u ikel għandha tiġi identifikata b'kodiċi ta' identifikazzjoni (il-kodiċi tal-kunsinna) li jikkorrispondi mal-kodiċi tal-identifikazzjoni miktub fuq ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5. Kull borża individwali, jew forma oħra ta' imballaġġar, tal-kunsinna għandha tiġi identifikata b'dan il-kodiċi ta' identifikazzjoni.
Artikolu 7
Notifika bil-quddiem tal-wasla tal-kunsinni
1. L-operaturi tan-negozju tal-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw bil-quddiem id-data u l-ħin mistennija tal-wasla fiżika tal-għalf u l-ikel lill-awtoritajiet kompetenti fil-PDM, u dwar in-natura tal-kunsinna.
2. Għall-fini tan-notifika minn qabel, għandhom jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) imsemmi fl-Artikolu 3 (a) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-PDM, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.
3. Biex jimlew id-DKD fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jirreferu għan-noti ta' gwida stabbiliti fl-Anness III.
4. F'każ li l-PMI hu differenti mill-PDM, l-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-PMI, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna.. In-notifika għandha ssir billi l-operatur tan-negozju tal-ikel u l-għalf jibgħat kopja tad-DKD mimli fir-rigward tal-kontroll dokumentat mill-awtorità kompetenti fil-PDM.
5. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-PDM. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li d-DKDi jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
Artikolu 8
Il-punti magħżula għall-importazzjoni (PMI)
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-PMI jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
li jkun hemm staff imħarreġ biex iwettaq il-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-għalf u l-ikel; |
|
(b) |
li jkun hemm disponibbli struzzjonijiet dettaljati dwar it-teħid tal-kampjuni u kif dawn għandhom jintbagħtu lil-laboratorju, skont id-dispożizzjonijiet fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 għall-għalf u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006 għall-ikel; |
|
(c) |
li jkun possibbli li jitwettqu l-ħatt u t-teħid tal-kampjuni f'post protett fil-punt magħżul għall-importazzjoni; għandu jkun possibbli li l-kunsinna tal-għalf u l-ikel titqiegħed taħt il-kontroll uffiċjali tal-awtorità kompetenti mill-PMI 'il quddiem f'każijiet fejn, wara qbil mal-awtorità kompetenti, il-kunsinna trid tiġi trasportata għal post fl-akkwati viċin tal-PMI sabiex jitwettaq it-teħid tal-kampjuni; |
|
(d) |
li jkun hemm disponibbli kmamar għall-ħżin, imħażen fejn il-kunsinni tal-għalf u l-ikel jistgħu jinżammu f'kundizzjonijiet tajba fl-istennija għar-riżultati tal-analiżi; |
|
(e) |
li jkun hemm disponibbli tagħmir tal-ħatt u tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni; |
|
(f) |
li jkun hemm disponibbli laboratorju uffiċjali għall-analiżi tal-aflatossina, lokat f'post fejn il-kampjuni jistgħu jittieħdu f'perjodu ta' żmien qasir u li hu kapaċi jwettaq l-analiżi fiż-żmien limitat xieraq. |
L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata tal-PMIs u jagħmluha disponibbli lill-pubbliku. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din il-lista lill-Kummissjoni.
Fuq is-sit tal-Internet tagħha, il-Kummissjoni għandha turi l-ħoloq elettroniċi nazzjonali li jwasslu għal dawn il-listi, għal skopijiet ta' informazzjoni.
L-operaturi tan-negozji tal-għalf u l-ikel għandhom jiżguraw il-ħatt tal-kunsinna tal-għalf u l-ikel meħtieġa biex ikun jista' jseħħ it-teħid rappreżentattiv tal-kampjuni.
F'każi ta' trasport speċjali jew forom speċifiċi ta' imballaġġar, l-operatur għandu jagħmel disponibbli lill-ispettur uffiċjali t-tagħmir xieraq tat-teħid tal-kampjuni jekk dan it-teħid tal-kampjuni ma jkunx jista' jitwettaq b'mod rappreżentattiv bit-tagħmir normali tat-teħid tal-kampjuni.
Artikolu 9
Kontrolli uffiċjali
1. Il-kontrolli kollha uffiċjali u l-mili tad-DKD għandhom jitwettqu fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mill-mument li l-kunsinna tiġi offerta għall-importazzjoni u tkun fiżikament disponibbli għat-teħid tal-kampjuni fil-PMI.
2. Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel jistgħu jidħlu biss fl-Unjoni mill-PDM. L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tagħmel verifiki dokumentati fuq kull kunsinna tal-għalf u l-ikel intiża għall-importazzjoni fl-Unjoni biex taċċerta konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, dawk il-Punti tad-Dħul magħżula biss huma awtorizzati biex iwettqu l-verifiki dokumentati. F'dak il-każ dawn il-PDM ma għandhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.
3. Meta l-kunsinna tal-għalf u l-ikel ma tkunx akkumpanjata mir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi u ċ-ċertifikat tas-saħħa jew fejn ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi jew iċ-ċertifikat tas-saħħa ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, il-kunsinna ma tkunx tista' tidħol fl-Unjoni u għandha tintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini jew tinqered.
4. L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tawtorizza t-trasferiment tal-kunsinna għall-PMI wara li jitlestew b'mod favorevoli l-verifiki msemmija fil-paragrafu 2. Iċ-ċertifikat oriġinali, ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u d-DKD għandhom jakkumpanjaw il-kunsinna fit-trasferiment. L-awtorità kompetenti tal-PDM għandha tinforma immedjatament lill-awtorità kompetenti fil-PMI bit-trasferiment tal-kunsinna u l-operatur tan-negozju għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-PMI bil-wasla tal-kunsinna mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna. F'każ li l-operatur tan-negozju jiddeċiedi li jbiddel il-PMI wara li l-kunsinna tkun telqet mill-PDM, id-dokumenti għandhom jerġgħu jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-PDM biex taqbel u twettaq il-bidliet neċessarji fid-DKD u għaldaqstant, l-awtorità kompetenti tal-PDM tinforma lill-PMI b'dawn il-bidliet rilevanti.
5. L-awtorità kompetenti fil-PMI għandha twettaq verifika tal-identità u verifika fiżika billi jittieħed kampjun għall-analiżi tal-aflatossina B1 għall-għalf jew l-aflatossina B1 u għall-kontaminazzjoni totali tal-aflatossini għall-ikel fuq kunsinni bi frekwenza stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament qabel ma taċċetta r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. It-teħid tal-kampjuni jitwettaq għall-għalf skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 u għall-ikel skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006.
6. L-awtoritajiet kompetenti, wara li jtemmu l-verifiki, għal dawk li jkunu għamlu huma stess, għandhom:
|
(a) |
jimlew l-annotazzjonijiet rilevanti tal-Parti II tad-DKD; |
|
(b) |
jgħaqqdu r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa; |
|
(c) |
jipprovdu u jimlew in-numru ta' referenza tad-DKD fuq id-DKD; |
|
(d) |
jittimbraw u jiffirmaw l-oriġinali tad-DKD; |
|
(e) |
jagħmlu u jżommu kopja tad-DKD iffirmat u ttimbrat. |
Biex id-DKD jimtela fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tirreferi għan-noti ta' gwida stabbiliti fl-Anness III.
7. L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5, ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmijin fl-Artikolu 4 u d-DKD għandhom jakkumpanjaw il-kunsinna matul it-trasferiment tagħha, sa ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 10
Qsim tal-kunsinna
1. Il-kunsinni ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew il-kontrolli uffiċjali kollha, u jkun imtela kompletament id-DKD mill-awtoritàjiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 9.
2. Fil-każ li wara dan, il-kunsinna tinqasam, għandha tintbagħat kopja awtentikata tad-DKD ma' kull parti tal-kunsinna matul it-trasport tagħha sakemm din tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 11
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kunsinni għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni (b'mod fiżiku jew elettroniku) mill-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew mir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana ta' DKD mimli mill-awtorità kompetenti ladarba jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tindika deċiżjoni favorevoli għal dan fil-kaxxa II.14 u ffirmata fil-kaxxa II.21 tad-DKD.
Artikolu 12
Nuqqas ta' konformità
Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Artikolu 13
Rapporti
Kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni bir-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-għalf u l-ikel skont dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat matul ix-xahar li jaħbat wara kull tliet xhur fis-sena.
Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
l-għadd ta' kunsinni importati; |
|
— |
l-għadd ta' kunsinni li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi; |
|
— |
ir-riżultati tal-verfiki kif stipulat fl-Artikolu 9(5); |
Artikolu 14
Spejjeż
L-ispejjeż kollha tal-kontrolli uffiċjali, inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed wara r-riżultat ta' nuqqas ta' konformità, għandhom jitħallsu mill-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel.
Artikolu 15
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 huwa b'dan imħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar id-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 40).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(4) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2013 tal-31 ta' Jannar 2013 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-importazzjoni ta' karawett mill-Gana u l-Indja, okra u weraq tal-kari mill-Indja u żrieragħ tad-dulliegħ min-Niġerja u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 u (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 2).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż- żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS I
Għalf u ikel soġġetti għall-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament:
|
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
TARIC sottodiviżjoni |
Il-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż tal-kunsinna |
Frekwenza ta' verifiki fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni |
|||||
|
|
|
Il-Brażil (BR) |
Aleatorju |
|||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
Iċ-Ċina (CN) |
20 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Eġittu (EG) |
20 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Iran (IR) |
50 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
20 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Aleatorju |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
Il-Gana (GH) |
50 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u Ikel) |
|
||||||||
|
|
|
L-Indja (IN) |
20 |
|||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
||||||||
|
Żerriegħa tad-dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) u l-prodotti dderivati minnha |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 ; |
10 30 50 |
In-Niġerja (NG) |
50 |
|||||
|
(Ikel) |
|
ANNESS III
Noti ta' gwida għad-DKD fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-każ ta' għalf u ikel importati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-aflatossini fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament
|
Ġenerali |
Għall-użu tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, meta jissemma d-“PDM”, dan għandu jinftiehem bħala “il-punt tad-dħul magħżul” jew “il-punt magħżul għall-importazzjoni (PMI)” kif stipulat fin-noti speċifiċi għal kull kaxxa. Kull fejn ikun imsemmi l-“punt ta' kontroll”, dan għandu jinftiehem bħala “punt magħżul għall-importazzjoni”. Imla d-dokument b'ittri kbar. In-noti jidhru ħdejn in-numru tal-kaxxa rilevanti. |
|
Parti I |
Din it-taqsima għandha timtela mill-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, fejn mhux indikat mod ieħor. |
|
Kaxxa I.1. |
Il-kunsinnatur: l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (l-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel) li qed tibgħat il-kunsinna. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
|
Kaxxa I.2. |
It-tliet spazji kollha f'din il-kaxxa għandhom jimtlew mill-awtoritajiet tal-PMI kif inhu ddefinit fl-Artikolu 2. Alloka numru ta' referenza tad-DKD fl-ewwel kaxxa. In-numru ta' referenza tad-DKD jista' jimtela mill-awtoritajiet tal-PDM. Indika l-isem tal-PMI u n-numru tiegħu fit-tieni u t-tielet kaxxa rispettivament. |
|
Kaxxa I.3. |
