Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0875

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 875/2014 tat- 8 ta' Awwissu 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 240, 13.8.2014, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/875/oj

    13.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 240/9


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 875/2014

    tat-8 ta' Awwissu 2014

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

    (3)

    Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92. (2) Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Martine REICHERTS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Oġġett (l-hekk imsejħa “maduma LED”) f'housing tal-aluminju b'qisien ta' madwar 40 × 40 × 7 ċm, li jinkludi l-komponenti li ġejjin:

    dajowds li jarmu d-dawl (LED), immuntati fuq unità ta' ċirkwit stampat b'densità tal-pixels ta' 72 × 72 u luminożità ta' 2 000  cd/m2,

    konnetturi użati għall-provvista tal-enerġija ('il ġewwa u 'l barra),

    konnetturi għall-input tad-dejta ('il ġewwa u 'l barra),

    brekits u toqob għall-immuntar ta' bosta madumiet flimkien.

    L-oġġett huwa ppreżentat għall-użu f'ħajt modulari ta' vidjo LED. Ma tinkludix proċessur tal-vidjo.

    Il-madum LED, sew jekk hu jew mhux konnessi ma' madum ieħor, ma jistax juri immaġini vidjow li joriġinaw direttament minn sors vidjow. Dan jista' biss juri sinjali li joriġinaw minn proċessur tal-vidjo (l-hekk imsejjaħ “diġtizzatur”) iddedikat, li jipproċessa s-sinjali u jaqsamhom fuq in-numru totali ta' madum fil-ħajt tal-vidjo LED.

    Il-maduma, meta tkun imqabbda ma' proċessur tal-vidjo, għandha l-kapaċità li turi l-istampi f'għadd kbir (281 triljun) ta' kuluri.

    Ara l-istampi (*)

    8529 90 92

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 2(b) ta' mat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8529 , 8529 90 u 8529 90 92 .

    Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħalma hija l-preżenza tal-brekits tal-immuntar, il-konnetturi u l-kapaċità li juri stampi f'għadd kbir ta' kuluri, il-maduma LED hija maħsuba biex titqabbad ma' madum ieħor u proċessur tal-vidjo ddedikat fil-ħajt tal-vidjo LED tas-subintestatura 8528 59 .

    Is-sinjal vidjo oriġinali jiġi pproċessat u ttrasferiti mill-proċessur tal-vidjo għall-ħajt tal-vidjo LED. Il-proċessur tal-vidjo jaqsam is-sinjal vidjo komplet fuq in-numru totali ta' madum. Meta maduma tkun nieqsa jew miksura s-sinjal vidjo ma jintweriex kompletament fuq il-ħajt tal-vidjo. Kull maduma individwali hija għalhekk meqjusa bħala parti essenzjali għat-tħaddim tal-ħajt tal-vidjo LED kumplessivament.

    Il-klassifikazzjoni bl-applikazzjoni tan-nota 2(a) tas-Sezzjoni XVI hija eskluża peress li l-maduma LED, sew jekk tkun konnessa ma' madum ieħor jew le, tista' tiffunzjona biss flimkien mal-proċessur tal-vidjo. Konsegwentament, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8528 bħala moniter jew taħt l-intestatura 8531 bħala apparat ta' senjalazzjoni viżwali hija eskluża.

    Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8529 90 92 bħala partijiet oħrajn għal apparat ta' titlu 8528 .


    Image

    Image


    (*)  L-istampi huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


    Top