Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0790

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 790/2014 tat- 22 ta' Lulju 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014

    ĠU L 217, 23.7.2014, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/03/2015; Imħassar b' 32015R0513

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/790/oj

    23.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 217/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 790/2014

    tat-22 ta' Lulju 2014

    li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-10 ta' Frar 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il- lista”).

    (2)

    Il-Kunsill ipprovda, fejn possibbli fil-prattika, lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha b'dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet li fihom fisser għaliex huma ġew elenkati fuq il-lista.

    (3)

    B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fiha. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista, fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

    (4)

    Il-Kunsill irreveda l-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dan huwa ħa kont ta' osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

    (5)

    Il-Kunsill iddetermina li m'għadx hemm raġunijiet biex persuna tinżamm fuq il-lista.

    (6)

    Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) ta' din il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

    (7)

    Il-lista għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014 għandu jitħassar,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 125/2014 huwa b'dan imħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

    (2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 125/2014 tal-10 ta' Frar 2014 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 714/2013 (ĠU L 40, 11.2.2014, p. 9).

    (3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


    ANNESS

    Lista ta' persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

    1.   PERSUNI

    1.

    ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu 1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

    2.

    AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija); ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    3.

    AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija); ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    4.

    ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15 ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID Nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

    5.

    BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) — membru tal-“Hofstadgroep”.

    6.

    IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

    7.

    MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, Nru tal-passaport 488555.

    8.

    SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

    9.

    SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, fl-Iran.

    10.

    SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu 1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

    II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

    1.

    L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO”, (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala “Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

    2.

    “Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”.

    3.

    “Al-Aqsa e.V.”.

    4.

    “Al-Takfir” u “Al-Hijra”.

    5.

    “Babbar Khalsa”.

    6.

    “Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża n-“New People's Army” — “NPA”, il-Filippini.

    7.

    “Gama'a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) (“Grupp Iżlamiku” — “IG”).

    8.

    “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (“Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”).

    9.

    “Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

    10.

    “Hizballah Military Wing” (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu'llah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà))

    11.

    “Hizbul Mujahideen” — “HM”.

    12.

    “Hofstadgroep”.

    13.

    “Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”.

    14.

    “International Sikh Youth Federation” — (ISYF).

    15.

    “Khalistan Zindabad Force” — (KZF).

    16.

    “Partit tal-Ħaddiema Kurdi” — “PKK'”, (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

    17.

    “Liberation Tigers ta' Tamil Eelam” — “LTTE”.

    18.

    “Ejército de Liberación Nacional” (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

    19.

    “Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

    20.

    “Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

    21.

    “Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

    22.

    “Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

    23.

    “Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu”).

    24.

    “Sendero Luminoso” — “SL” It-(“Triq li Tiddi”).

    25.

    “Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala “Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala “Kurdistan Freedom Hawks”).


    Top