Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0596

Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/01/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/596/oj

12.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/1


REGOLAMENT (UE) Nru 596/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ April 2014

dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Suq intern ġenwin għas-servizzi finanzjarji huwa kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien ta’ impjiegi fl-Unjoni.

(2)

Suq finanzjarju integrat, effiċjenti u trasparenti jeħtieġ integrità tas-suq. Il-funzjonament bla xkiel tas-swieq tat-titoli u l-kunfidenza pubblika fis-swieq huma prerekwiżiti għat-tkabbir u għall-ġid ekonomiku. L-abbuż tas-suq jolqot ħażin l-integrità tas-swieq finanzjarji u l-kunfidenza pubblika f’titoli u derivati.

(3)

Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ikkompletat u aġġornat il-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-integrità tas-suq. Madankollu, minħabba l-iżviluppi leġislattivi, tas-suq u teknoloġiċi minn mindu daħlet fis-seħħ dik id-Direttiva, li rriżultaw f’bidliet konsiderevoli għax-xenarju finanzjarju, dik id-Direttiva għandha issa tiġi sostitwita. Jeħtieġ ukoll strument leġislattiv ġdid sabiex jiġi żgurat li hemm regoli uniformi u ċarezza tal-kunċetti ewlenin u sett ta’ regoli wieħed f’konformità mal-konklużjonijiet tar-rapport tal-25 ta’ Frar 2009 mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE, ippresedut minn Jacques de Larosière (il-grupp ‘de Larosière’).

(4)

Hemm bżonn li jiġi stabbilit qafas iktar uniformi u b’saħħtu sabiex tiġi ppreservata l-integrità tas-suq, jiġi evitat arbitraġġ regolatorju potenzjali, tiġi żgurata r-responsabilità fil-każ ta’ tentattiv ta’ manipulazzjoni, u tiġi pprovduta aktar ċertezza legali u inqas kumplessità regolatorja għall-parteċipanti fis-suq. Dan ir-Regolament jimmira li jikkontribwixxi, b’mod determinanti, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u għaldaqstant għandu jissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat b’mod konsistenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Għaldaqsant, sabiex jitneħħa x-xkiel li għad baqa’ għall-kummerċ, jisparixxi t-tagħwiġ sinifikanti tal-kompetizzjoni li jirriżulta mid-diverġenzi fost il-liġijiet nazzjonali, u jiġi evitat kull xkiel ieħor għall-kummerċ u għat-tagħwiġ sinifikanti tal-kompetizzjoni, jeħtieġ li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi interpretazzjoni iktar uniformi tal-qafas kontra l-abbuż tas-suq tal-Unjoni li tiddefinixxi b’,od iktar ċar ir-regoli applikabbli fl-Istati Membri kollha. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti kontra l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ regolament jiżgura li dawk ir-rekwiżiti ikunu direttament applikabbli. Dan għandu jiżgura kundizzjonijiet uniformi billi jevita d-diverġenza fost ir-rekwiżiti nazzjonali minħabba t-traspożizzjoni ta’ direttiva. Dan ir-Regolament jirrikjedi li l-persuni kollha isegwu l-istess regoli fl-Unjoni. Huwa wkoll inaqqas il-kumplessità regolatorja u jniżżel l-ispejjeż tal-kumpaniji li jkunu konformi, partikularment dawk il-kumpaniji li jaġixxu fuq bażi transkonfinali, u jikkontribwixxu għat-tneħħija totali tat-tagħwiġ tal-kompetizzjoni.

(6)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 dwar “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa” titlob lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jfasslu regoli sabiex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jadattaw il-leġislazzjoni skont il-ħtiġijiet ta’ emittenti fis-swieq ta’ tkabbir ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għal dawk l-emittenti. Għadd ta’ dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/6/KE jimponu piżijiet amministrattivi fuq l-emittenti, b’mod partikulari dawk li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar fis-swieq ta’ tkabbir tal-SMEs, li għandhom jitnaqqsu.

(7)

L-abbuż tas-suq huwa kunċett li jinkludi l-imġiba illegali fis-swieq finanzjarji u, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun mifhum li jikkonsisti f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Imġiba bħal din timpedixxi trasparenza totali u korretta tas-suq, li hija prerekwiżit għan-negozjar għall-atturi ekonomiċi kollha fi swieq finanzjarji integrati.

(8)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE kien jiffoka fuq l-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li fir-rigward tagħhom tkun saret talba għal ammissjoni għal kummerċ f’tali suq. Minkejja dan, fis-snin riċenti l-istrumenti finanzjarji kienu negozjati dejjem aktar fuq faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs). Hemm ukoll strumenti finanzjarji li huma nnegozjati biss fuq tipi oħra ta’ faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTFs) jew negozjati biss over the counter (OTC). Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għalhekk għandu jinkludi kull strument finanzjarju nnegozjati f’suq regolat, MTF jew OTF, u kwalunkwe kondotta jew azzjoni oħra li jista’ jkollha effett fuq strument finanzjarju bħal dan irrispettivament minn jekk isseħħx f’post tan-negozjar. Fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ MTFs li, bħas-swieq regolati, jgħinu lil kumpaniji biex joħolqu finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma, il-projbizzjoni kontra l-abbuż tas-suq tapplika wkoll meta ssir talba għal ammissjoni għal kummerċ f’tali suq. Għaldaqstant, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi l-istrumenti finanzjarji li għalihom tkun saret applikazzjoni għal ammissjoni għal kummerċ fuq MTF. Dan għandu jtejjeb il-protezzjoni tal-investitur, jippreżerva l-integrità tas-swieq u jiżgura li l-abbuż tas-suq ta’ strumenti bħal dawn ikun ipprojbit b’mod ċar.

(9)

Għal finijiet ta’ trasparenza, l-operaturi ta’ suq regolat, MTF jew OTF, għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bid-dettalji tal-istrumenti finanzjarji li jkunu ġew ammessi għan-negozjar, li fir-rigward tagħhom tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar jew li jkunu ġew innegozjati fil-post tan-negozjar tagħhom. Għandha ssir notifika oħra meta l-istrument ma jibqax ammess għan-negozjar. Tali obbligi għandhom japplikaw ukoll għal strumenti finanzjarji li fir-rigward tagħhom tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar fil-post tan-negozjar tagħhom u għal strumenti finanzjarji li jkunu ġew ammessi għan-negozjar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. In-notifikigħandhom jiġu ppreżentati lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) mill-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandha tippubblika lista tal-istrumenti finanzjarji kollha nnotifikati. Dan ir-Regolament japplika għal strumenti finanzjarji indipendentement minn jekk ikunux fil-lista ppubblikata mill-ESMA.

(10)

Huwa possibbli li ċerti strumenti finanzjarji li ma jiġux innegozjati f’post tan-negozjar jintużaw għall-abbuż tas-suq. Dawn jinkludu strumenti finanzjarji li l-prezz jew il-valur tagħhom jiddependi jew għandu effett fuq strumenti finanzjarji nnegozjati f’post tan-negozjar, jew li n-negozjar tagħhom għandu effett fuq il-prezz jew il-valur ta’ strumenti finanzjarji oħrajn innegozjati f’post tan-negozjar. Eżempji fejn tali strumenti jistgħu jintużaw għall-abbuż tas-suq jinkludu informazzjoni privileġġata relatata ma’ sehem jew bond, li tista’ tintuża biex jinxtara derivat ta’ dak is-sehem jew bond, jew indiċi li l-valur tiegħu jiddependi fuq dak is-sehem jew bond. Meta strument finanzjarju jintuża bħala prezz ta’ referenza, jista’ jintuża derivat innegozjat OTC biex wieħed jibbenefika minn prezzijiet immanipulati, jew jista’ jintuża biex jiġi mmanipulat il-prezz ta’ strument finanzjarju nnegozjat f’post tan-negozjar. Eżempju ieħor huwa l-ħruġ ippjanat ta’ pakkett ġdid ta’ titoli li fihom infushom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, iżda li meta jsir negozjar f’dawk it-titoli dan ikun jista’ jaffettwa l-prezz jew il-valur ta’ titoli elenkati eżistenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ikopri wkoll is-sitwazzjoni meta l-prezz jew il-valur ta’ strument innegozjat f’post tan-negozjar jiddependi fuq istrument innegozjat OTC. L-istess prinċipju għandu japplika biex jiġu identifikati kuntratti spot tal-komoditajiet li l-prezzijiet tagħhom ikunu bbażati fuq dak ta’ derivat, u għax-xiri ta’ kuntratti spot tal-komoditajiet li għalihom ikunu referenzjati strumenti finanzjarji.

(11)

In-negozjar ta’ titoli jew strumenti assoċjati għall-istabilizzazzjoni ta’ titoli jew in-negozjar f’ishma proprji fi programmi ta’ riakkwist (“buy-back”) jista’ jkun leġittimu, għal raġunijiet ekonomiċi, u għandu, għalhekk, f’ċerti ċirkustanzi, ikun eżenti mill-projbizzjonijiet kontra l-abbuż tas-suq dment li l-azzjonijiet jitwettqu bit-trasparenza neċessarja, fejn tkun żvelata l-informazzjoni rilevanti rigward il-programm ta’ riakkwist jew stabilizzazzjoni.

(12)

Negozju f’ishma proprji fi programmi ta’ riakkwist u stabbilizzazzjoni ta’ strument finanzjarju li ma jibbenefikax mill-eżenjonijiet taħt dan ir-Regolament ma għandhomx fihom infushom jitqiesu li jikkostitwixxu abbuż tas-suq.

(13)

L-Istati Membri, membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), Ministri u aġenziji oħra u vetturi b’għan speċjali ta’ Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri, u tal-Unjoni u ċerti korpi pubbliċi oħra jew persuni li jaġixxu f’isimhom, ma għandhomx ikunu ristretti fit-twettiq ta’ ġestjoni tal-politika monetarja, tar-rata ta’ skambju jew dejn pubbliku sakemm dawn jitwettqu fl-interess pubbliku u fl-insegwiment ta’ dawn il-politiki biss. Barra minn hekk, l-anqas it-tranżazzjonijiet jew l-ordnijiet imwettqa mill-Unjoni, jew l-imġiba mwettqa mill-Unjoni, xi vettura b’għan speċjali ta’ Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn Stat Membru wieħed jew iktar ma għandhom ikunu ristretti fil-mobilizzazzjoni tal-finanzjament u l-forniment ta’ għajnuna finanzjarja għall-ġid tal-membri tagħhom. Tali eżenzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tista’, b’konformità ma’ dan ir-Regolament, tiġi estiża għal ċerti korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku u għal banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi jew li jintervjenu fir-rigward ta’ tali ġestjoni. Fl-istess ħin, l-eżenzjonijiet għall-ġestjoni tal-politika monetarja, tar-rata ta’ skambju jew tad-dejn pubbliku m’għandhomx ikunu estiżi għal każijiet fejn dawk il-korpi jkunu involuti fi tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba li ma jkunux fl-insegwiment ta’ dawk il-politiki jew meta l-persuni li jaħdmu għal dawk il-korpi jkunu involuti fi tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba għall-akkont tagħhom stess.

(14)

L-investituri raġonevoli jibbażaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom fuq informazzjoni diġà disponibbli għalihom, jiġifieri, fuq it-tagħrif disponibbli ex ante. Għalhekk, id-domanda jekk, fit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ investiment, investitur raġonevoli x’aktarx li jqis biċċa informazzjoni partikulari, għandha tiġi evalwata fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli ex ante. Tali valutazzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt antiċipat tal-informazzjoni fid-dawl tal-totalità tal-attività tal-emittent relatat, l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni u kwalunkwe varjant ieħor tas-suq li x’aktarx jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti ta’ emissjonijiet fiċ-ċirkostanzi partikolari.

(15)

Informazzjoni ex post tista’ tintuża biex tivverifika l-preżunzjoni illi l-informazzjoni ex ante kienet sensittiva għall-prezzijiet, imma ma għandhiex tintuża biex tittieħed azzjoni kontra persuni li jkunu siltu konklużjonijiet raġonevoli mill-informazzjoni ex ante disponibbli għalihom.

(16)

Meta l-informazzjoni privileġġata tikkonċerna proċess li jseħħ fi stadji, kull stadju tal-proċess, kif ukoll il-proċess globali, jista’ jikkostitwixxi informazzjoni privileġġata. Pass intermedju fi proċess imtawwal fih innifsu jista’ jikkostitwixxi sett ta’ ċirkustanzi jew avveniment li jeżisti jew meta jkun hemm prospett realistiku li se jibdew jeżistu jew iseħħu, abbażi ta’ evalwazzjoni ġenerali tal-fatturi eżistenti fiż-żmien rilevanti. Madankollu, dik l-idea m’għandhiex tiġi interpretata li tfisser li l-kobor tal-effett ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew dak l-avventiment fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji kkonċentati għandhom jiġu kkunsidrati. Pass intermedju għandu jitqies bħala informazzjoni privileġġata jekk, waħdu, jissodisfa l-kriterji stipulati f’dan ir-Regolament għal informazzjoni privileġġata.

(17)

Informazzjoni li tirrigwarda avveniment jew sett ta’ ċirkostanzi li jkun pass intermedju fi proċess imtawwal, tirrigwarda, pereżempju, il-qagħda ta’ negozjati ta’ kuntratti, it-termini miftiehma proviżjonalment fin-negozjati ta’ kuntratti, il-possibbiltà tal-pożizzjonament ta’ strumenti finanzjarji, il-kundizzjonijiet li skonthom strumenti finanzjarji jistgħu jiġi kkummerċjalizzati, it-termini proviżjonali għall-pożizzjonament ta’ strumenti finanzjarji, jew il-kunsiderazzjoni tal-inklużjoni ta’ strument finanzjarju f’indiċi prinċipali jew it-tħassir ta’ strument finanzjarju minn tali indiċi.

(18)

Iċ-ċertezza legali għall-parteċipanti tas-suq għandha tissaħħaħ permezz ta’ definizzjoni aktar mill-qrib ta’ tnejn mill-elementi essenzjali għad-definizzjoni ta’ informazzjoni privileġġata, jiġifieri n-natura preċiża ta’ dik l-informazzjoni u s-sinifikat tal-effett potenzjali tagħha fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti ta’ emissjonijiet. Għal derivati li jkunu prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, informazzjoni speċifika li għandha tkun mikxufa skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandha, b’mod partikolari, titqies bħala informazzjoni privileġġata.

(19)

Dan ir-Regolament mhux maħsub biex jipprojbixxi diskussjonijiet ta’ natura ġenerali rigward l-iżviluppi tas-suq u n-negozju bejn il-partijiet interessati u l-maniġment rigward emittent. Tali relazzjonijiet huma essenzjali għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u m’għandhomx jiġu pprojbiti b’dan ir-Regolament.

(20)

Is-swieq spot u s-swieq relatati tad-derivati huma interkonnessi ħafna u globali, u l-abbuż tas-suq jista’ jsir madwar is-swieq kif ukoll bejn il-fruntieri u dan jista’ jwassal għal riskji sistemiċi sinifikanti. Dan japplika kemm għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata kif ukoll għall-manipulazzjoni tas-suq. B’mod partikolari, informazzjoni privileġġata minn suq spot tista’ tibbenefika lil persuna li tinnegozja f’suq finanzjarju. Informazzjoni privileġġata b’relazzjoni ma’ derivat ta’ komodità għandha tkun definita bħala informazzjoni li tissodisfa kemm id-definizzjoni ġenerali ta’ informazzjoni privileġġata fir-rigward tas-swieq finanzjarji u li meħtieġa ssir pubblika b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, mar-regoli tas-suq, mal-kuntratti jew mal-użanzi fir-rigward tad-derivat tal-komodità jew is-suq spot rilevanti. Eżempji partikolari ta’ tali regoli jinkludu r-Regolament (UE) Nru 1007/2011 għas-suq tal-enerġija u d-database tal-Inizjattiva Konġunta dwar Database ta’ Organizzazzjonijiet (JODI) għaż-żejt. Tali informazzjoni tista’ sservi bħala l-bażi tad-deċiżjonijiet tal-parteċipanti tas-suq biex jidħlu f’derivati ta’ komodità jew il-kuntratti spot relatati mal-komoditajiet u għandha għalhekk tikkostitwixxi informazzjoni privileġġata li jeħtieġ li ssir pubblika, meta x’aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ tali derivati jew kuntratti spot relatati mal-komoditajiet.

Barra minn hekk, l-istrateġiji manipulattivi jistgħu wkoll jestendu madwar post u swieq derivattivi. In-negozjar tal-istrumenti finanzjarji, inklużi d-derivati tal-komoditajiet, jista’ jintuża biex jimmanipula kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, u viċiversa, dawn il-kuntratti jistgħu jintużaw biex jimmanipulaw strumenti finanzjarji relatati. Il-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq għandha taqbad dawn l-interkonnessjonijiet. Madankollu, ma jixraqx, jew mhuwiex prattikabbli, li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi estiż għal imġiba li ma tinvolvix strumenti finanzjarji, pereżempju, għal negozjar f’kuntratti spot tal-komoditajiet li jaffettwa biss is-suq spot. Fil-każ speċifiku ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tad-definizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 meta japplikaw id-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata (jew “minn ġewwa”), l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq taħt dan ir-Regolament għal strumenti finanzjarji marbuta ma’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.

