EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0689

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014 tat- 23 ta' Ġunju 2014 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 183, 24.6.2014, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/689/oj

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 689/2014

tat-23 ta' Ġunju 2014

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

Skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011, il-Kunsill għamel eżami mill-ġdid tal-lista stipulata fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(3)

L-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar entità waħda fil-lista stipulata fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandha tiġi aġġornata.

(4)

Ma għadx hemm raġunijiet għaż-żamma ta' żewġ entitajiet fil-lista stipulata fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(5)

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.


ANNESS

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 hu għalhekk emendat kif ġej:

(1)

l-entrata għall-entità “Capitana Seas Limited” qiegħda tiġi sostitwita bl-entrata li ġejja:

 

“Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

36.

Capitana Seas Limited

 

Entità inkorporata fil-BVI proprjetà ta' Saadi Qadhafi

12.4.2011”

(2)

jitħassru l-entrati għall-entitajiet segwenti:

Libyan Holding Company for Development and Investment

Dalia Advisory Limited (LIA sub).


Top