Id-destinatarju: indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna fiżika jew ġuridika (l-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel) li lilha l-kunsinna hija indirizzata. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
|
Kaxxa I.4. |
Il-persuna responsabbli għall-kunsinna: (l-aġent, id-dikjarant jew l-operatur tan-negozju tal-għalf u l-ikel ukoll) indika l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna li hi responsabbli għall-kunsinna meta din ġiet ippreżentata fil-PDM u li għamlet id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f'isem l-importatur. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
|
Kaxxa I.5. |
Il-pajjiż tal-oriġini: indika l-pajjiż minn fejn oriġina l-prodott bażiku, fejn kien imkabbar, fejn inħasad jew fejn kien magħmul. |
|
Kaxxa I.6. |
Il-pajjiż minn fejn intbagħtet il-kunsinna: indika l-pajjiż terz minn fejn ġiet mgħobbija l-kunsinna fuq il-mezz tat-trasport għall-aħħar parti tal-vjaġġ lejn l-Unjoni. |
|
Kaxxa I.7. |
L-importatur: indika l-isem u l-indirizz sħiħ. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
|
Kaxxa I.8. |
Il-post tad-destinazzjoni: indika l-indirizz tal-kunsinna fl-Unjoni. Ta' min jagħti l-informazzjoni dwar in-numri tat-telefown u l-faks. |
|
Kaxxa I.9. |
Il-wasla fil-PDM (id-data mistennija): daħħal id-data ta' meta hu mistenni li tasal il-kunsinna fil-PDM. |
|
Kaxxa I.10. |
Id-dokumenti: indika d-data ta' meta nħarġu d-dokumenti u n-numru tad-dokumenti uffiċjali li ntbagħtu mal-kunsinna, skont il-każ. |
|
Kaxxa I.11. |
Il-mezz tat-trasport: immarka l-kaxxa biex tindika l-mezz tat-trasport li bih waslet il-kunsinna. Identifikazzjoni: agħti d-dettalji kollha tal-mezz ta' trasport. Fil-każ ta' inġenju tal-ajru, indika n-numru tat-titjira. Fil-każ ta' vapuri, indika l-isem tal-bastiment. Għal vetturi tat-triq: indika n-numru tar-reġistrazzjoni li hemm fuq il-pjanċa u, fejn jeħtieġ, in-numru tal-karru. Għatl trasport bil-ferrovija: indika n-numru tal-identità tat-tren u n-numru tal-vagun. Referenzi dokumentati: in-numru tal-polza tal-ajru, il-polza ta' kargu jew in-numru kummerċjali għall-ferrovija jew għat-trakk. |
|
Kaxxa I.12. |
Deskrizzjoni tal-prodott bażiku: agħti deskrizzjoni ddettaljata tal-prodott bażiku bit-terminoloġija tal-Artikolu 1. |
|
Kaxxa I.13. |
Il-kodiċi tal-prodott bażiku: uża l-kodiċi li jidentifika l-prodott bażiku kif elenkat fl-Anness I (inkluża s-sottodiviżjoni tat-TARIC, jekk applikabbli). |
|
Kaxxa I.14. |
Il-piż gross: speċifika l-piż totali f'kilogrammi jew f'tunnellati. Dan huwa definit bħala l-massa globali tal-prodotti u tal-kontenituri immedjati u l-imballaġġar tagħhom, imma mingħajr il-piż tal-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport. Il-piż nett: speċifika l-piż tal-prodott innifsu, mingħajr dak tal-imballaġġar, f'kilogrammi jew f'tunnellati. Dan huwa definit bħala l-massa tal-prodotti biss, mingħajr il-kontenituri jew l-imballaġġar. |
|
Kaxxa I.15. |
In-numru tal-imballaġġi: ikteb kemm hemm imballaġġi fil-kunsinna. |
|
Kaxxa I.16. |
Temperatura: immarka l-kaxxa li turi t-temperatura adegwata tat-trasport/tal-ħażna. |
|
Kaxxa I.17. |
It-tip ta' imballaġġar: identifika t-tip ta' imballaġġar tal-prodotti. |
|
Kaxxa I.18. |
Il-prodott bażiku maħsub għal: immarka l-kaxxa xierqa skont, jekk il-prodott huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem mingħajr klassifikazzjoni minn qabel jew trattament fiżiku ieħor (f'dan il-każ immarka “għall-konsum mill-bniedem”) jew huwiex maħsub għall-konsum mill-bniedem wara dan it-trattament (f'dan il-każ immarka “għall-aktar ipproċessar”), jew jekk hu maħsub bħala “għalf” (f'dan il-każ immarka “għalf”). |
|
Kaxxa I.19. |
In-numru tas-siġill u n-numru tal-kontejner: fejn rilevanti, agħti n-numri kollha ta' identifikazzjoni tas-siġill u tal-kontejner. |
