EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0880

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 880/2014 tat- 12 ta' Awwissu 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 240, 13.8.2014, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/880/oj

13.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 880/2014

tat-12 ta' Awwissu 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva Cydia pomonella Granulovirus (CpGV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) kienet iddaħħlet fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE (3) f'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (4). Mindu d-Direttiva Nru 91/414/KEE nbidlet permezz tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza qed titqies li ġiet approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5).

(2)

Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi għas-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) fl-4 ta' April 2012 (6). L-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha lin-notifikatur dwar is-Cydia pomonella Granulovirus(CpGV). Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex iressaq kummenti dwar l-abbozz tar-rapport ta' analiżi. L-abbozz tar-rapport ta' analiżi u l-opinjoni tal-Awtorità ġew eżaminati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. L-abbozz tar-rapport ta' analiżi ġie ffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf fil-11 ta' Lulju 2014 fil-format tar-rapport ta' analiżi tal-Kummissjoni dwar is-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV).

(3)

Huwa kkonfermat li s-sustanza attiva Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) għandha titqies bħala approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, b'mod partikolari l-gwida li ġiet ippubblikata dan l-aħħar dwar il-limiti tal-kontaminanti mikrobiċi għal prodotti mikrobiċi għall-protezzjoni tal-pjanti (7), huwa meħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, b'mod partikolari l-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva u n-natura u l-kontenut massimu ta' ċerti impuritajiet, jiġu emendati.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Fil-kolonna “Purità” tar-ringiela 198, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, il-kliem “Mikroorganiżmi li jikkontaminaw (Bacillus cereus) < 1 × 106”, huma mibdula bil-kliem “Konċentrazzjoni minima: 1 × 1013 OB/l (korpi ta' okklużjoni/l) u Mikroorganiżmi li jikkontaminaw (Bacillus cereus) fil-prodott formulat < 1 × 107 CFU/g”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 6).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(6)  EFSA Journal (2012); 10(4):2655. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu

(7)  Working Document on Microbial Contaminant Limits for Microbial Pest Control Products (SANCO/12116/2012 Rev. 0, Settembru 2012).


Top