(21)

Skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), il-Kummissjoni, l-Istati Membri u korpi oħra maħtura uffiċjalment huma, inter alia, responsabbli għall-ħruġ tekniku tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-allokazzjoni libera tagħhom għas-setturi eliġibbli tal-industrija u l-parteċipanti ġodda, u b’mod aktar ġenerali, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas politiku tal-Unjoni rigward il-klima li fuqu hi msejsal-provvista tal-kwoti tal-emissjonijiet lix-xerrejja konformi tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet (EU ETS). Fl-eżerċizzju ta’ dawk id-dmirijiet, dawk il-korpi pubbliċi jistgħu, inter alia, jkollhom aċċess għal informazzjoni sensittiva għall-prezzijiet li ma tkunx disponibbli għall-pubbliku u skont id-Direttiva 2003/87/KE, jista’ jkollhom bżonn iwettqu ċerti operazzjonijiet tas-suq relatati mal-kwoti tal-emissjonijiet. B’konsegwenza tal-klassifikazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet bħala strumenti finanzjarji bħala parti mir-reviżjoni tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), dawk l-istrumenti jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Sabiex tinżamm il-kapaċità tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u ta’ korpi oħra maħtura uffiċjalment, li jiżviluppaw u jimplimentaw il-politika tal-Unjoni dwar il-klima, l-attivitajiet ta’ dawk il-korpi pubbliċi, sakemm jitwettqu fl-interess pubbliku u fl-insegwiment ta’ dik il-politika u li jikkonċernaw kwoti tal-emissjonijiet, għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali eżenzjoni ma għandhiex ikollha impatt negattiv fuq it-trasparenza globali tas-suq, peress li dawk il-korpi pubbliċi għandhom obbligi statutorji li joperaw b’tali mod li jiġi żgurat kemm l-iżvelar ordnat, ġust u mhux diskriminatorju ta’ kwalunkwe deċiżjoni, żvilupp jew data ġodda li n-natura tagħhom tista’ tinfluwenza l-prezzijiet, kif ukoll l-aċċess għalihom. Barra minn hekk, jeżistu salvagwardji għall-iżvelar ġust u mhux diskriminatorju ta’ informazzjoni speċifika li tista’ tinfluwenza l-prezzijiet miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi fid-Direttiva 2003/87/KE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva. Fl-istess ħin, l-eżenzjoni għall-korpi pubbliċi li jaġixxu favur il-politika tal-Unjoni dwar il-klima ma għandhiex testendi għall-każijiet fejn dawk il-korpi pubbliċi jkunu involuti f’kondotta jew fi tranżazzjonijiet li ma jkunux fl-insegwiment tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima, jew meta persuni li jkunu qegħdin jaħdmu għal dawk il-korpi jkunu involuti f’kondotta jew fi tranżazzjonijiet għall-akkont tagħhom stess.

(22)

Skont l-Artikolu 43 TFUE u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u korpi oħra maħtura uffiċjalment huma, inter alia, responsabbli li jsegwu l-Politika Agrikola Komuni (PAK) u l-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Fl-eżerċizzju ta’ dawk id-dmirijiet, dawk il-korpi pubbliċi jwettqu attivitajiet u jieħdu miżuri mmirati lejn il-ġestjoni tas-swieq agrikoli u tas-sajd, inklużi dawk ta’ intervent pubbliku, impożizzjoni ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali jew is-sospensjoni tagħhom. Fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ċerti dispożizzjonijiet tiegħu li japplikaw għal kuntratti spot tal-komoditajiet li għandhom jew li x’aktarx ikollhom effett fuq strumenti finanzjarji u strumenti finanzjarji li l-valur tagħhom jiddependi fuq il-valur ta’ kuntratti spot tal-komoditajiet u li għandom jew li x’aktarx ikollhom effett fuq kuntratti spot tal-komoditajiet, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-attività tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u korpi oħra nominati uffiċjalment biex jiġu segwiti l-PAK u l-PKS, ma tkunx ristretta.Sabiex tinżamm il-kapaċità tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u korpi oħra maħtura uffiċjalment biex jiġu żviluppati u segwiti l-PAK u l-PSK, l-attivitajiet tagħhom, sakemm jitwettqu fl-interess pubbliku u biss biex jiġu segwiti dawk il-politiki, għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Tali eżenzjoni ma għandhiex ikollha impatt negattiv fuq it-trasparenza globali tas-suq, peress li dawk il-korpi pubbliċi għandhom obbligi statutorji li joperaw b’tali mod li jiġi żgurat kemm l-iżvelar ordnat, ġust u mhux diskriminatorju ta’ kwalunkwe deċiżjoni, żvilupp jew data ġodda li n-natura tagħhom tista’ tinfluwenza l-prezzijiet, kif ukoll l-aċċess għalihom. Fl-istess ħin, l-eżenzjoni għall-korpi pubbliċi li jaġixxu biex jiġu segwiti l-PAK u l-PSK ma għandhiex testendi għall-każijiet fejn dawk il-korpi pubbliċi jkunu involuti f’kondotta jew fi tranżazzjonijiet li ma jkunux biex jiġu segwiti mal-PAK u l-PSK, jew meta persuni li jkunu qegħdin jaħdmu għal dawk il-korpi jkunu involuti f’kondotta jew fi tranżazzjonijiet għall-akkont tagħhom stess.

(23)

Il-karatteristika essenzjali tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata tikkonsisti f’vantaġġ inġust li jinkiseb minn informazzjoni privileġġata għad-detriment ta’ partijiet terzi li ma jkunux konxji minn tali informazzjoni u, konsegwentement, it-tidgħjif tal-integrità tas-swieq finanzjarji u l-fiduċja tal-investitur. Konsegwentement, il-projbizzjoni kontra l-abbuż minn informazzjoni privileġġata għandha tapplika fejn persuna li jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġata tieħu vantaġġ inġust mill-benefiċċju miksub minn dik l-informazzjoni billi tidħol fi tranżazzjonijiet tas-suq skont dik l-informazzjoni billi takkwista jew iċċedi, jew billi tipprova takkwista jew iċċedi, jew billi tikkanċella jew temenda jew billi tipprova tikkanċella jew temenda ordni biex takkwista jew iċċedi, għall-akkont tagħha stess jew għall-akkont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni tkun relatata magħhom. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata jista’ jikkonsisti wkoll fl-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet jew derivati tagħhom u fil-parteċipazzjoni fl-irkant ta’ kwoti ta’ emissjonijiet jew prodotti irkantati oħrajn ibbażati fuqhom li jinżammu b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (8).

(24)

Meta persuna ġuridika jew naturali fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata, takkwista jew iċċedi, jew tipprova takkwista jew iċċedi, għall-akkont tagħha stess jew għall-akkont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni tkun relatata magħhom, għandu jiġi implikat li dik il-persuna “użat dik l-informazzjoni”. Dik is-suppożizzjoni hija bla preġudizzju għad-drittijiet ta’ difiża. Il-mistoqsija jekk persuna kisritx il-projbizzjoni dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata jew ippruvatx twettaq abbuż minn informazzjoni privileġġata għandha tiġi analizzata għall-fini ta’ dan ir-Regolament, li hu li jipproteġi l-integrità tas-suq finanzjarju u jsaħħaħ il-fiduċja tal-investitur, li hija bbażata, u mbagħad, fuq l-iżgurar li l-investituri se jitqiegħdu fuq l-istess livell u jkunu protetti mill-użu ħażin ta’ informazzjoni privileġġata.

(25)

Ordnijiet li jsiru qabel ma persuna jkollha informazzjoni privileġġata m’għandhomx jitqiesu bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata. Madankollu meta persuna tikseb informazzjoni privileġġata, għandu jkun hemm preżunzjoni li kwalunkwe bidla sussegwenti relatata ma’ dik l-informazzjoni għal ordnijiet magħmula qabel il-kisba ta’ tali informazzjoni, inklużi l-kanċellazzjoni jew l-emenda ta’ ordni, jew it-tentattiv ta’ kanċellazzjoni jew emenda ta’ ordni, tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata. Dik il-preunzjoni tista’, madankollu, tiġi kkonfutata jekk il-persuna tistabbilixxi li ma użatx l-informazzjoni privileġġata fit-twettiq tat-tranżazzjoni.

(26)

L-użu ta’ informazzjoni privileġġata jista’ jikkonsisti fl-akkwist jew iċ-ċessjoni ta’ strument finanzjarju, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, jew fil-kanċellazzjoni jew emenda ta’ ordni, jew f’tentattiv ta’ akkwist jew ċessjoni ta’ strument finanzjarju jew ta’ kanċellazzjoni jew emenda ta’ ordni, minn persuna li tkun taf, jew kellha tkun taf, li l-informazzjoni tikkostitwixxi informazzjoni privileġġata. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti ghandhom jikkunsidraw dak li persuna normali u ragjonevoli tkun taf jew suppost kellha tkun taf fiċ-ċirkostanzi.

(27)

Dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat b’mod konsistenti mal-miżuri adottati mill-Istati Membri biex jipproteġu l-interessi tad-detenturi ta’ titoli trasferibbli li jġorru magħhom drittijiet ta’ vot f’kumpannija (jew li jistgħu jġorru tali drittijiet b’konsegwenza tal-eżerċizzju ta’ drittijiet jew konverżjoni) meta l-kumpannija tkun soġġetta għal offerta pubblika ta’ take-over jew kwalunkwe bidla oħra proposta ta’ kontroll. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat b’mod konsistenti mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta’ offerti ta’ take-over, tranżazzjonijiet ta’ fużjoni u tranżazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpaniji rregolati mill-awtoritajiet superviżorji maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(28)

Ir-riċerka u l-istimi imsejsa fuq data disponibbli pubblikament, m’għandhomx jitqiesu fihom infushom bħala informazzjoni privileġġata u l-fatt waħdu li tranżazzjoni titwettaq abbażi ta’ riċerka jew stimi m’għandhiex għaldaqstant titqies li tikkostitwixxi użu ta’ informazzjoni privileġġata. Madankollu pereżempju, meta l-pubblikazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ informazzjoni tkun mistennija fuq bażi regolari mis-suq u meta tali pubblikazzjoni jew distribuzzjoni tkun tikkontribwixxi għall-proċess tal-formazzjoni tal-prezz ta’ strumenti finanzjarji jew l-informazzjoni tkun tipprovdi fehmiet ta’ kummentatur tas-suq jew istituzzjoni rikonoxxuti li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-prezzijiet ta’ strumenti finanzjarji relatati, l-informazzjoni tista’ tikkostitwixxi informazzjoni privileġġata. L-atturi tas-suq għandhom għalhekk jikkunsidraw sa liema punt l-informazzjoni ma tkunx pubblika u l-effett possibbli fuq strumenti finanzjarji innegozjati qabel il-pubblikazzjoni jew id-distribuzzjoni tagħha, biex jistabbilixxu jekk ikunux qed jinnegozjaw abbażi ta’ informazzjoni privileġġata.

(29)

Sabiex jiġi evitat li bi żball jiġu pprojbiti forom ta’ attività finanzjarja li huma leġittimi, jiġifieri meta ma jkun hemm l-ebda effett ta’ abbuż tas-suq, jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta ċerta imġiba leġittima. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, ir-rikonoxximent tar-rwol ta’ ġeneraturi tas-suq, meta jaġixxu fil-kapaċità leġittima li jipprovdu likwidità fis-suq.

(30)

Is-sempliċi fatt li ġeneraturi tas-suq jew persuni awtorizzati biex jaġixxu bħala kontropartijiet, jillimitaw lilhom infushom għat-twettiq tal-attività kummerċjali leġittima tagħhom li jixtru jew jbiegħu strumenti finanzjarji, jew li persuni awtorizzati biex jeżegwixxu ordinijiet f’isem partijiet terzi b’informazzjoni privileġġata jillimitaw irwieħhom għat-twettiq, il-kanċellazzjoni jew l-emenda ta’ ordni b’mod responsabbli, m’għandux jitqies li jikkostitwixxi użu ta’ informazzjoni privileġġata. Madankollu, il-protezzjoni, stipulata f’dan ir-Regolament għal ġeneraturi tas-suq, korpi awtorizzati li jaġixxu bħala kontropartijiet jew persuni awtorizzati biex jeżegwixxu ordinijiet f’isem partijiet terzi b’informazzjoni privileġġata ma jestendux għal attivitajiet ipprojbiti b’mod ċar skont dan ir-Regolament, inkluża, pereżempju, il-parattika komunement magħrufa bħala “front-running”. Meta persuni ġuridiċi jkunu ħadu l-miżuri raġonevoli kollha possibbli biex jevitaw li jseħħ abbuż tas-suq iżda minkejja dan persuni fiżiċi li jimpjegaw iwettqu abbuż tas-suq f’isem il-persuna ġuridika dan m’għandux jitqies li huwa abbuż tas-suq mill-persuna ġuridika. Eżempju ieħor li m’għandux jitqies li jikkostitwixxi użu ta’ informazzjoni privileġġata huma tranżazzjonijiet imwettqa fl-eżekuzzjoni ta’ obbligu preċedenti li jkun sar dovut. L-aċċess għal informazzjoni privileġġata li tikkonċerna kumpanija oħra u l-użu tagħha fil-kuntest ta’ offerta pubblika ta’ take-over għall-iskop li jinkiseb kontroll ta’ dik il-kumpanija jew li jkun hemm proposta ta’ fużjoni ma’ dik il-kumpanija m’għandux jitqies li jikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(31)

Ladarba l-akkwist jew iċ-ċessjoni ta’ strumenti finanzjarji jinvolvi neċessarjament deċiżjoni minn qabel għall-akkwist jew iċ-ċessjoni li titieħed mill-persuna li tieħu fuqha operazzjoni waħda jew oħra minn dawk, it-twettiq ta’ dan l-akkwist jew din iċ-ċessjoni m’għandux jitqies li jikkostitwixxi l-użu ta’ informazzjoni privileġġata. L-aġir abbażi tal-pjanijiet u l-istrateġiji proprji għan-negozjar m’għandux jitqies bħala użu ta’ informazzjoni privileġġata. Minkejja dan, ħadd minn dawk il-persuni legali jew naturali m’għandhom ikunu protetti bis-saħħa tal-funzjoni professjonali tagħhom; huma għandhom ikunu protetti biss jekk jaġixxu b’mod ġust u xieraq, filwaqt li jissodisfaw kemm l-istandards mistennija tal-professjoni tagħhom kif ukoll dawk ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-integrità tas-suq u l-protezzjoni tal-investitur. Jista’ jitqies li jkun twettaq ksur jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li kien hemm raġuni illeġittima wara dawk it-tranżazzjonijiet jew orndijiet jew dak l-aġir, jew li l-persuna użat informazzjoni privileġġata.

(32)

Is-sondaġġi tas-suq huma interazzjonijiet bejn bejjiegħ ta’ strumenti finanzjarji u investitur potenzjali wieħed jew aktar, qabel ma titħabbar tranżazzjoni, sabiex jitkejjel l-interess ta’ investituri potenzjali fi tranżazzjoni possibbli u l-ipprezzar, id-daqs u l-istrutturar tagħha. Is-sondaġġi tas-suq jistgħu jinvolvu offerta inizjali jew sekondarja ta’ titoli rilevanti, u huma distinti minn negozjar ordinarju. Dawn huma għodda ta’ valur għoli sabiex titkejjel l-opinjoni ta’ investituri possibbli, jissaħħaħ id-djalogu mal-azzjonist, jiġi żgurat li l-operazzjonijiet jimxu bla xkiel, u li l-fehmiet tal-emittenti, l-azzjonisti eżistenti u l-investituri l-ġodda potenzjali jkunu allinjati. Jistgħu jkunu ta’ benefiċċju partikolari meta s-swieq ikollhom nuqqas ta’ fiduċja jew parametru ta’ referenza rilevanti, jew ikunu volatili. Għalhekk il-kapaċità li jitwettqu sondaġġi tas-suq hija importanti għall-funzjonament xieraq tas-swieq finanzjarji u s-sondaġġi tas-suq m’għandhomx jitqiesu bħala abbuż tas-suq.

