This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0748
Council Regulation (EU) No 748/2014 of 10 July 2014 concerning restrictive measures in respect of the situation in South Sudan
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 748/2014 tal- 10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 748/2014 tal- 10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
ĠU L 203, 11.7.2014, p. 13–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 09/05/2015; Imħassar b' 32015R0735
11.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/13 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 748/2014
tal-10 ta' Lulju 2014
dwar miżuri restrittivi fir-rigward tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/449/PESK tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/423/PESK (2) li estendiet l-embargo tal-armi fuq is-Sudan sabiex ikopri s-Sudan t'Isfel. |
(2) |
Fl-24 ta' Novembru 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1215/2011 (3) li estenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-embargo tal-armi għas-Sudan t'Isfel. |
(3) |
Fl-10 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/449/PESK li tissepara l-miżuri li jirrigwardaw is-Sudan t'Isfel u tintegrahom f'att legali uniku u tipprovdi għal restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' persuni li jostakolaw il-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, inkluż permezz ta' atti ta' vjolenza jew ksur ta' ftehim ta' waqfien mill-ġlied, kif ukoll ta' persuni responsabbli għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel. |
(4) |
Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, bil-ħsieb, b'mod partikolari, li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn ikunu implimentati. |
(5) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-miżuri li jikkonċernaw is-Sudan t'Isfel għandhom ikunu separati minn miżuri dwar is-Sudan. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 għandu jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament sa fejn jikkonċerna s-Sudan t'Isfel. Ir-Regolament (KE) Nru 131/2004 (4) għandu wkoll jiġi sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 (5) sa fejn jikkonċerna s-Sudan t'Isfel. |
(6) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ ġust u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet. |
(7) |
Is-setgħa biex tiġi emendata l-lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi internazzjonali u s-sigurtà fir-reġjun maħluqa bis-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni tal-Anness tad-Deċiżjoni 2014/449/PESK. |
(8) |
Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza ġuridika massima fl-Unjoni, l-ismijiet u dejta oħra relevanti li jikkonċernaw persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom iridu jiġu ffriżati f'konformità ma' dan ir-Regolament, iridu jsiru pubbliċi. Kull ipproċessar ta' dejta personali għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(9) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“servizzi ta' senserija” tfisser:
|
(b) |
“pretensjoni” tfisser kull talba, kemm jekk asserita bi proċeduri ġuridiċi kif ukoll jekk le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:
|
(c) |
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull forma ta' tranżazzjoni u tkun xi tkun il-liġi applikabbli għaliha, kemm jekk tinkludi kuntratt, jew obbligu simili, wieħed kif ukoll aktar magħmula bejn l-istess partijiet jew bejn partijiet differenti; għal dak l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennità, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennità finanzjarja, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li taqa' taħt, it-tranżazzjoni jew b'konnessjoni magħha; |
(d) |
“awtoritajiet kompetenti” tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness II; |
(e) |
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi; |
(f) |
“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux biss, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom |
(g) |
“l-iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew negozju b'fondi li b'xi mod jirriżulta f'xi bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew f'bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġar ta' portafolji; |
(h) |
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
(i) |
“assistenza teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista' tkun f'forma ta' istruzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta' konoxxenza operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza, inklużi forom verbali ta' assistenza; |
(j) |
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom. |
Artikolu 2
Huma pprojbiti:
(a) |
l-għoti ta' assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati ma' attivitajiet militari u għall-fornitura, manifattura, manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u l-partijiet ta' sostituzzjoni għalihom, direttament jew indirettament lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fis-Sudan t'Isfel jew għall-użu fih; |
(b) |
l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq l-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kull bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għal kull għotja ta' assistenza teknika relatata, direttament jew indirettament lejn kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fis-Sudan t'Isfel jew għall-użu fih. |
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikoli 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta' finanzjament u assistenza finanzjarja, assistenza teknika u servizzi ta' senserija fir-rigward ta':
(a) |
apparat militari mhux letali maħsub unikament għall-użu umanitarju, ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem jew għal użu protettiv, jew għal programmi ta' bini ta' istituzzjonijiet tan-NU, l-Unjoni Afrikana (UA), l-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD); |
(b) |
materjal maħsub għall-Operazzjonijiet għall-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Unjoni Ewropea, in-NU u l-UA; |
(c) |
apparat għat-tneħħija tal-mini u materjal għall-użu f'operazzonijiet tat-tneħħija tal-mini; |
(d) |
għajnuna għal proċess ta' Riforma fis-Settur tas-Sigurtà fis-Sudan t'Isfel. |
Artikolu 4
L-Artikoli 2 ma għandhomx japplikaw għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinforzati bil-metall u elmi militari, temporanjament esportati lejn is-Sudan t'Isfel mill-persunal tal-Unjoni Ewropea, mill-persunal tan-NU jew tal-IGAD jew minn rappreżentanti tal-midja, ħaddiema umanitarji u tal-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 5
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jitqiegħdu għad-disposizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-beneficċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kif elenkati fl-Anness I.
3. L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li qed ixekklu l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, inkluż b'atti ta' vjolenza jew ksur ta' ftehimiet ta' waqfien mill-ġlied, kif ukoll persuni responsabbli għal ksur serju ta' drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.
4. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati.
5. L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.
Artikolu 6
1. B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
(a) |
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż tal-utilitajiet pubbliċi; |
(b) |
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali; |
(c) |
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti fuq servizz taż-żamma normali jew manteniment normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew |
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hija tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni. |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma l-oġġett ta' deċiżjoni arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew korp imsemmijin fl-Artikolu 5 ġew elenkati fl-Anness I, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fi Stat Membru tal-UE, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data; |
(b) |
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament biex jagħmlu tajjeb għal pretensjonijiet assigurati minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjoni; |
(c) |
id-deċiżjoni mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u |
(d) |
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat. |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.