|
Kaxxa I.20. |
Għat-trasferiment għall-Punt ta' Kontroll: f'każ li l-kunsinna hija maħsuba għall-importazzjoni (ara l-Kaxxa I.22) u l-operatur juża l-għażla li jitwettaqlu l-kontroll fiżiku u tal-identifikazzjoni f'PMI speċifiku, immarka l-kaxxa u identifika fid-dettal il-PMI. |
|
Kaxxa I.21. |
Ma japplikax. |
|
Kaxxa I.22. |
Għall-importazzjoni: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna hi maħsuba għall-importazzjoni. |
|
Kaxxa I.23. |
Ma japplikax. |
|
Kaxxa I.24. |
Mezz ta' trasport għall-Punt ta' Kontroll: immakra l-mezz xieraq ta' trasport użat għat-trasferiment lejn il-PMI. |
|
Parti II |
Din it-taqsima għandha timtela mill-awtorità kompetenti. |
|
Ġenerali |
Il-Kaxxa II.1 għandha timtela mill-awtorità kompetenti tal-PMI. Il-Kaxex minn II.2 sa II.9 bl-eċċezzjoni ta' II.4 għandhom jimtlew mis-servizzi doganali jew l-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll tad-dokumenti. Il-Kaxex minn II.10 sa II.21 għandhom jimtlew mill-awtoritàjiet kompetenti tal-PMI. |
|
Kaxxa II.1. |
In-numru ta' referenza tad-DKD: uża l-istess numru ta' referenza tad-DKD li jidher fil-Kaxxa I.2. |
|
Kaxxa II.2. |
Ir-Referenza tad-Dokument Doganali: għall-użu tas-servizzi doganali fejn meħtieġ. |
|
Kaxxa II.3. |
Verifika tad-dokumenti: trid timtela għall-kunsinni kollha. |
|
Kaxxa II.4. |
Il-kunsinni magħżula għall-verifiki fiżiċi: mhux applikabbli fil-qafas ta' dan ir-Regolament. |
|
Kaxxa II.5. |
AĊĊETTABBLI għat-trasferiment: fil-każ li l-kunsinna tkun aċċettabbli għat-trasferiment lejn PMI wara verifika dokumentata sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti tal-PDM għandha timmarka l-kaxxa u tindika lejn liema PDM għandha tiġi ttrasferita l-kunsinna għall-possibbiltà ta' verifika fiżika (skont l-informazzjoni mogħtija fil-Kaxxa I.20). It-trasport ulterjuri ma japplikax għal dan ir-Regolament. |
|
Kaxxa II.6. |
MHUX AĊĊETTABBLI: f'każ li l-kunsinna mhijiex aċċettabbli għat-trasferiment lejn PMI minħabba li l-verifiki tad-dokumenti ma jagħtux eżitu sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha timmarka l-kaxxa u tindika b'mod ċar x'għandu jsir fil-każ li l-kunsinna ma tintlaqax. L-indirizz tal-istabbiliment tad-destinazzjoni għandu jitniżżel fil-Kaxxa II.7 fil-każ ta' “Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” u “Għal użu ieħor”. |
|
Kaxxa II.7. |
Dettlaji tad-Destinazzjonijiet Ikkontrollati (II.6): indika n-numru tal-approvazzjoni xieraq u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa aktar kontrolli tal-kunsinna, pereżempju għall-Kaxxa II.6, “Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. |
|
Kaxxa II.8. |
Identifikazzjoni sħiħa tal-PDM u t-timbru uffiċjali: indika hawn l-identifikazzjoni sħiħa tal-PDM u t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti f'dan il-punt. |
|
Kaxxa II.9. |
L-ispettur uffiċjali: firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti tal-PDM. |
|
Kaxxa II.10. |
Ma japplikax. |
|
Kaxxa II.11. |
Verifika tal-Identità: immarka l-kaxex biex tindika jekk sarux il-verifiki tal-identità u r-riżultati tagħhom. |
|
Kaxxa II.12. |
Verifika Fiżika: indika hawn ir-riżultati tal-verifiki fiżiċi f'każ li tkun twettqet il-verifika fiżika. |
|
Kaxxa II.13. |
It-testijiet tal-laboratorju: immarka l-kaxxa biex tindika jekk il-kunsinna ntgħażlitx biex jittieħdu l-kampjuni minnha għall-analiżi. Ittestjat għal: indika għal liema sustanzi (aflatossina B1 u/jew għat-total) u b'liema mod analitiku sar it-test fil-laboratorju. Ir-riżultati: indika x'kienu r-riżultati tat-test fil-laboratorju u mmarka l-kaxxa rilevanti. |
|
Kaxxa II.14. |
AĊĊETTABBLI għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna se tkun rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. Immarka waħda mill-kaxex (“Għall-konsum mill-bniedem”, “Għal aktar ipproċessar”, “Għalf” jew “Oħrajn”) biex tindika l-użu ulterjuri. |