(33)

Eżempji ta’ sondaġġi tas-suq jinkludu sitwazzjonijet fejn ditta fuq in-naħa tal-bejgħ tkun daħlet f’diskussjonijiet ma’ emittent dwar tranżazzjoni possibbli, u jkun ġie deċiż li jitkejjel l-interess ta’ investitur potenzjali sabiex jiġu ddeterminati t-termini li se jiffurmaw tranżazzjoni; meta emittent ikollu l-ħsieb li jħabbar ħruġ ta’ dejn jew ekwità addizzjonali u jiġu kkuntatjati investituri ewlenin minn ditta fuq in-naħa tal-bejgħ u jingħataw it-termini kollha tal-ftehim sabiex jinkiseb impenn finanzjarju għal parteċipazzjoni fit-tranżazzjoni; jew meta n-naħa tal-bejgħ tkun qed tippova tbiegħ ammont kbir ta’ titoli f’isem investitur u tipprova tkejjel l-interess potenzjali f’dawk it-titoli minn investituri potenzjali oħrajn.

(34)

It-twettiq ta’ sondaġġi tas-suq jista’ jirrikjedi żvelar lil investituri potenzjali ta’ informazzjoni privileġġata. Ġeneralment ikun hemm biss il-potenzjal li jinkiseb profitt finanzjarju minn negozju bbażat fuq informazzjoni privileġġata li tkun għaddiet f’sondaġġ tas-suq meta jkun hemm suq eżistenti fl-istrument finanzjarju li jkun is-suġġett tas-sondaġġ tas-suq jew fi strument finanzjarju relatat. Fid-dawl tal-għażla taż-żmien ta’ tali diskussjonijiet, huwa possibbli li tiġi żvelata informazzjoni privileġġata lill-investitur potenzjali matul is-sondaġġ tas-suq wara li strument finanzjarju jkun ġie ammess għan-negozjar f’suq regolat jew innegozjat fuq MTF jew OTF. Qabel ma jinvolvi ruħu f’sondaġġ tas-suq, il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jevalwa jekk is-sondaġġ tas-suq hux se jinvolvi l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata.

(35)

Għandu jitqies li tkun ġiet żvelata informazzjoni privileġġata b’mod leġittimu jekk din tiġi żvelata matul l-eżerċizzju normali tat-twettiq tal-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet ta’ persuna. Meta sondaġġ tas-suq ikun jinvolvi l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata, il-parteċipant fis-suq li jiżvela se jitqies li qiegħed jaġixxi fit-twettiq tal-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet normali tiegħu meta, fl-istess ħin li jsir l-iżvelar, huwa jinforma u jirċievi l-kunsens tal-persuna li lilha jkun sar l-iżvelar li tista’ tingħata informazzjoni privileġġata; li se tkun ristretta bid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament milli tinnegozja jew taġixxi fuq dik l-informazzjoni; li għandhom jittieħdu passi raġonevoli biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità kontinwa tal-informazzjoni; u li għandha tinforma lill-parteċipant fis-suq li jiżvela dwar l-identitajiet tal-persuni fiżiċi u legali kollha li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni fil-qafas tal-iżvilupp ta’ rispons għas-sondaġġ tas-suq. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jikkonforma wkoll mal-obbligi, li għandhom jiġu stipulati fi standards tekniċi regolatorji, rigward iż-żamma ta’ rekords ta’ informazzjoni żvelata. Il-parteċipanti tas-suq li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament fit-twettiq ta’ sondaġġ tas-suq ma għandhomx jiġu preżunti li żvelaw informazzjoni privileġġata illegalment iżda ma għandhomx ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-eżenzjoni mogħtija lil dawk li jkunu kkonformaw ma’ tali dispożizzjonijiet. Il-mistoqsija jekk kisrux il-projbizzjoni kontra l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata għandha tiġi analizzata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament u l-parteċipanti kollha f’suq li jiżvela għandhom l-obbligu li jżommu rekord bil-miktub tal-valutazzjoni tagħhom, qabel ma jidħlu f’sondaġġ tas-suq, indipendentement minn jekk dak is-sondaġġ tas-suq ikunx jinvolvi l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata.

(36)

L-investituri potenzjali li jkunu s-suġġett ta’ sondaġġ tas-suq u mbagħad għandhom jikkunsidraw jekk l-informazzjoni żvelata lilhom tammontax għal informazzjoni privileġġata li twaqqafhom milli jagħmlu negozju abbażi tagħha jew li jkomplu jiżvelaw dik l-informazzjoni. L-investituri potenzjali jibqgħu suġġetti għar-regoli dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u dwar l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata, kif stipulat f’dan ir-Regolament. Sabiex l-investituri potenzjali jiġu assistiti fil-kunsiderazzjonijiet tagħhom u fir-rigward ta’ x’passi għandhom jieħdu sabiex ma jiksrux dan ir-Regolament, l-ESMA għandha toħroġ linji gwida.

(37)

Ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 jistipula żewġ reġimi paralleli kontra l-abbuż tas-suq, applikabbli għall-irkanti tal-kwoti tal-emissjonijiet. Madankollu, b’riżultat tal-klassifikazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet bħala strumenti finanzjarji, dan ir-Regolament għandu jikkostitwixxi sett ta’ regoli uniku ta’ miżuri kontra l-abbuż tas-suq applikabbli għas-swieq primarji u sekondarji kollha fil-kwoti tal-emissjonijiet. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal imġiba jew tranżazzjonijiet, inklużi offerti, li jkollhom x;jaqsmu mal-irkantar fuq pjattaforma ta’ irkantar awtorizzata ta’ suq regolat ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom, inkluż meta prodotti irkantati ma jkunux strumenti finanzjarji, skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

(38)

Dan ir-Regolament għandu jipprovdi miżuri rigward il-manipulazzjoni tas-suq li jistgħu jiġu adattati għal forom ġodda ta’ negozjar jew strateġiji ġodda li jistgħu jkunu abbużivi. Sabiex jiġi rifless il-fatt li n-negozjar fi strumenti finanzjarji huwa dejjem aktar awtomatizzat, huwa mixtieq li d-definizzjoni ta’ manipulazzjoni tas-suq tipprovdi eżempji ta’ strateġiji speċifiċi ta’ abbuż li jistgħu jitwettqu permezz ta’ kwalunkwe mezz disponibbli ta’ negozjar algoritmiku u ta’ frekwenza għolja. L-eżempji pprovduti mhumiex maħsuba biex ikunu eżawrjenti u lanqas ma huma maħsuba biex jissuġġerixxu li l-istess strateġiji mwettqa permezz ta’ mezzi oħra ma jkunux abbużivi wkoll.

(39)

Il-projbizzjonijiet kontra l-abbuż tas-suq għandhom ikopru wkoll dawk il-persuni li jaġixxu f’kollaborazzjoni biex jitwettaq abbuż tas-suq. Eżempji jistgħu jinkludu, iżda mhux biss, sensara li joħolqu jew jirrakkomandaw strateġija ta’ negozju mfassla biex tirriżulta f’abbuż tas-suq, persuni li jħeġġu lil persuna li jkollha informazzjoni privileġġata biex tiżvela dik l-informazzjoni illegali, jew persuni li jiżviluppaw softwer b’kollaborazzjoni ma’ negozjant bl-iskop li jiffaċilitaw abbuż tas-suq.

(40)

Sabiex tiġi żgurata r-responsabilità kemm fuq il-persuna ġuridika kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika li jipparteċipaw fit-teħid ta’ deċiżjoni tal-persuna ġuridika, jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti il-mekkaniżmi legali nazzjonali differenti fl-Istati Membri. Tali mekkaniżmi għandhom jirrelataw direttament għall-metodi ta’ attribuzzjoni ta’ responsabilità fil-liġi nazzjonali.

(41)

Sabiex jikkomplementa l-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq, dan ir-Regolament għandu jinkludi projbizzjoni kontra tentattiv ta’ involviment fil-manipulazzjoni tas-suq. Tentattiv li jsir involviment f’manipulazzjoni tas-suq għandu jkun distint minn aġir li x’aktarx jirriżulta f’manipulazzjoni tas-suq peress li ż-żewġ attivitajiet huma pprojbiti skont dan ir-Regolament. Tali tentattiv jista’ jinkludi sitwazzjonijiet fejn l-attività tinbeda iżda ma titkompliex, pereżempju b’riżultat ta’ teknoloġija li tfalli jew istruzzjoni ta’ negozjar li ma titteħidx azzjoni fuqha. Il-projbizzjoni ta’ tentattivi ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq hija neċessarja sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimponu sanzjonijiet għal tali tentattivi.

(42)

Mingħajr preġudizzju għall-għan ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet appklikabbli direttament tiegħu, persuna li tidhol fi tranżazzjonijiet jew toħroġ ordnijiet għal kummerċ li jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq tista’ tistabbilixxi li r-ragunijiet tagħha biex tidħol f’tali tranżazzjonijiet jew toħrog l-ordnijiet ta’ negozjar kienu legittimi u li t-tranżazzjonijiet u l-ordnijiet ta’ negozjar kienu konformi ma’ prattika aċċettata fis-suq ikkonċernat. Prattika tas-suq aċċettata tista’ tiġi stabbilita biss mill-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-abbuż tas-suq tas-suq ikkonċernat. Prattika li hija aċċettata f’suq partikolari ma tistax titqies li hi applikabbli għal swieq oħra sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn is-swieq l-oħra ma jkunux aċċettaw dik il-prattika b’mod uffiċjali. Jista’ jitqies li jkun seħħ ksur ukoll jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet li kien hemm raġuni oħra, illeġittima wara dawn it-tranżazzjonijiet jew ordnijiet għal negozjar.

(43)

Dan ir-Regolament għandu jiċċara wkoll li l-involviment f’manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq fi strument finanzjarju jistgħu jieħdu l-forma ta’ użu ta’ strumenti finanzjarji relatati bħal strumenti derivati li huma nnegozjati fuq post tan-negozjar ieħor jew OTC.

(44)

Bosta strumenti finanzjarji huma pprezzati b’referenza għall-parametri ta’ referenza. Il-manipulazzjoni reali jew tentattiv ta’ manipulazzjoni tal-parametri ta’ referenza, inklużi r-rati tal-offerti interbankarji, jistgħu jkollhom impatt serju fuq il-fiduċja fis-suq u jistgħu jirriżultaw f’telf sinifikanti għall-investituri jew distorsjoni tal-ekonomija reali. Għalhekk, dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-parametri ta’ referenza huma meħtieġa sabiex tiġi mħarsal-integrità tas-swieq u jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinfurzaw projbizzjoni ċara tal-manipulazzjoni tal-parametri ta’ referenza. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru l-parametri ta’ referenza ppubblikati kollha inklużi dawk aċċessibbli permezz tal-Internet indipendentement ikunux bxejn jew le bħalma huma l-parametri ta’ referenza CDS u l-indiċi tal-indiċi. Jinħtieġ li tiġi kkomplementata l-projbizzjoni ġenerali tal-manipulazzjoni tas-suq billi jiġu pprojbiti l-manipulazzjoni tal-parametru ta’ referenza nnifsu u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa, forniment ta’ inputs foloz jew qarrieqa, jew kwalunkwe azzjoni oħra li timmanipula l-kalkolu ta’ parametru ta’ referenza, fejn dak il-kalkolu jkun definit b’mod wiesa’ biex jinkludi r-riċeviment u l-valutazzjoni tad-data kollha li tirrelata mal-kolkolu ta’ dak il-parametru ta’ referenza u jinkludi b’mod partikolari data maqtuha, u inkluża l-metodoloġija tal-parametru ta’ referenza. Dawk ir-regoli huma b’żieda mar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 li jipprojbixxi l-forniment intenzjonali ta’ informazzjoni falza lil impriżi li jipprovdu valutazzjonijiet tal-prezzijiet tas-suq jew rapporti tas-suq dwar prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li twassal biex il-parteċipanti tas-suq li jaġixxu abbażi ta’ dawk il-valutazzjonijiet tal-prezzijiet jew rapporti tas-suq jiġu mqarqa.

(45)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tas-suq bejn postijiet u faċilitajiet tan-negozjar suġġetti għal dan ir-Regolament, kwalunkwe persuna li topera swieq regolati, MTFs u OTFs għandha tkun obbligata li tistabbilixxi u żżomm arranġamenti, sistemi u proċeduri effikaċi mmirati lejn il-prevenzjoni u l-kxif ta’ prattiki abbużivi u ta’ manipulazzjoni tas-suq.

(46)

Il-manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jista’ jikkonsisti wkoll fi tqegħid ta’ ordnijiet li ma jistgħux jiġu eżegwiti. Barra minn hekk, strument finanzjarju jista’ jiġi mmanipulat permezz ta’ mġiba li ssir barra mill-post tan-negozjar. Persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet għandhom ikunu mitluba li jistabbilixxu u li jżommu arranġamenti, sistemi u proċeduri effikaċi fis-seħħ sabiex jidentifikaw u jirrappurtaw tranżazzjonijiet suspettużi. Huma għandhom ukoll jirrapurtaw ordnijiet suspettużi u tranżazzjonijiet suspettużi li jsiru barra mill-post tan-negozjar.

(47)

Il-manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jistgħu jikkonsistu wkoll fit-tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa. It-tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji f’perjodu ta’ żmien relattivament limitat. Jista’ jikkonsisti fl-invenzjoni ta’ informazzjoni ċarament falza, iżda wkoll fl-omissjoni apposta ta’ fatti materjali, kif ukoll ir-rappurtar impreċiż apposta ta’ informazzjoni. Dik il-forma ta’ manipulazzjoni tas-suq hija ta’ ħsara partikulari għall-investituri, għaliex iġegħilhom jsejsu d-deċiżjonijiet tal-investiment tagħhom fuq informazzjoni skorretta jew imgħawġa. Hija ta’ ħsara wkoll għall-emittenti, għaliex itnaqqas il-fiduċja fl-informazzjoni li hemm għad-dispożizzjoni tagħhom. Nuqqas ta’ fiduċja fis-suq jista’, min-naħa tiegħu, jikkomprometti serjament il-ħila ta’ emittent biex joħroġ strumenti finanzjarji ġodda, jew biex jiżgura l-kreditu minn parteċipanti oħra tas-suq sabiex jiffinanzja l-operati tiegħu. L-informazzjoni tinfirex mas-suq malajr ħafna. B’konsegwenza ta’ dan, il-ħsara lill-investituri u lill-emittenti tista’ tibqa’ sejra għal żmien relattivament twil, sakemm jinstab li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqi, u tkun tista’ tiġi kkoreġuta mill-emittent jew minn dawk responsabbli għat-tixrid tagħha. Għaldaqstant, jeħtieġ li t-tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqi, inklużi l-għajdut u l-aħbarijiet foloz jew qarrieqi, jiġi kklassifikat bħala ksur ta’ dan ir-Regolament. Jixraq b’hekk li dawk li jkunu attivi fis-swieq finanzjarji ma jkollhom il-permess li jesprimu liberament informazzjoni li tmur kontra l-opinjoni tagħhom jew il-ġudizzju tajjeb tagħhom, li jafu jew imisshom jafu li hija falza jew qarrieqi, bi ħsara għall-investituri u għall-emittenti.

(48)

Minħabba ż-żieda fl-użu ta’ websajts, blogs u midja soċjali, importanti li jkun iċċarat li t-tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa permezz tal-Internet, inklużi s-siti tal-midja soċjali jew blogs li ma jistgħux jiġu attribwiti, għandu jitqies għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, bħala ekwivalenti għal dak permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni aktar tradizzjonali.

(49)

L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata minn emittent huwa essenzjali sabiex jiġi evitat l-abbuż ta’ informazzjoni privileġġata u jiżguraw li l-investituri ma jiġux imqarrqa. L-emittenti għandhom għalhekk ikunu mitluba li jinformaw lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun rigward informazzjoni privileġġata. Madankollu dak l-obbligu jista’, f’kundizzjonijiet speċjali, jippreġudika l-interessi leġittimi tal-emittent. F’tali ċirkostanzi, għandu jiġi permess żvelar imdawwem sakemm dak id-dewmien ma jkunx probabbli li jqarraq bil-pubbliku u l-emittent ikun jista’ jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni. L-emittent għandu biss l-obbligu li jiżvela informazzjoni privileġġata jekk ikun talab jew approva ammissjoni tal-istrument finanzjarju għan-negozjar.

(50)

Sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti dwar żvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata u d-dewmien ta’ tali żvelar pubbliku, kif stipulat f’dan ir-Regolament, l-interessi leġittimi jistgħu, b’mod partikolari, jirrelataw maċ-ċirkostanzi mhux eżawrjenti li ġejjin (a) in-negozjati li jkunu għaddejjin, jew l-elementi relatati, meta r-riżultat jew ix-xejra normali ta’ dawn in-negozjati x’aktarx li jiġu affettwati mill-iżvelar pubbliku. B’mod partikolari, fl-eventwalità illi l-vijabbiltà finanzjarja tal-emittent tkun f’periklu gravi u iminenti, għalkemm mhux fl-ambitu tal-liġi applikabbli tal-falliment, it-tagħrif dwar l-iżvelar pubbliku jista’ jiddewwem għal perjodu limitat taż-żmien meta tali żvelar pubbliku jipperikola serjament l-interess tal-azzjonarji eżistenti u potenzjali billi jdgħajjef il-konklużjoni ta’ negozjati speċifiċi mfassla sabiex jiżguraw l-irkupru finanzjarju fit-tul tal-emittent; (b) id-deċiżjonijiet meħuda jew il-kuntratti magħmula mill-korp tal-ġestjoni ta’ emittent li jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ korp ieħor tal-emittent sabiex isiru effettivi, meta l-organizzazzjoni ta’ tali emittent teħtieġ is-separazzjoni bejn dawk il-kopri, sakemm żvelar pubbliku tal-informazzjoni qabel din l-approvazzjoni flimkien mat-taħbira simultanja tal-approvazzjoni jibqgħu pendenti jipperikolaw l-istima korretta tal-informazzjoni min-naħa tal-pubbliku.