Artikolu 8
1. B'deroga mill-Artikolu 5, u bil-kondizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew skont obbligu li rriżulta għal, il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati qabel id-data meta tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, sakemm l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u |
(b) |
il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 5(2); |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.
Artikolu 9
1. L-Artikolu 5(2) ma għandux jimpedixxi l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew istituzzjonijiet ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, tal-entità jew tal-korp elenkati, sakemm kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni bħal din, mingħajr dewmien.
2. L-Artikolu 5(2) ma japplikax għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
(a) |
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawn il-kontijiet; |
(b) |
ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 5 jkunu ġew elenkati fl-Anness I; jew |
(c) |
ħlasijiet dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru tal-UE jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat; |
sakemm kull imgħax, qligħ u pagament ieħor bħal dawn ikun iffriżat skont l-Artikolu 5(1).
Artikolu 10
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
(a) |
jagħtu minnufih kull informazzjoni bħal din li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 5 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu kull informazzjoni bħal din, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u |
(b) |
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti f'kull verifika ta' din l-informazzjoni. |
2. Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
3. Kull informazzjoni li tingħata jew li tiġi riċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta.
Artikolu 11
Il-parteċipazzjoni, xjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa ċ-ċirkonvenzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 5 hija pprojbita.
Artikolu 12
1. L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi, jew ir-rifjut li dawn il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, li jsiru bona fede u fuq il-bażi li tali azzjoni hija konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandhom joħolqu ebda tip ta' responsabbiltà għall-persuna fiżika jew ġuridika, jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawhom, jew għad-diretturi jew impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma bħala riżultat ta' negliġenza.
2. L-azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhomx joħolqu ebda tip ta' responsabbiltà fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Artikolu 13
1. L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni li l-adempimenttagħhom ġie affettwat, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir:
(a) |
minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nnominati, elenkati fl-Anness I; |
(b) |
minn kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta', jew f'isem, waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a). |
2. Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-adempiment tat-talba mhuwiex ipprojbit mill-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jitolbu l-infurzar ta' dik il-pretensjoni.
3. Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmijin fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tan-non adempiment ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.
Artikolu 14
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni fir-rigward ta':
(a) |
fondi ffriżati taħt l-Artikolu 5 u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 6, 7 u 8; |
(b) |
ksur u problemi ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali. |
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.
Artikolu 16
1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jagħmel persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetta għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 5, għandu jemenda l-Anness I kif meħtieġ.
2. Il-Kunsill għandu jikkommunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1, direttament jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, billi tingħata lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp l-opportunità li jressqu osservazzjonijiet.
3. Fejn jitressqu osservazzjonijiet, jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma b'dan lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp.
4. Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u għall-inqas kull 12-il xahar.
Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.
Artikolu 18
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq il-websajts elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-indirizzi tal-websajts tagħhom elenkati fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.
3. Fejn dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li għandha ssir xi komunikazzjoni magħha xorta oħra, l-indirizz u d-dettalji l-oħrajn ta' kuntatt li jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament japplika:
(a) |
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha; |
(b) |
abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru; |
(c) |
għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru; |
(d) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru; |
(e) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni. |
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Ara paġna 100 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK tat-18 ta' Lulju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan u s-Sudan t'Isfel u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK (ĠU L 188, 19.7.2011, p. 20).
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1215/2011 tal-24 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan (ĠU L 310, 25/11/2011, p. 1).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 tas-26 ta' Jannar 2004 dwar ċerti miżuri ristrettivi dwar is-Sudan (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 1).
(5) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 747/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan u li jħassar ir Regolament (KE) Nru 131/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1184/2005 (ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(6) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(7) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
ANNESS I
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6
A. Persuni fiżiċi
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Santino DENG (magħruf ukoll bħala: Santino Deng Wol) |
Kmandant tat-tielet Diviżjoni tal-Fanterija tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) |
Santino Deng huwa kmandant tat-tielet Diviżjoni tal-Fanterija tal-SPLA li ħa sehem fl-akkwist mill-ġdid ta' Bentiu f'Mejju 2014. Santino Deng huwa għalhekk responsabbli għal ksur tal-Ftehim ta' Waqfien mill-Ġlied tat-23 ta' Jannar. |
11.7.2014 |
2. |
Peter GADET (magħruf ukoll bħala: Peter Gatdet Yaka; Peter Cadet; Peter Gadet Yak; Peter Gadet Yaak: Peter Gatdet Yaak; Peter Gatdet; Peter Gatdeet Yaka) |
Mexxej tal-milizzja Nuer, li hija kontra l-gvern Post tat-twelid: Mayom County Unity State |
Peter Gadel huwa l-mexxej tal-milizzja Nuer kontra l-gvern li wettqet attakk fuq Bentiu fil-15 — 17 ta' April 2014, bi ksur tal-Ftehim ta' Waqfien mill-Ġlied tat-23 ta' Jannar. L-attakk wassal għall-qtil ta' aktar minn 200 membru tal-popolazzjoni ċivili. Peter Gadet hu għalhekk responsabbli għall-instigar ta' ċiklu ta' vjolenza, b'hekk ostakola l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. |
11.7.2014 |
B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi
ANNESS II
Websajts għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
IL-BULGARIJA
http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/MT/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548IS
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission |
Service for Foreign Policy Instruments (FPI) |
EEAS 02/309 |
B-1049 Brussels |
Belgium |
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu |