EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0696
Commission Regulation (EU) No 696/2014 of 24 June 2014 amending Regulation (EC) No 1881/2006 as regards maximum levels of erucic acid in vegetable oils and fats and foods containing vegetable oils and fats Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 696/2014 tal- 24 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fiż-żjut u xaħmijiet veġetali u ikel li fih żjut u xaħmijiet veġetali Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 696/2014 tal- 24 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fiż-żjut u xaħmijiet veġetali u ikel li fih żjut u xaħmijiet veġetali Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 184, 25.6.2014, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
25.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 696/2014
tal-24 ta' Ġunju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi tal-aċidu eruċiku fiż-żjut u xaħmijiet veġetali u ikel li fih żjut u xaħmijiet veġetali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-ikel. |
(2) |
Ġie stabbilit livell massimu għall-aċidu eruċiku fiż-żjut u x-xaħmijiet maħsuba għall-konsum mill-bniedem u fl-oġġetti tal-ikel li jkun fihom żjut jew xaħmijiet miżjuda permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE (3). L-aċidu eruċiku huwa tossina tal-pjanti naturali li hija kontaminant skont id-definizzjoni tal-kontaminant stipulata fir-Regolament (KEE) Nru 315/93 billi l-preżenza tal-aċidu eruċiku fl-ikel hija r-riżultat tal-produzzjoni agrikola, b'mod aktar partikolari l-għażla tal-varjetà. Sabiex il-leġiżlazzjoni tiġi ssemplifikata, jixraq li jiġi stabbilit livell massimu għall-aċidu eruċiku fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. Barra minn hekk jixraq ukoll li jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet għall-oġġetti tal-ikel b'kontenut ta' xaħam ta' 5 % jew inqas. Imbagħad id-Direttiva 76/621/KEE għandha titħassar permezz ta' att legali indipendenti. |
(3) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel enfasizza l-adegwatezza tal-livell massimu għall-aċidu eruċiku fl-opinjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 1993 dwar ir-rekwiżiti essenzjali għall-formuli tat-trabi u l-formuli ta' prosegwiment (4). |
(4) |
Il-livell massimu aktar strett għall-aċidu eruċiku fil-formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment ġie stabbilit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (5), għalhekk huwa xieraq li jiġi indikat ukoll il-livell massimu fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. |
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, tiżdied it-taqsima 8 “Tossini inerenti tal-pjanti” li ġejja.
“Taqsima 8: Tossini inerenti tal-pjanti
Oġġetti tal-Ikel (1) |
Livelli massimi (g/kg) |
|
8.1 |
Aċidu eruċiku |
|
8.1.1 |
Żjut u xaħam veġetali |
50 (*) |
8.1.2 |
L-ikel li fih żjut u xaħmijiet veġetali miżjuda bl-eċċezzjoni tal-ikel imsemmi fil-punt 8.1.3 |
50 (*) |
8.1.3 |
Formula (tal-ikel) tat-trabi u formula ta' prosegwiment (8) |
10 (*) |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE tal-20 ta' Lulju 1976 dwar l-iffissar tal-livell massimu ta' aċidu eruċiku fiż-żjut u x-xaħmijiet maħsubin bħala tali għall-konsum mill-bniedem u fl-oġġetti tal-ikel li jkun fihom iż-żjut jew ix-xaħmijiet miżjudin (ĠU L 202, 28.7.1976, p. 35).
(4) http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/reports/scf_reports_34.pdf
(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).
(*) il-livell massimu jirreferi għal-livell ta' aċidu eruċiku, ikkalkulat skont il-livell totali ta' aċidi grassi fil-komponent ta' xaħam fl-ikel.”