(51)

Barra minn hekk, ir-rekwiżit li tirrapporta informazzjoni privileġġata jeħtieġ li jiġi indirizzat lill-parteċipanti fis-suq tal-kwota tal-emissjonijiet. Sabiex jiġi evitat li s-suq jiġi espost għal rappurtar li ma jkunx utli u biex tinżamm il-kosteffiċjenza tal-miżura prevista, jidher li huwa meħtieġ li l-impatt regolatorju ta’ dak ir-rekwiżit jiġi limitat biss għal dawk l-operaturi tal-ETS tal-UE li, minħabba d-daqs u l-attività tagħhom, jistgħu jkunu mistennija raġonevolment li jkollhom effett sinifikanti fuq il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet, ta’ prodotti rkantati bbażati fuqha, jew ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati magħhom u għal offerti f’irkanti skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu limitu minimu għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dik l-eżenzjoni permezz ta’ att delegat. L-informazzjoni li għandha tiġi żvelata għandha tikkonċerna l-operazzjonijiet fiżiċi tal-parti li qiegħda tiżvela l-informazzjoni u mhux il-pjanijiet jew l-istrateġiji proprji għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, il-prodotti rkantati bbażati fuqha, jew strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati magħhom. Meta l-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet diġà jkunu konformi ma’ rekwiżiti ekwivalenti ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata, b’mod partikolari skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011, l-obbligu ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata rigward il-kwoti tal-emissjonijiet m’għandux iwassal għall-iżvelar obbligatorju doppju sostanzjalment bl-istess kontenut. Fil-każ ta’ parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet b’emissjonijiet aggregati jew b’input termali ratat fil-limitu jew taħt il-limitu stabbilit, peress li l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet fiżiċi tagħhom hija meqjusa immaterjali għall-finijiet ta’ żvelar, għandha titqies ukoll li m’għandhiex effett sinifikanti fuq il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet, ta’ prodotti rkantati bbażati fuqha, jew ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati magħhom. Minkejja dan, tali parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom ikunu koperti bil-projbizzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra li jkollhom aċċess għaliha u li tkun informazzjoni privileġġata.

(52)

Sabiex jiġi protett l-interess pubbliku, tinżamm l-istabilità tas-sistema finanzjarja u, pereżempju, sabiex jiġi evitat li kriżijiet ta’ likwidità f’istituzzjonijiet finanzjarji jiżviluppaw fi kriżijiet ta’ solvenza minħabba irtirar f’daqqa ta’ fondi, jaf ikun xieraq li jiġi permess, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, id-dewmien tal-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji. B’mod partikolari, dan jista’ japplika għal informazzjoni pertinenti għal problemi ta’ likwidità temporanji, fejn ikollhom bżonn jirċievu self mill-bank ċentrali inkluża assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza minn bank ċentrali fejn l-iżvelar tal-informazzjoni jkollha impatt sistemiku. Dan id-dewmien għandu jkun bil-kundizzjoni li l-emittent jikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti rilevanti u filwaqt li jkun ċar li l-interess pubbliku u ekonomiku usa’ fid-dewmien tal-iżvelar huwa iktar importanti mill-interess tas-suq li jirċievi l-informazzjoni li tkun suġġetta għal dewmien.

(53)

Fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji, partikolarment meta jirċievu self minn banek ċentrali, inkluża assistenza f’likwidità ta’ emerġenza, il-valutazzjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex ta’ importanza sistemika u jekk dewmien fl-iżvelar huwiex fl-interess pubbliku għandha ssir mill-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta kif xieraq mal-bank ċentrali nazzjonali, l-awtorità makroprudenzjali jew kwalunkwe awtorità rilevanti oħra.

(54)

L-użu jew it-tentattiv li jsir użu minn informazzjoni privileġġata sabiex isir negozjar għall-akkont personali jew għall-akkont ta’ parti terza għandu jkun ipprojbit b’mod ċar. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata jista’ jikkonsisti wkoll fl-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u derivati tagħhom u fil-parteċipazzjoni fl-irkant ta’ kwoti ta’ emissjonijiet jew prodotti irkantati oħrajn ibbażati fuqhom li jinżammu b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1031/2010 minn persuni li jafu, jew li jmisshom jafu, li l-informazzjoni li jippossjedu tikkostitwixxi informazzjoni privileġġata. Informazzjoni rigward il-pjanijiet u l-istrateġiji proprji għan-negozjar tal-parteċipant fis-suq m’għandhiex titqies bħala informazzjoni privileġġata, minkejja li l-informazzjoni rigward il-pjanijiet u l-istrateġiji għan-negozjar ta’ parti terza tista’ tammonta għal informazzjoni privileġġata.

(55)

Il-ħtieġa li tiġi żvelata informazzjoni privileġġata tista’ tkun ta’ piż għall-intrapriżi żgħar u medji, kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar fis-swieq ta’ tkabbir tal-SMEs, minħabba l-ispejjeż tal-monitoraġġ ta’ informazzjoni fil-pussess tagħhom u t-tiftix ta’ parir legali dwar jekk u meta l-informazzjoni jeħtieġ li tiġi żvelata. Madankollu, l-iżvelar fil-pront ta’ informazzjoni privileġġata huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-kunfidenza tal-investituri f’dawk l-emittenti. Għalhekk, l-ESMA għandha tkun tista’ toħroġ linji gwida li jgħinu lill-emittenti jħarsu l-obbligu li jiżvelaw informazzjoni privileġġata mingħajr ma jikkompromettu l-protezzjoni tal-investitur.

(56)

Il-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata huma għodda importanti għar-regolaturi meta jinvestigaw abbuż possibbli tas-suq, iżda d-differenzi nazzjonali rigward data li għandha tiġi inkluża f’dawk il-listi jimponu piżijiet amministrattivi żejda fuq l-emittenti. Kaxex tad-data meħtieġa għal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandhom għalhekk ikunu uniformi sabiex jitnaqqsu dawk l-ispejjeż. Importanti li l-persuni inklużi fil-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata jiġu infurmati b’dak il-fatt u bl-implikazzjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). Il-ħtieġa li jinżammu listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata u li jiġu aġġornati kostantement timponi piżijiet amministrattivi speċifikament fuq l-emittenti fis-swieq ta’ tkabbir tal-SMEs. Peress li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu superviżjoni effettiva tal-abbuż tas-suq mingħajr ma jkollhom dawk il-listi disponibbli l-ħin kollu għal dawk l-emittenti dawn għandhom ikunu eżenti minn dan l-obbligu sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi imposti b’dan ir-Regolament. Madankollu, tali emittenti għandhom jipprovdu lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

(57)

L-istabbiliment, mill-emittenti jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew għall-akkont tagħhom, ta’ listi ta’ persuni li jaħdmu għalihom permezz ta’ kuntratt tal-impieg jew b’xi mod ieħor u li jkollhom aċċess għall-informazzjoni privileġġata li tirrigwarda, direttament jew indirettament, lill-dak l-emittent, huwa miżura utili għall-protezzjoni tal-integrità tas-suq. Tali listi jistgħu jservu lill-emittenti jew lill-tali persuni biex jikkontrollaw il-fluss tal-informazzjoni privileġġata u b’hekk ikunu ta’ għajnuna għall-ġestjoni tad-doveri ta’ konfidenzalità tagħhom. Barra minn hekk, tali listi jistgħu jikkostitwixxu wkoll għodda utli biex l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw kwalunkwe persuna li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata u d-data li fiha tkun kisbet l-aċċess għaliha. L-aċċess għal informazzjoni privileġġata relatata, direttament jew indirettament, mal-emittent minn persuni inklużi f’tali lista huwa bla preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(58)

Trasparenza akbar tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali fil-livell tal-emittent u, fejn applikabbli, persuni assoċjati mill-qrib magħhom, tikkostitwixxi miżura preventiva kontra l-abbuż tas-suq, b’mod partikolari l-abbuż minn informazzjoni privileġġata. Il-pubblikazzjoni ta’ dawk it-tranżazzjonijiet mill-inqas fuq bażi individwali tista’ wkoll tkun sors siewi ta’ informazzjoni għall-investituri. Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-obbligu li jiġu ppubblikati t-tranżazzjonijiet ta’ dawk il-maniġers jinkludi wkoll il-wegħda jew self ta’ strumenti finanzjarji, peress li l-wegħda ta’ ishma tista’ tirriżulta f’impatt materjali u potenzjalment distabbilizzanti fuq il-kumpanija fil-każ ta’ ċessjoni mhux prevista. Mingħajr l-iżvelar, is-suq ma jkunx konxju li tkun żdiedet il-possibilità ta’, pereżempju, bidla futura sinifikanti fis-sjieda tal-ishma; żieda fil-provvista ta’ ishma għas-suq; jew telf ta’ drittijiet ta’ vot f’dik il-kumpanija. Għal dik ir-raġuni, in-notifika skont dan ir-Regolament tkun meħtieġa meta l-wegħda ta’ titoli ssir bħala parti minn tranżazzjoni usa’ fejn il-maniġer iwiegħed it-titoli bħala kollateral biex jikseb kreditu minn parti terza. Barra minn hekk, it-trasparenza sħiħa u proprja hija prerekwiżit għall-fiduċja tal-atturi tas-suq u, b’mod partikolari, għall-fiduċja tal-azzjonisti ta’ kumpanija. Huwa neċessarju wkoll li jiġi ċċarat li l-obbligu li jiġu ppubblikati t-tranżazzjonijiet ta’ dawk il-manigers jinkludi tranżazzjonijiet minn persuna oħra li li teżerċita diskrezzjoni għall-maniġer. Sabiex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn il-livell tat-trasparenza u n-numru ta’ rapporti notifikati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku, għandhom jiġu introdotti limiti f’dan ir-Regolament li t-tranżazzjonijiet li ma jaqbżuhomx m’hemm għalfejn jiġu notifikati.

(59)

In-notifika ta’ tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali għall-akkont tagħhom stess, jew minn persuna assoċċjata mill-qrib magħhom, mhux biss hija informazzjoni ta’ valur għall-parteċipanti tas-suq, imma tikkostitwixxi wkoll mezz addizzjonali għall-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw is-swieq. L-obbligu tan-notifika tat-tranżazzjonijiet huwa bla preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(60)

In-notifika ta’ tranżazzjonijiet għandha tkun konformi mar-regoli ta’ trasferiment ta’ data personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(61)

Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali għandhom ikunu pprojbiti milli jagħmlu negozju qabel ma jitħabbar rapport finanzjarju interim jew rapport ta’ għeluq is-sena li l-emittent rilevanti obbligat jippubblika skont ir-regoli tal-post tan-negozjar fejn l-ishma tal-emittent ikunu ammessi għan-negozju jew skont il-liġi nazzjonali, sakemm ma jkunux jeżistu ċirkostanzi speċifiċi u ristretti li jiġġustifikaw permess mill-emittenti li jippermetti lil persuna li għandha responsabbiltajiet maniġerjali li tinnegozja. Madankollu, kwalunkwe tali permess mill-emittent huwa bla preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(62)

Sett ta’ għodod u setgħat u riżorsi effettivi għall-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru jiggarantixxi effettività ta’ superviżjoni. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jistipula, b’mod partikolari, sett minimu ta’ setgħat superviżorji u investigattivi li għandhom jiġu fdati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri taħt il-liġi nazzjonali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati, fejn il-liġi nazzjonali tkun tirrikjedi dan, permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizjarji kompetenti. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu b’mod oġġettiv u imparzjali u għandhom jibqgħu awtonomi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom.

(63)

L-intrapriżi tas-suq u l-atturi ekonomiċi kollha għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-integrità tas-suq. F’dak is-sens, il-ħatra ta’ awtorità kompetenti unika għall-abbuż tas-suq m’għandhiex teskludi rabtiet ta’ kollaborazzjoni jew delega taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti, bejn dik l-awtorità u l-intrapriżi tas-suq bil-ħsieb li tiġi ggarantita superviżjoni effiċjenti ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament. Meta persuni li jipproduċu jew jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet ta’ investiment jew informazzjoni oħra fejn jirrakkomandaw jew jissuġġerixxu strateġija ta’ investiment fi strument finanzjarju wieħed jew iktar jinnegozjaw għall-akkont tagħhom stess f’tali strumenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, inter alia, jkunu jistgħu jirrikjedu jew jitolbu minn tali persuni kwalunkwe informazzjoni neċessarja biex jiġi ddeterminat jekk ir-rakkomandazzjonijiet prodotti jew imxerrda minn dik il-perusna humiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

(64)

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ negozjar b’informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, il-kapaċità li jaċċessaw il-bini ta’ persuni fiżiċi u legali sabiex jikkonfiskaw dokumenti. L-aċċess għal tali bini huwa meħtieġ fejn ikun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett ta’ investigazzjoni u jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi ppruvat każ ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew abbuż tas-suq. Barra minn hekk, l-aċċess għal tali bini huwa neċessarju meta: il-persuna li lilha tkun diġà saret talba għal informazzjoni tonqos, għal kollox jew parzjalment, milli tikkonforma magħha; jew fejn hemm raġunijiet ġustifikabbli biex wieħed jemmen li, kieku kellha ssir talba, ma tiġix milqugħa, jew id-dokumenti jew l-informazzjoni li t-talba tkun marbuta magħhom jitneħħew, jiġu mmanipulati jew jinqerdu. Jekk tkun tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat, skont il-liġi nazzjonali, l-aċċess għal bini għandha jseħħ wara li tkun inkisbet dik l-awtorizzazzjoni minn qabel.

(65)

Rekordings eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u rekords tat-traffiku tad-data minn kumpaniji tal-investiment, istituzzjonijiet tal-kreditu u instituzzjonijiet finanzjarji li jeżegwixxu u jiddokumentaw l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet, kif ukoll rekords eżistenti tat-telefown u tat-traffiku tad-data minn operaturi tat-telekomunikazzjonijiet, jikkostitwixxu evidenza kruċjali, u kultant anki l-unika evidenza, biex tiġi identifikata u pprovata l-eżistenza ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq. Ir-rekords tat-telefown u tat-traffiku tad-data jistgħu jistabbilixxu l-identità ta’ persuna responsabbli għat-tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa, jew li ċerti persuni jkunu ġew f’kuntatt f’ċertu ħin, jew li teżisti relazzjoni bejn tnejn min-nies jew aktar. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jirrikjedu rekordingst eżistenti tal-konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u rekords tat-traffiku tad-data miżmuma minn kumpanija ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2014/65/UE. L-aċċess għad-data u għar-rekords telefoniċi huwa meħtieġ biex tiġi pprovduta evidenza u jiġi investigat ħjiel dwar abbuż possibbli minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni possibbli tas-suq, u b’hekk għall-identifikazzjoni u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għallabbuż tas-suq. Sabiex jiġu introdotti kundizzjonijiet indaqs fl-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-aċċess għar-rekords eżistenti tat-telefown u tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni jew ir-rekordings eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u traffiku ta’ data miżmuma minn kumpanija tal-investiment, istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibbiltà, b’konformità mal-liġi nazzjonali, li jitolbu rekords eżistenti tat-telefown jew tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni sakemm ikun permess skont il-liġi nazzjonali u rekordings eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi kif ukoll traffiku ta’ data miżmuma minn kumpanija ta’ investiment, f’każijiet fejn ikun hemm suspett raġonevoli li tali rekords, marbutin mas-suġġett tal-ispezzjoni jew investigazzjoni, ikunu relevanti bħala prova ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew ta’ manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta’ dan ir-Regolament. L-aċċess għar-rekords tat-telefown u tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjonijiet ma jinkludux l-aċċess għall-kontenut ta’ komunikazzjonijiet vokali bit-telefown.