|
Kaxxa II.15. |
Ma japplikax. |
|
Kaxxa II.16. |
MHUX AĊĊETTABBLI: immarka l-kaxxa jekk il-kunsinna tkun rifjutata minħabba eżitu mhux sodisfaċenti tal-verifiki fiżiċi jew tal-identità. Indika b'mod ċar x'għandu jsir f'dan il-każ billi timmarka waħda mill-kaxxi (“Għad-dispaċċ mill-ġdid”, “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”). L-indirizz tal-istabbiliment destinatarju għandu jinkiteb fil-Kaxxa II.18. |
|
Kaxxa II.17. |
Raġunijiet għar-rifjut: immarka l-kaxxa xierqa Uża kif meħtieġ biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. |
|
Kaxxa II.18. |
Dettalji tad-destinazzjonijiet kkontrollati (II.16): agħti, skont ir-rilevanza, in-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz (jew isem il-bastiment u l-port) għad-destinazzjonijiet kollha fejn huma meħtieġa iktar kontrolli tal-kunsinna wara l-informazzjoni fil-Kaxxa II.16. |
|
Kaxxa II.19. |
Il-kunsinna ssiġillata mill-ġdid: imla din il-kaxxa meta mal-ftuħ tal-kontejner jinkiser is-siġill originali rreġistrat mal-kunsinna. Trid tinżamm lista sħiħa tas-siġilli kollha li ntużaw għal dan l-iskop. |
|
Kaxxa II.20. |
Identifikazzjoni sħiħa tal-PDM/il-Punt ta' Kontroll u t-timbru uffiċjali: indika hawn l-identifikazzjoni sħiħa tal-PMI u t-timbru uffiċjali tal-awtorità kompetenti f'dan il-PMI. |
|
Kaxxa II.21. |
L-ispettur uffiċjali: daħħal (b'ittri kbar) l-isem, id-data tal-ħruġ u l-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fil-PMI. |
|
Parti III |
Din it-taqsima għandha timtela mill-awtorità kompetenti. |
|
Kaxxa III.1. |
Detalji dwar id-dispaċċ mill-ġdid: l-awtorità tal-PDM jew fil-PMI għandha tindika l-mezz tat-trasport li ntuża, l-identifikazzjoni, il-pajjiż destinatarju u d-data tad-dispaċċ mill-ġdid, malli dawn ikunu magħrufin. |
|
Kaxxa III.2. |
Is-segwitu: indika l-unità risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, kif meħtieġ, għas-sorveljanza f'każ ta' “Għall-qerda”, “Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. L-awtorità kompetenti għandha tirraporta r-riżultat tal-wasla tal-kunsinna u l-korrispondenza. |
|
Kaxxa III.3. |
L-ispettur uffiċjali: il-firma tal-uffiċjal responsabbli tal-awtorità kompetenti fil-PMI fil-każ ta' “Għad-dispaċċ mill-ġdid”. Firma tal-uffiċjal risponsabbli tal-awtorità kompetenti lokali, f'każi fejn l-istruzzjonijiet ikunu:“Għall-qerda”,“Għat-trasformazzjoni” jew “Għal użu ieħor”. |
ANNESS IV
Tabella ta' korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 15
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 |
Dan ir-Regolament |
|
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 u l-Anness I |
|
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 2 |
|
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 4(1) |
L-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2). |
|
L-Artikolu 4(2) |
L-Artikolu 5(3) |
|
L-Artikolu 4(3) |
L-Artikolu 5(4) |
|
L-Artikolu 4(4) |
L-Artikolu 4(2) |
|
L-Artikolu 4(5) |
L-Artikolu 6 |
|
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 7 |
|
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 8 |
|
L-Artikolu 7(1) |
L-Artikolu 9(1) |
|
L-Artikolu 7(2) |
L-Artikoli 9(2) u (3) |
|
L-Artikolu 7(3) |
L-Artikolu 9(4) |
|
L-Artikolu 7(4) |
L-Artikolu 9(5) |
|
L-L-Artikolu 7(5) |
L-Anness I |
|
L-Artikolu 7(6) |
L-Artikolu 9(6) |
|
L-Artikolu 7(7) |
L-Artikolu 9(7) |
|
L-Artikolu 7(8) |
L-Artikolu 11 |
|
L-Artikolu 7(9) |
L-Artikolu 13 |
|
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 10 |
|
L-Artikolu 9 |
— |
|
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 14 |
|
L-Artikolu 11 |
L-Artikolu 15 |
|
L-Artikolu 12 |
— |
|
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 16 |
|
L-Anness I |
L-Anness II |
|
L-Anness II |
L-Anness III |