(66)

Filwaqt li dan ir-Regolament jispeċifika sett minimu ta’ setgħat li għandu jkollhom l-awtoritajiet kompetenti, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati fi ħdan sistema kompluta ta’ liġi nazzjonali li tiggarantixxi r-rispett tad-drittijiet fundamentali, inkuż id-dritt għall-privatezza. Għall-eżerċizzju ta’ dawk is-setgħat, li jista’ jammonta għal interferenzi serji mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u dik tal-familja, id-domiċilju u l-komunikazzjonijiet, l-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effikaċi kontra kwalunkwe abbuż, pereżempju, fejn opportun, rekwiżit biex tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel minn awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-possibilità li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw tali setgħat intrusivi sal-punt neċessarju għall-investigazzjoni xierqa ta’ każijiet serji fejn ma jkun hemm l-ebda mezz ekwivalenti biex effettivament jinkiseb l-istess riżultat.

(67)

Peress li l-abbuż tas-suq jista’ jsir bejn il-fruntieri u s-swieq, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi straordinarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu mitluba li jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti u regolatorji oħra, u mal-ESMA, b’mod partikolari rigward attivitajiet ta’ investigazzjoni. Meta awtorità kompetenti tkun konvinta li l-abbuż tas-suq kien, jew qiegħed, jiġi mwettaq fi Stat Membru ieħor jew jaffettwa strumenti finanzjarji nnegozjati fi Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika dak il-fatt lill-awtorità kompetenti u lill-ESMA. F’każijiet ta’ abbuż tas-suq b’effetti transkonfinali, l-ESMA għandha tkun tista’ tikkoordina l-investigazzjoni jekk tintalab li tagħmel hekk minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

(68)

Jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-għodda neċessarja għal sorveljanza effikaċi bejn is-swieq tal-kotba tal-ordnijiet. Skont id-Direttiva 2014/65/UE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu u jirċievu data minn awtoritajiet kompetenti oħrajn relatata mal-kotba tal-ordnijiet bħala assistenza fis-sorveljanza u l-kxif ta’ manipulazzjoni tas-suq fuq bażi transkonfinali.

(69)

Sabiex jiġu żgurati skambji ta’ informazzjoni u kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi rigward l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom f’pajjiżi terzi. Kwalunkwe trasferiment ta’ data personali li jsir fuq il-bażi ta’ dak il-ftehim għandu jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE kif ukoll mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(70)

Qafas prudenzjali u sod u l-kondotta tan-negozju għas-settur finanzjarju għandu jkun ibbażat fuq sistemi b’saħħithom ta’ sorveljanza, investigazzjoni u sanzjonar. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu mgħammra b’biżżejjed setgħat sabiex jaġixxu u għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq sistemi ta’ sanzjonijiet ugwali, qawwija u ta’ deterrent kontra kull kondotta ħażina finanzjarja u sanzjonijiet li għandhom jiġu infurzati b’mod effettiv. Madankollu, il-Grupp de Larosièrekkunsidra li l-ebda wieħed minn dawn l-elementi ma huwa attwalment fis-seħħ. Analiżi tas-setgħat eżistenti li jiġu imposti sanzjonijietu l-applikazzjoni prattika tagħhom bil-għan li tiġi promossal-konverġenza tas-sanzjonijiet tul firxa ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza ġiet imwettqa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

(71)

Għalhekk, sett ta’ sanzjonijiet u miżuri amministrattivi oħrajn għandu jkun previst minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri u sabiex jiġi mtejjeb l-effett dissważiv tagħhom. Il-possibilità ta’ projbizzjoni mill-eżerċizzju ta’ funzjonijiet maniġerjali fi ħdan ditti tal-investiment għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti. Is-sanzjonijietimposti f’każijiet speċifiċi għandhom ikunu determinati billi jittieħdu in kunsiderazzjoni, fejn xieraq, fatturi bħad-disgorgement ta’ kwalunkwe benefiċċju finanzjarju identifikat, kemm ikun serju u kemm idum ksur, kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti, il-ħtieġa li l-multi jkollhom effett deterrenti u, fejn xieraq, jinkludu skont għal kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti. B’mod partikolari, l-ammont attwali ta’ multi amministrattivi li għandu jiġi impost f’każ speċifiku jista’ jilħaq il-livell massimu previst f’dan ir-Regolament, jew l-ogħla livell previst fil-liġi nazzjonali, għal ksur serju ħafna, filwaqt li multi ferm aktar baxxi mil-livell massimu jistgħu jiġu applikati għal ksur minuri jew f’każ ta’ ftehim. Dan ir-Regolament ma jillimitax il-ħila tal-Istati Membri li jistipulaw sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħrajn ogħla.

(72)

Għalkemm xejn ma jzomm lill-Istati Membri milli jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif ukoll għal sanzjonijiet kriminali fuq l-istess ksur, huma m’għandhomx ikunu obbligati li jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur ta’ dan ir-Regolament li jkun diġa’ soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali sat-3 ta’ Lulju 2016. F’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri mhumiex obbligati jimponu sanzjonijiet kemm amministrattivi u kriminali għall-istess reat, iżda huma jistgħu jagħmlu dan jekk il-liġi nazzjonali tagħhom tippermetti dan. Madankollu, iż-żamma ta’ sanzjonijiet kriminali minflok sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament jew tad-Direttiva 2014/57/UE m’għandhiex tnaqqas jew taffettwa b’xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw u jaċċedu u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin ma’ awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni kriminali.

(73)

Sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku inġenerali, huma għandhom normalment ikunu ppubblikati. Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet hija wkoll għodda importanti għall-awtoritajiet kompetenti biex il-parteċipanti tas-suq jiġu informati dwar liema mġiba hija kkunsidrata bħala li tikser dan ir-Regolament u biex tiġi promossa mġiba tajba fost il-parteċipanti tas-suq. Jekk tali pubblikazzjoni tikkawża dannu sproporzjonat lill-persuni involuti jew tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja l-awtorità kompetenti għandha tippubblika s-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn fuq bażi anonima f’konformità mal-liġi nazzjonali jew tittardja l-pubblikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l-għażla li ma jippubblikawx sanzjonijiet u miżuri amministrattivi oħrajn fejn pubblikazzjoni anonima jew ittardjata titqies mhux biżżejjed biex jiġi żgurat li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx ipperikolata. L-awtoritajiet kompetenti lanqas ma huma obbligati jippubblikaw miżuri li huma meqjusa ta’ natura minuri u li l-pubblikazzjoni tagħhom tkun sproporzjonata.

(74)

L-informaturi dwar prattiċi ħżiena (“whistleblowers”) jressqu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom biex jidentifikaw u jimponu sanzjonijiet f’każijiet ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Madankollu, l-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena jista’ jkun ostakolat minħabba l-biża’ minn ritaljazzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ inċentivi. Ir-rappurtar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament huwa meħtieġ biex ikun żgurat li awtorità kompetenti tkun tista’ tidentifika u timponi sanzjonijiet għall-abbuż tas-suq. Miżuri dwar għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-abbuż tas-suq u biex jiġu żgurati l-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-informatur dwar prattiċi ħżiena u tal-persuna akkużata. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jiżgura li l-arranġamenti adegwati huma fis-seħħ biex jippermettu lill-informaturi dwar prattiċi ħżiena sabiex iwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament, u biex ikunu protetti minn ritaljazzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistipulaw inċentivi finanzjarji għal dawk il-persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-informaturi dwar prattiċi ħżiena għandhom ikunu intitolati għal tali inċentivi finanzjarji meta dawn iressqu informazzjoni ġdida li mhumiex diġà legalment obbligati li jinnotifikaw u meta dik l-informazzjoni tirriżulta f’sanzjoni għal ksur ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi tal-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena li huma jimplimentaw jinkludu mekkaniżmi li jipprovdu protezzjoni xierqa ta’ persuna akkużata, b’mod partikulari rigward id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tiegħu u proċeduri biex jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata għal difiża u li jinstema’ qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lilu kif ukoll id-dritt għal tiftix ta’ rimedju effettiv quddiem qorti kontra deċiżjoni li tikkonċerna lilu.

(75)

Peress li l-Istati Membri adottaw leġislazzjoni li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE, u peress li l-atti delegati, l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni previsti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati qabel il-qafas li se jiġi introdotti jista’ jiġi applikat b’mod siewi, huwa neċessarju li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi ta’ dan ir-Regolament tiġi diferita għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien.

(76)

Sabiex tiġi faċilitata tranżizzjoni mingħajr xkiel għad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, prattiki tas-suq eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 (14) għall-iskop tal-applikazzjoni tal-punt 2(a) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, jistgħu jibqgħu applikabbli, dment li jiġi nnotifikati lill-ESMA fi żmien perijodu stipulat, sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni rigward il-kontinwazzjoni ta’ dawk il-prattiki f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(77)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil- Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Karta). Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jkun interpretat u applikat bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u prinċipji. B’mod partikolari, meta dan ir-Regolament jirreferi għal regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f’midja oħra u r-regoli jew il-kodiċi li jirregolaw il-professjoni ġurnalistika, għandhom jitqiesu dawk il-libertajiet kif ggarantiti fl-Unjoni u fl-Istati membri u kif rikonoxxuti skont l-Artikolu 11 tal-Karta u skont dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn.

(78)

Sabiex tiżdied it-trasparenza u sabiex l-operat tar-reġimi tas-sanzjonijiet ikun informat aħjar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu data anonimizzata u aggregata lill-ESMA fuq bażi annwali. Dik id-data għandha tinkludi l-għadd ta’ investigazzjonijiet li nfetħu, l-għadd li għadhom għaddejjin u l-għadd li ngħalqu matul il-perjodu rilevanti.

(79)

Id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq mill-ESMA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri. Kull skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ data personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-ESMA għandu jkun skont ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(80)

Dan ir-Regolament, kif ukoll l-atti delegati, l-atti ta’ implimentazzjoni, l-istandards regolatorji tekniċi, l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni u l-linji gwida adottati skont dan, huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(81)

Sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiġi delegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-eżenzjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ta’ ċerti korpi pubbliċi u banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċerti korpi pubbliċi maħtura f’pajjiżi terzi li għandhom ftehim ta’ kollegament mal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE; l-indikaturi ta’ mġiba manipulattiva elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament; il-livelli li lil hinn minnhom tiġi determinata l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ żvelar pubbliku lill-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet; iċ-ċirkustanzi li taħthom jista’ jitħalla jsir negozjar waqt perjodu magħluq; u l-karatteristiċi ta’ ċerti tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni li jkollhom responsabbiltajiet maniġerjali jew persuni assoċjati mill-qrib li jwasslu għar-rekwiżit ta’ notifika. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(82)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ proċeduri għar-rappurtar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tispeċifika dawk il-proċeduri, inklużi l-arranġamenti għas-segwitu tar-rapporti u miżuri għall-protezzjoni tal-persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg u miżuri għall-protezzjoni tad-data personali. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(83)

Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw kundizzjonijiet uniformi mal-Unjoni kollha fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. Bħal korp b’għarfien espert speċjalizzat, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tkun fdata bit-tfassil ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, għat-tressiq tagħhom lill-Kummissjoni.

(84)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA biex tispeċifika l-kontenut tan-notifiki li jridu jsiru mill-operaturi ta’ swieq regolati, MTFs u OTFs li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar, innegozjati, jew li għalihom tkun saret talba għall-ammissjoni għan-negozjar fil-post ta’ negozjar tagħhom; il-manjiera u l-kundizzjonijiet tal-ġbir, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-lista’ ta’ dawk l-istrumenti mill-ESMA; l-kundizzjonijiet li programmi ta’ riakkwist u miżuri ta’ stabilizzazzjoni jridu jissodisfaw inklużi l-kundizzjonijiet għan-negozjar, ir-restrizzjonijiet fir-rigward taż-żmien u l-volum, l-obbligi ta’ żvelar u rappurtar u l-kundizzjonijiet tal-prezz għall-istabbilizzazzjoni; fir-rigward tal-proċeduri u l-arranġamenti, sistemi għal postijiet ta’ negozju immirati li jipprevjenu u jidentifikaw l-abbuż tas-suq, kif ukoll is-sistemi u l-mudelli li għandhom jintużaw mill-persuni sabiex jidentifikaw u jinnotifikaw ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi: arranġamenti, proċeduri u rekwiżiti ta’ żamma tar-rekords xierqa waqt is-sondaġġi tas-suq: u fir-rigward ta’ arranġamenti tekniċi għal kategoriji ta’ persuni għall-preżentazzjoni oġġettiva tal-informazzjoni, bir-rakkomandazzjoni ta’ strateġija ta’ investiment, u għall-iżvular ta’ interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti.

(85)

Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ESMA għandha tkun fdata bit-tfassil ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għat-tressiq lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-kxif pubbliku tal-informazzjoni privileġġata, il-formati tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, u l-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, kemm fosthom stess kif ukoll mal-ESMA.

(86)

Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li timpedixxi abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata, żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda, minħabba l-iskala u l-effetti teigħu, jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(87)

Billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/6/KE m’għadhomx rilevanti jew suffiċjenti, dik id-Direttiva għandha tiġi mħassra mit-3 ta’ Lulju 2016. Il-ħtiġijiet u l-projbizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma relatati strettament ma’ dawk fid-Direttiva 2014/65/UE u għalhekk għandhom japplikaw mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

(88)

Għall-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ, li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-liġi nazzjonali tagħhom tkun konformi sat-3 ta’ Lulju 2016 mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar awtoritajiet kompetenti u s-setgħat tagħhom, sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra, ir-rappurtar ta’ ksur u l-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet.

(89)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni tiegħu fil-10 ta’ Frar 2012 (17),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas regolatorju komuni kontra l-abbuż tal-informazzjoni privileġġata, l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata, u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) kif ukoll miżuri biex jiġi evitat l-abbuż tas-suq, biex jiżgura l-integrità tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, u biex itejjeb il-protezzjoni tal-investitur u l-fiduċja f’dawk is-swieq.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:

(a)

strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li saret għalihom talba għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat;

(b)

strumenti finanzjarji nnegozjati fuq MTF, ammessi għan-negozjar fuq MTF jew li għalihom saret talba għall-ammissjoni għan-negozjar fuq MTF;

(c)

strumenti finanzjarji nnegozjati fuq OTF;

(d)

strumenti finanzjarji mhux koperti mill-punt (a), (b) jew (c), li l-prezz jew il-valur tagħhom jiddependi minn jew għandu effett fuq il-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju msemmi f’dawk il-punti, inklużi, iżda mhumiex limitati għal, swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew kuntratti għad-differenzi.

Dan ir-Regolament japplika wkoll għal imġiba jew tranżazzjonijiet, inklużi offerti, li jkollhom x’jaqsmu mal-irkantar fuq pjattaforma tal-irkant awtorizzata bħala suq regolat ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti oħra rkantati bbażati fuqhom, inkluż meta l-prodotti rkantati ma jkunux strumenti finanzjarji, skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010. Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi li jirreferu għal offerti sottomessi fil-kuntest ta’ rkant, kwalunkwe rekwiżiti u projbizzjonijiet f”dan ir-Regolament li jirreferu għal ordnijiet għan-negozjar għandhom japplikaw għal offerti bħal dawn.

2.   L-Artikoli 12 u 15 japplikaw ukoll għal:

(a)

kuntratti spot ta’ komoditajiet, li mhumiex prodotti tal-enerġija tal-operaturi, fejn it-tranżazzjoni, ordni jew imġiba jkollha jew x’aktarx ikollha jew maħsuba li jkollha effett fuq il-prezz jew il-valur ta’ strument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1;

(b)

tipi ta’ strumenti finanzjarji, inklużi kuntratti ta’ derivati jew strumenti ta’ derivati għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu fejn it-tranżazzjoni, l-ordni, l-offerta jew l-imġiba jkollha jew x’aktarx ikollha effett fuq il-prezz jew il-valur ta’ kuntratt spot ta’ komoditajiet meta l-prezz jew il-valur jiddependi fuq il-prezz jew il-valur ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji; u

(c)

imġiba b’rabta ma’ parametri ta’ referenza.

3.   Dan ir-Regolament japplika għal kwalunkwe tranżazzjoni, ordni jew imġiba li tikkonċerna kwalunkwe strument finanzjarju kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, irrispettivament jekk tali tranżazzjoni, ordni jew imġiba sseħħx f’post tan-negozjar.

4.   Il-projbizzjonijiet u r-rekwiżiti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal azzjonijiet u ommissjonijiet fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, rigward l-istrumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument finanzjarju kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(2)

“ditta tal-investiment” tfisser kwalunkwe ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(3)

“istituzzjoni tal-kreditu“ tfisser istituzzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

(4)

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(5)

“operatur tas-suq” tfisser operatur tas-suq kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(6)

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(7)

“faċilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser sistema multilaterali kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(8)

“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser sistema jew faċilità fl-Unjoni kif definit fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(9)

“prattika tas-suq aċċettata” tfisser prattika tas-suq speċifika li hija aċċettata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 13;

(10)

“post tan-negozjar” tfisser post tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(11)

“suq ta’ tkabbir tal-SMEs” tfisser suq ta’ tkabbir tal-SMEs kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(12)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità maħtura skont l-Artikolu 22, ħlief jekk jingħad mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(13)

“persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

(14)

“komodità” tfisser komodità kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (19);

(15)

“kuntratt spot tal-komoditajiet” tfisser kuntratt għall-provvista ta’ komodità nnegozjata f’suq spot li tiġi kkonsenjata fil-pront meta titlesta t-tranżazzjoni, u kuntratt għall-provvista ta’ komodità li ma jkunx strument finanzjarju, inkluż kuntratt forward li għandu jingħalaq fiżikament;

(16)

“suq spot” tfisser kwalunkwe suq ta’ komoditajiet li fih il-komoditajiet jinbigħu għal flus kontanti u jiġu kkonsenjati fil-pront malli titlesta t-tranżazzjoni, u swieq mhux finanzjarji oħra, bħal swieq forward għall-komoditajiet.

(17)

“programm ta’ riakkwist” tfisser in-negozjar fl-ishma proprji bi qbil mal-Artikoli 21 sa 27 tad-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

(18)

“negozjar algoritmiku” tfisser negozjar algoritmiku kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(19)

“kwota tal-emissjonijiet” tfisser kwota tal-emissjonijiet kif deskritta fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE;

(20)

“parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser kwalunkwe persuna li tagħmel tranżazzjonijiet, inkluż it-tqegħid ta’ ordnijiet għan-negozjar, ta’ kwoti tal-emissjonijiet, prodotti irkantati insejsa fuqhom, jew derivattivi tagħhom u li ma jgawdux minn eżenzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2);

(21)

“emittent“ tfisser entità legali rregolata mid-dritt pubbliku jew privat, li toħroġ jew tipproponi li jinħarġu strumenti finanzjarji, fejn l-emittent huwa, fil-każ ta’ rċevuti depożitarji li jirappreżentaw l-istrumenti finanzjarji, l-emittent tal-istrument finanzjarju rappreżentat.

(22)

“prodott tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser prodott tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fil-punt(4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;

(23)

“awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011;

(24)

“derivati ta’ komoditajiet” tfisser derivati ta’ komoditajiet kif definiti fil-punt (30) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

(25)

“persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali“ tfisser persuna f’emittent, f’parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jew xi entita oħra imsemmija fl-Artikolu 19(10), li hija:

(a)

membru tal-korp ta’ amministrazzjoni, ġestjoni jew superviżjoni ta’ dik l-entità; jew

(b)

uffiċjal eżekuttiv għoli li ma jkunx membru tal-korpi referuti fil-punt (a), li jkollu aċċess regolari għal informazzjoni nterna li tirrigwarda, direttament jew indirettament, lil dik l-entità, u l-poter li jieħu deċiżjonijiet maniġerjali li jaffettwaw l-iżviluppi futuri u l-prospetti tan-negozju ta’ dik l-entità.

(26)

“Persuna assoċjati mill-qrib“ tfisser:

(a)

konjuġi, jew sieħeb meqjus bħala ekwivalenti għal konjuġi skkont il-liġi nazzjonali;

(b)

wild dipendenti skont il-liġi nazzjonali;

(c)

qarib, li jkun għex fl-istess dar għal mhux inqas minn sena fid-data tat-tranżazzjoni kkonċernata; jew

(d)

persuna ġuridikaġuridika, trust jew soċjetà, li r-responsabbiltajiet maniġerjali tagħha jitwettqu minn persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew minn persuna msemmija fil-punt (a), (b) jew (c), jew li tkun direttament jew indirettament ikkontrollata minn tali persuna, li tkun stabbilita għal-benefiċċju ta’ tali persuna, jew li l-interessi ekonomiċi tagħha jkunu sostanzjalment ekwivalenti għal dawk ta’ tali persuna;

(27)

“rekords tat-traffiku tad-data” tfisser rekords ta’ traffiku tad-data kif definit fil-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);

(28)

“persuna li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet” tfisser persuna involuta professjonalment fir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji;

(29)

“parametru ta’ referenza” tfisser kwalunkwe rata, indiċi jew ċifra, magħmula disponibbli għall-pubbliku jew ippubblikata li hija determinata perjodikament jew regolarment bl-applikazzjoni ta’ formula għal, jew abbażi ta’: l-valur ta’ assi jew prezz sottostanti wieħed jew aktar, inklużi stimi tal-prezzijiet, tar-rati tal-imgħax jew ta’ valuri oħra attwali jew stmati, jew stħarriġ, u li b’referenza għalihom jiġi determinat l-ammont li għandu jitħallas taħt strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju;

(30)

“ġeneratur tas-suq” tfisser ġeneratur tas-suq kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(31)

“Stakebuilding” tfisser akkwist ta’ titoli f’kumpanija li ma jiskattax obbligu legali jew regolatorju li titħabbar offerta ta’ takeover fir-rigward ta’ dik il-kumpanija;

(32)

“parteċipant fis-suq li jiżvela” tirreferi għal persuna fiżika jew ġuridika li taqa’ taħt waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 11(1) jew tal-Artikolu 11(2), u li tiżvela informazzjoni matul sondaġġ tas-suq;

(33)

“innegozjar ta’ frekwenza għolja” tfisser innegozjar ta’ frekwenza għolja kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(34)

“informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment” tfisser:

(i)

informazzjoni prodotta minn analista indipendenti, ditta tal-investimenti, istituzzjoni tal-kreditu, kwalunkwe persuna oħra li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipproduċi rakkomandazzjonijet ta’ investiment jew persuna fiżika li taħdem għalihom b’kuntratt ta’ impjieġ jew xorta oħra, li, b’mod dirett jew indirett, jesprimu proposti partikolari dwar investiment rigward strument finanzjarju jew emittent; jew

(ii)

informazzjoni prodotta minn persuni oħra għajr dawk imsemmija f’punt (i) li jipproponu deċiżjoni partikolari dwar investiment b’mod dirett rigward strument finanzjarju;

(35)

“rakkomandazzjonijiet ta’ investiment” tfisser informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment, b’mod espliċitu jew impliċitu, li tirrigwarda strument finanzjarju wieħed jew aktar jew l-emittenti, inkluża kull opinjoni dwar il-valur jew il-prezz attwali jew futur ta’ tali strumenti, maħsuba għall-kanali tad-distribuzzjoni jew għall-pubbliku.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 5, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“titoli” tfisser:

(i)

ishma u titoli oħra ekwivalenti għal ishma;

(ii)

bonds u tipi oħra ta’ debitu garantit; jew

(iii)

debitu garantit li jista’ jiġi kkonvertit jew skambjat f’ishma jew f’titoli oħra ekwivalenti għal ishma.

(b)

“strumenti assoċjati” tfisser l-istrumentri finanzjarji li ġejjin, inklużi dawk li ma jkunux ammessi għall-kummerċ jew negozjati f’post tan-negozjar, jew li għalihom ma tkunx saret talba għall-ammissjoni għall-kummerċ f’post tan-negozjar:

(i)

kuntratti jew drittijiet għas-sottoskrizzjoni għall-kisba jew id-disponiment mit-titoli;

(ii)

derivati finanzjarji fuq it-titoli;

(iii)

meta t-titoli jkunu strumenti tad-dejn konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati, it-titoli li fihom jistgħu jiġu kkonvertiti jew skambjati dawn l-istrumenti tad-dejn konvertibbli jew li jistgħu jiġu skambjati;

(iv)

strumenti li jinħarġu jew li jiġu ggarantiti minn min joħroġ it-titoli jew il-garanti tagħhom u li l-prezz tas-suq tagħhom x’aktarx li jinfluwenza materjalment il-prezz tat-titoli, jew bil-maqlub;

(v)

meta t-titoli jkunu titoli ekwivaenti għall-ishma, l-ishma rrappreżentati minn dawn it-titoli (u kull titolu ieħor ekwivalenti għal dawn l-ishma);

(c)

“distribuzzjoni sinifikanti” tfisser offerta tal-bidu jew sekondarja tat-titoli rilevanti li tkun distinta mill-kummerċ ordinarju kemm f’termini tal-ammont fil-valur tat-titoli li se jiġu offruti u kemm fil-metodu tal-bejgħ li se jintuża;

(d)

“stabbilizzazzjoni” tfisser kull xiri jew offerta għax-xiri tat-titoli, jew transazzjoni fi strumenti assoċjati ekwivalenti għalihom, li jitwettqu minn ditta ta’ investiment jew minn istituzzjonijiet tal-kreditu, fil-kuntest ta’ distribuzzjoni sinifikanti ta’ tali titoli esklużivament biex jiġi appoġġat il-prezz tas-suq ta’ dawk it-titoli għal perjodu ta’ żmien stabbilit bil-quddiem, minħabba l-pressjoni tal-bejgħ f’dawn it-titoli.

Artikolu 4

Notifiki u lista ta’ strumenti finanzjarji

1.   L-operaturi tas-suq ta’ swieq regolati u ditti tal-investiment u operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar ta’ kwalunkwe strument finanzjarju li għalih tkun saret tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar fil-post tan-negozjar tagħhom, li jiġi ammess għan-negozjar, jew li jiġi nnegozat għall-ewwel darba.

Għandhom ukoll jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar meta l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozat jew ma jibqax ammess għan-negozjar, ħlief jekk id-data li fiha l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi nnegozat jew ma jibqax ammess għan-negozjar tkun magħrufa u tkun imsemmija fin-notifika magħmula skont l-ewwel subparagrafu.

In-notifiki msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom jinkludu, skont kif ikun xieraq, l-ismijiet u l-identifikaturi tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati, u d-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni għan-negozjar, l-ammissjoni għan-negozjar, u d-data u l-ħin li fihom sar l-ewwel negozjar.

L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment għandhom jittrażmettu wkoll lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar l-informazzjoni stipulata fit-tielet subparagrafu fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji li kienu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar jew li kienu ammessi għan-negozjar qabel it-2 ta’ Lulju 2014, u li għadhom ammessi għan-negozjar jew innegozjati f’dak il-jum.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post tan-negożjar għandhom jittrażmettu n-notifiki li jirċievu skont il-paragrafu 1 lill-ESMA mingħajr dewmien. L-EMSA għandha tippubblika dawk in-notifiki fuq is-sit web tagħha fil-forma ta’ lista minnufih malli jiġu irċevuti. L-ESMA għandha taġġorna dik il-lista minnufih malli tirċievi notifika mingħand awtorità kompetenti tal-post tan-negożjar. Il-lista m’għandhiex tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.   Din il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ismijiet u l-identifikaturi tal-istrumenti finanzjarji li kienu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar, li kienu ammessi għan-negozjar jew innegozjati għall-ewwel darba, fuq swieq regolati, MTFs u OTFs;

(b)

id-data u l-ħin tat-talba għall-ammissjoni għan-negozjar, tal-ammissjoni għan-negozjar, jew li fihom sar l-ewwel negozjar;

(c)

id-dettalji tal-postijiet tan-negozjar li fihom l-istrumenti finanzjarji ikunu s-suġġett ta’ talba għal ammissjoni għan-negozjar, kienu ammessi għan-negozjar jew kienu nnegozjati għall-ewwel darba; u

(d)

d-data u l-ħin li fihom l-istrumenti finanzjarji ma jibqgħux jiġu negozjati jew ammessi għan-negozjar.

4.   Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex ikun stipulat:

(a)

il-kontenut tan-notifiki msemmija fil-paragrafu 1; u

(b)

il-manjiera u l-kundizzjonijiet tal-ġbir, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-lista msemmija fil-paragrafu 3.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

5.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stipulati l-ħinijiet, il-format u l-mudell tal-preżentazzjoni tan-notifiki skont il-paragrafi 1 u 2.

L-EMSA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5

Eżenzjoni għal programmi ta’ riakkwist u stabbilizzazzjoni

1.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għan-negozjar fl-ishma proprji fi programmi ta’ riakkwist (“buy-back”) meta:

(a)

id-dettalji sħaħ tal-programm jiġu żvelat qabel il-bidu tan-negozjar;

(b)

in-negozjar ikun irrappurtat bħala parti mill-programm ta’ riakkwist lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar skont il-paragrafu 3 u wara dan jiġi żvelat lill-pubbliku;

(c)

jiġu rispettati l-limiti xierqa f’dak li jirrigwarda l-prezz u l-volum; u

(d)

jitwettaq skont l-objettivi msemmija fil-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6.

2.   Sabiex jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1, programm ta’ riakkwist għandu jkollu bħala l-iskop waħdani tiegħu:

(a)

li jitnaqqas il-kapital tal-emittent;

(b)

li jitwettqu l-obbligazzjonijiet li jqumu minn strumenti finanzjarji tad-dejn li jistgħu jiġu skambjati fi strumenti ta’ ekwità; jew

(c)

li jitwettqu l-obbligazzjonijiet li jqumu minn programmi ta’ opzjonijiet fuq l-ishma, jew allokazzjonijiet oħra ta’ ishma, lill-impjegati jew lil membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-emittent jew ta’ kumpanija assoċjata.

3.   Sabiex igawdi mill-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1, l-emittent għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar li għalih l-ishma jkunu ġew ammessi għan-negozjar jew ikunu innegozjati kull waħda mit-transazzjonijiet li jkollha x’taqsam mal-programmi ta’ riakkwist, inkluż it-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 25(1) u (2) u l-Artikolu 26(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

4.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolamet ma japplikawx għan-negozjar f’titoli jew strumenti assoċjati għall-istabbilizzazzjoni ta’ titoli meta:

(a)

l-istabbilizzazzjoni ssir għal perjodu limitat;

(b)

informazzjoni relevanti dwar l-istabbilizzazzjoni tiġi żvelata u notifikata lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar skont il-paragrafu 5;

(c)

jiġu rrispettati limiti xierqa f’dak li jirrigwarda l-prezz; u

(d)

tali negozjar ikun konformi mal-kundizzjonijiet għall-istabbilizzazzjoni stipulati fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6.

5.   Mingħajr ħsara għall-Artkolu 23(1), id-dettalji tat-transazzjonijiet kollha ta’ stabbilizzazzjoni għandhom jiġu nnotifikati mill-emittenti, l-offerenti, jew l-entitajiet li jindaħlu għall-istabbilizzazzjoni kemm jekk ikunu jaġixxu f’isem dawn il-persuni u kemm jekk le, lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar mhux iktar tard mit-tmiem tas-seba’ sessjoni ta’ kuljum tas-suq wara d-data tat-twettiq ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.

6.   Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tfassal abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li l-programmi ta’ riakkwist u miżuri ta’ stabbilizzazzjoni ta’ dan it-tip imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 iridu jissodisfaw, inklużi l-kundizzjonijiet għan-negozjar, ir-restrizzjonijiet fir-rigward taż-żmien u l-volum, l-obbligi ta’ żvelar u rappurtar, u l-kundizzjonijiet tal-prezz.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Eżenzjoni għal attivitajiet monetarji u ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku u attivitajiet tal-politika tal-klima

1.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imgiba mwettqa fl-insegwiment ta’ politika monetarja, tar-rata tal-kambju jew ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku minn:

(a)

Stat Membru;

(b)

il-membri tas-SEBĊ;

(c)

ministeru, aġenzija jew entità bi skop speċjali ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, jew minn persuna li taġixxi f’isimha;

(d)

fil-każ ta’ Stat Membru li huwa stat federali, membru li jagħmel parti mill-federazzjoni.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax lanqas lil tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba mwettqa mill-Kummissjoni jew minn korp ieħor maħtur uffiċjalment jew minn kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu, fl-insegwiment tal-politika ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku.

Dan ir-Regolament ma japplikax għal tali tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba imwettqa minn:

(a)

l-Unjoni;

(b)

entità bi skop speċjali ta’ Stat Membru wieħed jew bosta;

(c)

il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(d)

il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja;

(e)

il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;

(f)

istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar, li għandha l-għan li timmobilizza finanzjament u tipprovdi assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi serjii ta’ finanzjament.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attività ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe korp ieħor maħtur uffiċjalment, jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom, li tikkonċerna kwoti ta’ emissjonijiet u hija mwettqa fl-insegwiment tal-politika tal-klima tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE.

4.   Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attivitajiet ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni jew kwalunkwe korp ieħor maħtur uffiċjalment, jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom, li jitwettqu biex jiġu segwiti l-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni jew il-Politika Komuni tas-Sajd skont l-atti adottati jew il-ftehimiet internazzjonali konklużi taħt it-TFUE.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex testendi l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għal ċerti korpi pubbliċi u banek ċentrali f’pajjiżi terzi.

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha, sat-3 ta’ Jannar 2016, tħejji u tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport fejn tivvaluta t-trattament internazzjonali tal-korpi pubbliċi inkarigati minn, jew li jintervjenu, fl-immaniġġjar tad-dejn pubbliku u tal-banek ċentrali.

Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tat-trattament ta’ dawk il-korpi u tal-banek ċentrali fil-qafas legali ta’ pajjiżi terzi, u l-istandards ta’ ġestjoni tar-riskju applikabbli għat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom dawk il-korpi u l-banek ċentrali f’dawk il-ġurisdizzjonijiet. Jekk ir-rapport jikkonkludi, b’mod partikolari fir-rigward tal-analiżi komparattiva, li eżenzjoni mir-responsabbiltà monetarja ta’ dawn il-banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi mill-obbligi u l-projbizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tkun neċessarja, il-Kummissjoni għandha testendi l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 wkoll għall-banek ċentrali ta’ dawk il-pajjiżi terzi.

6.   Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex testendi l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 3 għal ċerti korpi pubbliċi maħtura ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu fi ftehim ta’ kollegament mal-Unjoni skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE.

7.   Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg jew b’xi mod ieħor għall-entitajiet imsemmija f’dan l-Artikolu meta dawk il-persuni, iwettqu tranżazzjonijiet jew ordnijiet jew imġiba, direttament jew indirettament, għall-kont tagħhom infushom.

KAPITOLU 2

INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠATA, ABBUŻ MINN INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠATA, ŻVELAR ILLEGALI TA’ INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠATA U MANIPULAZZJONI TAS-SUQ

Artikolu 7

L-informazzjoni privileġġata

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni privileġġata (jew “minn ġewwa”) għandha tinkludi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

(a)

informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew emittenti jew ma’ strument jew strumenti finanzjarji, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati.

(b)

rigward derivati ta’ komoditajiet, informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament ma’ derivat wieħed jew aktar minn dawn id-derivati jew relatata direttament mal-kuntratt spot relatat mal-komoditajiet, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawn id-derivati jew kuntratti spot relatati mal-komoditajiet u meta din tkun informazzjoni li hija raġonevolment mistennija li tiġi żvelata jew tkun meħtieġa li tiġi żvelata skont id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fuq livell tal-Unjoni jew nazzjonali, regoli tas-suq, kuntratti, prattika jew użanzi standard, fuq is-swieq ta’ derivati tal-komoditajiet jew swieq spot rilevanti;

(c)

fir-rigward ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom, informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, għal strument wieħed jew aktar bħal dawn, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ tali strumenti jew fuq il-prezzijiet ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati;

(d)

għal persuni inkarigati bl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet li jikkonċernaw strumenti finanzjarji, din tfisser ukoll informazzjoni mibgħuta minn klijent u relatata mal-ordnijiet pendenti tal-klijent fl-istrumenti finanzjarji, li hija ta’ natura preċiża, relatata, direttament jew indirettament, għal emittent jew emittenti jew għal strument jew strumenti finanzjarji, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji, il-prezz ta’ kuntratti spot relatati mal-komoditajiet, jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha titqies li tkun ta’ natura preċiża jekk tindika sett ta’ ċirkostanzi li jeżistu jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jidħlu fis-seħħ jew avveniment li seħħ jew jista’ raġonevolment ikun mistenni li jseħħ, fejn tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li ssir konklużjoni rigward l-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew avveniment fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji jew tal-istrument finanzjarju derivattiv relatat, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti tal-emissjonijiet. F’dan ir-rigward fil-każ ta’ proċess imtawwal maħsub biex joħloq jew jirriżulta f’ċirkustanzi partikolari jew avveniment partikolari, dawk iċ-ċirkustanzi futuri jew dak l-avveniment futur, u wkol il-passi intermedji ta’ dak il-proċess li huma marbutin mat-twassil ta’ dik iċ-ċirkustanzi futuri jew avveniment futur jew li jirriżultaw fihom, jistgħu jitqiesu li huma informazzjoni preċiża.

3.   Pass intermedju fi proċess imtawwal għandu jitqies bħala informazzjoni privileġġata jekk, minnu nnifsu, jissodisfa l-kriterji ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmija f’dan l-Artikolu.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, informazzjoni li, jekk issir pubblika, aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ strumenti finanzjarji, strumenti finanzjarji ta’ derivati, kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, jew prodotti rkantati bbażati fuq kwoti tal-emissjonijiet, għandha tfisser informazzjoni li investitur raġjonevoli x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu.

Fil-każ ta’ parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet b’emissjonijiet aggregati jew b’input termali ratat fil-limitu jew taħt il-limitu stabbilit skont it-tienisubparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet fiżiċi tagħhom għandha titqies li m’għandhiex effett sinifikanti fuq il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet, ta’ prodotti rkantati bbażati fuqha, jew ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati.

5.   L-ESMA għandha toħroġ linji gwida biex tistabblixxi lista indikattiva mhux eżawrjenti ta’ informazzjoni li hija raġonevolment mistennija jew meħtieġa li tiġi żvelata skont id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji fil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, regoli tas-suq, kuntratti, prattika jew użanzi standard, fuq is-swieq tad-derivati tal-komoditajiet jew swieq spot rilevanti kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1. L-ESMA għandha tqis debitament l-ispeċifiċitajiet ta’ dawk is-swieq.

Artikolu 8

L-abbuż minn informazzjoni privileġġata

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-abbuż minn informazzjoni privileġġata ssir meta persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tuża dik l-informazzjoni billi takkwista jew tagħmel ċessjoni, għall-kont tagħha jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni tkun relatata magħhom. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata billi tiġi kkanċellata jew emendata ordni rigward strument finanzjarju li l-informazzjoni tkun relatata miegħu meta dik l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata kellha l-informazzjoni privileġġata, għandhom jitqiesu wkoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata. B’rabta mal-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li huma miżmuma skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, l-użu ta’ informazzjoni privileġġata msemmi fil-paragrafu 4 għandu jikkonsisti wkoll fis-sottomissjoni, il-modifikazzjoni jew l-irtirar ta’ offerta minn persuna għall-kont proprju tagħha jew għall-kont ta’ parti terza.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, rakkomandazzjoni biex persuna oħra ssir involuta f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, jew persważjoni fil-konfront ta’ persuna oħra biex tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata isseħħ meta l-persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u:

(a)

tirrakkomanda, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, li persuna oħra takkwista jew tagħmel ċessjoni minn strumenti finanzjarji li hija relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tinduċi lil dik il-persuna biex tagħmel tali akkwist jew ċessjoni, jew

(b)

tirrakkomanda, abbażi ta’ dik l-informazzjoni, li persuna oħra tikkanċella jew temenda ordni li tikkonċerna strument finanzjarju li hija relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tinduċi lil dik il-persuna biex tagħmel tali kanċellazzjoni jew emenda.

3.   L-użu tar-rakkomandazzjonijiet jew il-persważjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jitqiesu bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata skont it-tifsira f’dan l-Artikolu meta l-persuna li tuża r-rakkomandazzjoni jew il-persważjoni taf, jew imissha tkun taf, li huma bbażati fuq informazzjoni privileġġata.

4.   Dan l-Artikolu japplika għal kwalunkwe persuna li tippossjedi informazzjoni privileġġata minħabba li:

(a)

tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza tal-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(b)

ikollha sehem fil-kapital tal-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(c)

ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet; jew

(d)

tkun involuta f’attivitajiet kriminali.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal kwalunkwe persuna li tippossjedi informazzjoni f’ċirkustanzi differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu meta dik il-persuna tkun taf, jew imissha taf, li dik hi informazzjoni privileġġata.

5.   Meta l-persuna tkun persuna ġuridika, dan l-Artikolu għandu japplika wkoll, skont il-liġi nazzjonali għall-persuni fiżiċi li jipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettaq l-akkwist, iċ-ċessjoni, il-kanċellazzjoni jew l-emenda ta’ ordni għall-kont tal-persuna ġuridika kkonċernata.

Artikolu 9

Imġiba leġittima

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna ġuridika tkun jew kienet fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna użat dik l-informazzjoni u li għalhekk involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni, meta dik il-persuna ġuridika:

(a)

tkun stabbiliet, implimentat u żammet arranġamenti u proċeduri interni adegwati u effettivi li effettivament jiżguraw li la l-persuna fiżika li ħadet id-deċiżjoni f’isimiha li takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji li l-informazzjoni hija relatata magħhom, u lanqas kwalunkwe persuna fiżika oħra li setgħet kellha influwenza fuq dik id-deċiżjoni ma kienet fil-pussess tal-informazzjoni privileġġata; kif ukoll

(b)

ma ħeġġitx, ma rrakkomandatx, ma ħajjritx jew ma influwenzatx b’xi mod ieħor lill-persuna fiżika li, f’isem il-persuna ġuridika, akkwistat jew ċediet l-istrumenti finanzjarji li magħhom l-informazzjoni tkun relatata.

2.   Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna li tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni, meta dik il-persuna:

(a)

għall-istrument finanzjarju li għalih dik l-informazzjoni tkun tirrelata, tkun ġeneratur tas-suq jew persuna awtorizzata biex taġixxi bħala kontroparti, u l-akkwist jew iċ-ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni hija relatata magħhom isiru b’mod leġittimu matul it-twettiq normali tal-funzjoni tiegħu bħala ġeneratur tas-suq jew bħala kontroparti għal dak l-istrument finanzjarju; jew

(b)

tkun awtorizzata teżegwixxi ordnijiet f’isem partijiet terzi, u l-akkwist jew iċ-ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li l-ordni tkun relatata magħhom isiru biex tali ordni tiġi eżegwita b’mod leġittimu fit-twettiq normali tal-impjieg, professjoni jew dmirijiet ta’ dik il-persuna.

3.   Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata abbażi ta’ akkwist jew ċessjoni meta dik il-persuna twettaq tranżazzjoni biex takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji u dik it-tranżazzjoni ssir fit-twettiq ta’ obbligu li jkun sar dovut in buona fede u mhux biex tinħarab il-projbizzjoni kontra abbuż minn informazzjoni privileġġata u:

(a)

dak l-obbligu jirriżulta minn ordni mqiegħda jew ftehim konkluż qabel ma l-persuna kkonċernata kienet tippossjedi l-informazzjoni privileġġata; jew

(b)

dik it-transazzjoni titwettaq biex jiġi sodisfatt obbligu legali jew regolatorju li ħareġ qabel ma l-persuna kkonċernata kienet tippossjedi l-informazzjoni privileġġata.

4.   Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, ma għandux jitqies mill-fatt waħdu li persuna tkun fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata li dik il-persuna tkun użat dik l-informazzjoni u li għalhekk tkun involviet ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, meta tali persuna tkun kisbet dik l-informazzjoni privileġġata fit-twettiq ta’ takeover pubblika jew fużjoni ma’ kumpanija u tuża dik l-informazzjoni privileġġata għall-iskop biss li tipproċedi b’dik il-fużjoni jew takeover pubblika, sakemm fil-mument tal-approvazzjoni tal-fużjoni jew l-aċċettazzjoni tal-offerta mill-azzjonisti ta’ dik il-kumpanija, kwalunkwe informazzjoni privileġġata tkun saret pubblika jew għal xi raġuni oħra ma tkunx baqgħet informazzjoni privileġġata.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal “stakebuilding”.

5.   Għall-finijiet tal-Artikoli 8 u 14, il-fatt waħdu li persuna tuża l-għarfien tagħha stess li tkun iddeċidiet li takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji fl-akkwist jew fiċ-ċessjoni ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji ma jikkostitwixxix fih innifsu l-użu ta’ informazzjoni privileġġata.

6.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, ksur tal-projbizzjoni ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata stabbilita fl-Artikolu 14 xorta jista’ jitqies li jkun sar jekk l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li kien hemm raġuni illeġittima wara l-ordnijiet għan-negozjar, it-tranżazzjonijiet jew l-imġiba kkonċernati.

Artikolu 10

L-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata jirriżulta meta persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tiżvela dik l-informazzjoni lil kwalunkwe persuna oħra, ħlief meta l-iżvelar isir waqt it-twettiq normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet.

Dan il-paragrafu japplika għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fis-sitwazzjonijiet jew iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 8(4).

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament l-iżvelar ta’ rakkomandazzjonijiet jew suġġerimenti msemmija fl-Artikolu 8(2) jammonta għal żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata skont dan l-Artikolu meta l-persuna li tiżvela r-rakkomandazzjoni jew is-suġġeriment tkun taf jew missha kienet taf li dan kien ibbażat fuq informazzjoni privileġġata.

Artikolu 11

Is-sondaġġi tas-suq

1.   Sondaġġ tas-suq jikkonsisti fil-komunikazzjoni ta’ informazzjoni, qabel titħabbar tranżazzjoni,sabiex jitkejjel l-interess ta’ investituri potenzjali fi tranżazzjoni possibbli u l-kundizzjonijiet marbuta magħha bħad-daqs jew il-prezz potenzjali tagħha, lil investitur potenzjali wieħed jew aktar minn:

(a)

emittent;

(b)

offerent sekondarju ta’ strument finanzjarju, fi kwantità jew valur tali li t-tranżazzjoni tkun distinta min-negozjar ordinarju u tinvolvi metodu ta’ bejgħ ibbażat fuq il-valutazzjoni minn qabel tal-interess potenzjali minn investituri potenzjali;

(c)

parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet; jew

(d)

parti terza li taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna msemmija fil-punti (a) sa (c).

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 23(3), l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata minn persuna li jkollha l-ħsieb tagħmel offerta ta’ xiri għat-titoli ta’ kumpanija jew fużjoni ma’ kumpanija lil partijiet intitolati għat-titoli, għandu wkoll jikkostitwixxi sondaġġ tas-suq, sakemm:

(a)

l-informazzjoni tkun meħtieġa biex tippermetti lill-partijiet intitolati għat-titoli li jiffurmaw opinjoni dwar kemm huma lesti joffru t-titoli tagħhom, u

(b)

ir-rieda tal-partijiet intitolati li joffru t-titoli tagħhom tkun meħtieġa b’mod raġonevoli għad-deċiżjoni biex issir l-offerta ta’ xiri jew il-fużjoni.

3.   Parteċipant fis-suq li jiżvela għandu, qabel iwettaq sondaġġ tas-suq, iqis speċifikament jekk is-sondaġġ tas-suq jinvolvix l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jirreġistra bil-miktub il-konklużjoni tiegħu u r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni. Huwa għandu jipprovdi tali rekords bil-miktub lill-awtorità kompetenti fuq talba. Dan l-obbligu għandu japplika għal kull żvelar ta’ informazzjoni matul is-sondaġġ tas-suq. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jaġġorna r-rekords bil-miktub imsemmija f’dan il-paragrafu kif xieraq.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 10(1), żvelar ta’ informazzjoni privileġġata magħmul matul sondaġġ tas-suq għandu jitqies li jkun sar waqt it-twettiq normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet ta’ persuna meta l-parteċipant fis-suq li jiżvela ikkonforma mal-paragrafi 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu

5.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 4, il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu, qabel ma jagħmel l-iżvelar:

(a)

jikseb il-kunsens tal-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq biex tirċievi informazzjoni privileġġata;

(b)

jinforma lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li hija projbita milli tuża dik l-informazzjoni, jew tipprova tuża dik l-informazzjoni, billi takkwista jew iċċedi, għall-kont tagħha stess jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji relatati ma’ dik l-informazzjoni;

(c)

jinforma lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li hija projbita milli tuża dik l-informazzjoni, jew tipprova tuża dik l-informazzjoni, billi tikkanċella jew temenda ordni li diġa’ tqiegħdet dwar strument finanzjarju li l-informazzjoni hija relatata miegħu; u

(d)

jinforma lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq li billi taqbel li tirċievi l-informazzjoni tkun obbligata wkoll li żżomm l-informazzjoni kunfidenzjali. u

Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jagħmel u jżomm rekord tal-informazzjoni kollha mogħtija lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq, inkluża l-informazzjoni mogħtija skont il-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu, u l-identità tal-investituri potenzjali li lilhom ġiet żvelata l-informazzjoni, inklużi imma mhux biss il-persuni ġuridiċi u l-persuni fiżiċi li jaġixxu f’isem l-investitur potenzjali, u d-data u l-ħin ta’ kull żvelar. Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu għandu jipprovdi dak ir-rekord lill-awtorità kompetenti fuq talba.

6.   Meta l-informazzjoni li tkun ġiet żvelata matul sondaġġ tas-suq ma tibqax iżjed informazzjoni privileġġata skont il-valutazzjoni tal-parteċipant fis-suq li jiżvela, l-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu għandu jinforma lil lil min jirċievi b’dan, malajr kemm jista’ jkun.

Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jżomm rekord tal-informazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu u għandu jipprovdih lill-awtorità kompetenti fuq talba.

7.   Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, il-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq għandha tivvaluta għaliha nfisha jekk hijiex fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata jew meta ma tibqax iżjed fil-pussess ta’ informazzjoni privileġġata.

8.   Il-parteċipant fis-suq li jiżvela għandu jżomm ir-rekords imsemmija f’dan l-Artikolu għal perjodu ta’ mhux inqas minn 5 snin.

9.   Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina arranġamenti, proċeduri u rekwiżiti ta’ żamma ta’ rekords xierqa għall-persuni biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4, 5, 6 u 8 ta’ dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tkun delegata bis-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

10.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika s-sistemi u l-mudelli ta’ notifika li għandhom jintużaw mill-persuni biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti mill-paragrafi 4, 5, 6 u 8 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-format preċiż tar-rekords imsemmija fil-paragrafi 4 sa 8 u l-mezzi tekniċi għall-komunikazzjoni xierqa tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 lill-persuna li tirċievi s-sondaġġ tas-suq.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.   L-ESMA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, indirizzati lill-persuni li jirċievu s-sondaġġ tas-suq, dwar:

(a)

il-fatturi li tali persuni għandhom iqisu meta tiġi żvelata lilhom informazzjoni bħala parti minn sondaġġ tas-suq sabiex huma jivvalutaw jekk l-informazzjoni tistax tammonta għal informazzjoni privileġġata;

(b)

il-passi li tali persuni għandhom jieħdu jekk tkun ġiet żvelata lilhom informazzjoni privileġġata sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament; u

(c)

ir-rekords li tali persuni għandhom iżommu sabiex juru li kkonformaw mal-Artikoli 8 u 10 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-manipulazzjoni tas-suq

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manipulazzjoni tas-suq għandha tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

(a)

id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew xi mġiba oħra li:

(i)

tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa dwar provvista, domanda, jew prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet; jew

(ii)

tikseb, jew aktarx tikseb, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet fuq livell anormali jew artifiċjali;

sakemm il-persuna li tidħol fi tranżazzjoni, tagħmel ordni għall-kummerċ jew li għandha mġiba oħra tistabbilixxi li tranżazzjoni, ordni jew imġiba twettqu għal raġunijiet leġittimi, u huma konformi ma prattika aċċettata tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 13;

(b)

id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew imġiba oħra li taffettwa, jew x’aktarx taffettwa, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, li juża tagħmir fittizju jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju;

(c)

it-tixrid ta’ informazzjoni bil-midja, inkluż bl-Internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa rigward il-provvista, id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet jew li tiżgura, jew x’aktarx tiżgura, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet f’livell anormali jew artifiċjali, inkluż it-tixrid ta’ għajdut fejn il-persuna li tkun xerrdet l-informazzjoni kienet taf, jew missha kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa;

(d)

it-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jew il-forniment ta’ inputs foloz jew qarrieqa rigward parametru ta’ referenza meta l-persuna li wettqet it-trażmissjoni jew ipprovdiet l-input kienet taf jew missha kienet taf li kien falz jew qarrieq, jew kwalunkwe imġiba oħra li timmanipula l-kalkolu ta’ parametru ta’ referenza.

2.   L-imġiba li ġejja għandha, fost l-oħrajn, titqies bħala manipulazzjoni tas-suq:

(a)

kondotta minn persuna, jew persuni li jaġixxu f’kollaborazzjoni, sabiex jiksbu pożizzjoni dominanti fuq il-provvista jew id-domanda għal strument finanzjarju, kuntratti spot relatati mal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, li għandha, jew x’aktarx ikollha, l-effett li tistabbilixxi, direttament jew indirettament, prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew toħloq, jew x’aktarx toħloq, kundizzjonijiet inġusti oħra ta’ negozjar;

(b)

ix-xiri jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, fil-ftuħ jew fl-għeluq tas-suq, li għandu jew x’aktarx ikollu l-effett li l-investituri jiġu mqarrqa abbażi tal-prezzijiet li jintwerew, inklużi l-prezzijiet tal-ftuħ jew tal-għeluq,

(c)

it-tqegħid ta’ ordnijiet lejn post tan-negozjar, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, bi kwalunkwe mezz ta’ negozjar disponibbli, inklużi mezzi elettroniċi, bħal strateġiji algoritmiċi u ta’ frekwenza għolja, u li għandu wieħed mill-effetti msemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b), billi:

(i)

jfixkel jew jittardja l-funzjonament tas-sistema ta’ negozjar tal-post tan-negozjar jew x’aktarx li jagħmel dan;

(ii)

jagħmilha aktar diffiċli għal persuni oħra jidentifikaw ordnijiet ġenwini fis-sistema ta’ negozjar tal-post tan-negozjar jew x’aktarx li jagħmel dan, inkluż billi jinħarġu ordnijiet li jirriżultaw fit-tagħbija eċċessiva jew id-destabbilizzazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet; jew

(iii)

joħloq jew x’aktarx li joħloq impressjoni falza jew qarrieqa dwar il-provvista jew id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju, b’mod partikolari billi jiddaħħlu ordnijiet biex tinbeda jew titkabbar tendenza.

(d)

jittieħed vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-midja tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet (jew indirettament dwar l-emittent tiegħu) waqt li qabel ikunu ttieħdu pożizzjonijiet dwar dak l-istrument finanzjarju jew kuntratt spot relatati mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet u sussegwentement isir profitt mill-impatt tal-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta’ dak l-istrument, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet jew prodott irkantat ibbażat fuq kwota ta’ emissjonijiet, mingħajr ma jiġi żvelat simultanjament dak il-kunflitt ta’ interess lill-pubbliku b’mod xieraq u effettiv.

(e)

ix-xiri jew il-bejgħ fis-suq sekondarju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew derivati relatati qabel l-irkant imwettaq skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 bl-effett li jiġi stabbilit il-prezz tal-ikklerjar tal-irkant għall-prodotti rkantati fuq livell anormali jew artifiċjali jew li offerenti li jagħmlu l-offerti fl-irkant jiġu mqarrqa.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b), u bla ħsara għall-forom ta’ mġiba stabbiliti fil-paragrafu 2, l-Anness I jiddefinixxi xi wħud mill-indikaturi, mhux eżawrjenti, relatati mat-tħaddim ta’ strataġemma fittizja jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju, u xi wħud mill-indikaturi mhux eżawrjenti relatati ma’ sinjali foloz jew qarrieqa u ma’ kif jiġi żgurat il-prezz.

4.   Meta l-persuna msemmija f’dan l-Artikolu tkun persuna ġuridika, dan l-Artikolu għandu japplika ukoll, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-persuni fiżiċi lijipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettqu attivitajiet għall-kont tal-persuna ġuridika kkonċernata.

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, sabiex jiġu ċċarati l-elementi tagħhom u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 13

Prattiki tas-suq aċċettati

1.   Il-projbizzjoni fl-Artikolu 15 m’għandhiex tapplika għall-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 12(1)(a), sakemm il-persuna li tidħol fi tranżazzjoni, tqiegħed ordni għan-negozjar jew ikollha kwalunkwe mġiba oħra tipprova li tali tranżazzjoni, ordni jew imġiba jkunu saru għal raġunijiet leġittimi, u huma f’konformità ma’ prattika tas-suq aċċettata, kif stabbilit skont dan l-Artikolu.

2.   Awtoritajiet kompetenti tista’ tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

jekk il-prattika tas-suq tkunx tipprovdi għal livell sostanzjali ta’ trasparenza għas-suq;

(b)

jekk il-prattika tas-suq tkunx tiżgura livell għoli ta’ salvagwardji għall-operat tal-forzi tas-suq u l-interazzjoni xierqa mal-forzi tal-provvista u d-domanda;

(c)

jekk il-prattika tas-suq ikollhiex impatt pożittiv fuq il-likwidità u l-effiċjenza tas-suq;

(d)

jekk il-prattika tas-suq tqisx il-mekkaniżmu ta’ negozjar tas-suq rilevanti u tippermettix lill-parteċipanti fis-suq li jirreaġixxu b’mod xieraq u f’waqtu għas-sitwazzjoni ġdida tas-suq maħluqa b’dik il-prattika;

(e)

jekk il-prattika tas-suq ma toħloqx riskji għall-integrità tas-swieq relatati direttament jew indirettament, sew jekk regolati u sew jekk le, fl-istrument finanzjarju relevanti fi ħdan l-Unjoni;

(f)

l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-prattika tas-suq rilevanti minn xi awtorità kompetenti jew minn awtorità oħra, b’mod partikolari jekk il-prattika tas-suq rilevanti kisret ir-regoli jew ir-regolamenti mfassla sabiex ma jħallux l-abbuż tas-suq, jew kodiċi ta’ mġiba, irrispettivament minn jekk tkunx tikkonċerna s-suq inkwistjoni jew, direttament jew indirettament, swieq relatati fi ħdan l-Unjoni; u

(g)

il-karatteristiċi strutturali tas-suq rilevanti, inter alia, jekk huwiex regolat jew le, it-tipi ta’ strumenti finanzjarji nnegozjati u t-tip ta’ parteċipanti fis-suq, inkluż il-kobor tal-parteċipazzjoni ta’ investituri bl-imnut fis-suq rilevanti.

Prattika tas-suq li tkun ġiet stabbilita minn awtorità kompetenti bħala prattikatas-suq aċċettata f’suq partikolari m’għandhiex titqies li hi applikabbli għal swieq oħra sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk is-swieq l-oħra ma jkunux aċċettaw dik il-prattika skont dan l-Artikolu.

3.   Qabel ma jistabbilixxu prattika tas-suq aċċettata skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar l-intenzjoni tagħha li tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata u għandha tipprovdi d-dettalji ta’ dik il-valutazzjoni li tkun saret skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2. Tali notifika għandha ssir mhux anqas minn tliet xhur qabel ma l-prattika tas-suq aċċettata tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ.

4.   Fi żmien xahrejn wara li tkun irċeviet in-notifika, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti li tinnotifika li tivvaluta l-kompatibbiltà tal-prattika tas-suq aċċettata mal-paragrafu 2 u mal-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 7. L-EMSA għandha wkoll tivvaluta jekk l-istabbiliment tal-prattika tas-suq aċċettata tkunx ta’ theddida għall-kunfidenza tas-suq fis-suq finanzjarju tal-Unjoni. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-ESMA.

5.   Meta awtorità kompetenti tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata li tmur kontra l-opinjoni tal-ESMA maħruġa skont il-paragrafu 4, għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha, fi żmien 24 siegħa mill-istabbiliment tal-prattika tas-suq aċċettata, avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għaliex għamlet dan, inkluż għaliex il-prattika tas-suq aċċettata ma theddidx il-fiduċja fis-suq.

6.   Meta awtorità kompetenti tqis li awtorità kompetenti tkun stabbiliet prattika tas-suq aċċettat li ma tilħaqx il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2, l-ESMA għandha tgħin lill-awtoritajiet konċernati biex jintlaħaq qbil skont is-setgħat tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jonqsu milli jilħqu ftehim, l-ESMA tista’ tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.   Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji, il-proċedura u r-rekwiżiti biex tiġi stabbilita prattika tas-suq aċċettata skont il-paragrafi 2, 3 u 4, u r-rekwiżiti biex tinżamm, tiġi terminata jew jiġu modifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw mill-ġdid b’mod regolari u tal-anqas kull sentejn, il-prattiki tas-suq aċċettati li li huma jkunu stabbilixxew, b’mod partikolari billi jqisu bidliet sinifikanti fl-ambjent tas-suq rilevanti, bħal bidliet fir-regoli tan-negozjar jew fl-infrastrutturi tas-suq, bil-għan li jiddeċiedu jżommuwhiex, jitterminawhiex, jew jimmodifikawx il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni tagħha.

9.   L-ESMA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha lista tal-prattiki tas-suq aċċettati u f’liema Stati Membri japplikaw.

10.   L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-prattiki tas-suq aċċettati u għandha tippreżenta rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif qed jiġu applikati fis-swieq ikkonċernati.

11.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw il-prattiki tas-suq aċċettati kollha stabbiliti qabel it-2 ta’ Lulju 2014 lill-ESMA fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji imsemmija fil-paragrafu 7.

Il- prattiki tas-suq imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom ikomplu japplikaw fl-Istat Membru kkonċernat sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni dwar it-tkomplija ta’ din il-prattika wara l-opinjoni tal-ESMA skont il-paragrafu 4.

Artikolu 14

Il-projbizzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata u tal-iżvelar illegali tal-informazzjoni privileġġata

Persuna m’għandhiex:

(a)

tinvolvi ruħha jew tagħmel tentattiv ta’ involviment f’abbuż minn informazzjoni privileġġata;

(b)

tirrakkomanda li persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata jew tinduċi lil persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata; or

(c)

twettaq żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata.

Artikolu 15

Il-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq

Persuna m’għandhiex tinvolvi ruħha f’manipulazzjoni tas-suq jew f’tentattiv ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq.

Artikolu 16

Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ abbuż tas-suq

1.   L-operaturi tas-suq u d-ditti ta’ investiment li joperaw post tan-negozjar għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi mmirati għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ abbuż ta’ informazzjoni privileġġata, manipular tas-suq u tentattivi ta’ abbuż ta’ informazzjoni privileġġata u ta’ manipular tas-suq, skont l-Artikoli 31 u 54 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Il-persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tirrapporta ordnijiet u tranżazzjonijiet, inkluża kwalunkwe kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq lill-awtorità kompetenti tal-post tan-negozjar mingħajr dewmien.

2.   Kwalunkwe persuna li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet għandha tistabbilixxi u żżomm arranġamenti, sistemi u proċeduri effettivi sabiex jikxfu u jirrappurtaw ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi. Kull meta tali persuna jkollha suspett raġonevoli li ordni jew tranżazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju, kemm jekk imqiegħda jew eżegwita fuq jew ‘il barra minn post tan-negozjar, tista’ tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew f’manipulazzjoni tas-suq, il-persuna għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 3 mingħajr dewmien.

3.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 22, il-persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tan-notifika tal-Istat Membru li fih huma rreġistrati jew fejn ikollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom, jew fil-każ ta’ fergħa, l-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa. In-notifika għandha tkun indirizzata lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

4.   L-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fil-paragrafu 3 li jirċievu n-notifika dwar ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jittrażmettu minnufih tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet tan-negozjar ikkonċernat.

5.   Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiddeterminaw:

(a)

l-arranġamenti, is-sistemi u l-proċeduri xierqa bil-għan li l-persuni jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2; u

(b)

il-mudelli tan-notifika li għandhom jintużaw mill-persuni biex jibqgħu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2;

L-ESMA għandha tressaq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 3

REKWIŻITI TA’ ŻVELAR

Artikolu 17

L-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata

1.   Emittent għandu jinforma lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun dwar informazzjoni privileġġata li tikkonċerna direttament lil dak l-emittent.

L-emittent għandu jiżgura li l-informazzjoni privileġġata ssir pubblika b’mod li jippermetti aċċess rapidu u sħiħ, valutazzjoni korretta u f’waqtha tal-informazzjoni mill-pubbliku u, meta applikabbli, fil-mekkaniżmu maħtur uffiċjalment imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). L-emittent għandu jgħaqqad flimkien l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata lill-pubbliku mal-kummerċjalizzazzjoni tal-attivitajiet tiegħu. L-emittent għandu jqiegħed u jżomm fuq il-websajt tiegħu għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, l-informazzjoni privileġġata kollha li jeħtieġ jiżvela b’mod pubbliku.

Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li jkunu talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li jkunu talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF fi Stat Membru.

2.   Parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiżvela, pubblikament, b’mod effettiv u fil-ħin, informazzjoni privileġġata dwar kwoti ta’ emissjonijiet li jkollu rigward in-negozju tiegħu, inklużi l-attivitajiet ta’ avjazzjoni kif speċifikat fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE jew installazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 3(e) ta’ dik id-Direttiva, li l-parteċipant ikkonċernat, jew l-impriża prinċipali jew impriża relatata tiegħu, ikunu sidien tagħhom jew jikkontrollaw jew li għall- kwistjonijiet operazzjonali tagħhom il-parteċipant, jew l-impriża prinċipali jew impriża relatata tiegħu, ikunu responsabbli, kompetament jew parzjalment. Rigward l-istallazzjonijiet, tali żvelar għandu jinkludi informazzjoni rilevanti għall-kapaċità u l-utilizzazzjoni ta’ installazzjonijiet, inkluż nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata jew mhux ippjanata ta’ installazzjonijiet bħal dawn.

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet fejn l-installazzjonijiet jew attivitajiet ta’ avjazzjoni li jippossjedi, jikkontrolla jew huwa responsabbli minnhom, fis-sena preċedenti kellhom emissjonijiet li ma jaqbżux limitu minimu ekwivalenti għad-dijossidju tal-karbonju u, jekk iwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, kellhom kapaċità termali kklassifikata li ma taqbiżx limitu minimu.

Il-Kummissjoni għandha tingħat s-setgħa li tadottaatti iddelegati skont l-Artikolu 35 li jistabbilixxu limitu minimu ta’ ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju u limitu minimu ta’ kapaċità termali kklassifikata għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 35, li jispeċifikaw l-awtorità kompetenti għan-notifiki tal-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jista’, taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, jittardja l-iżvelar lill-pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iżvelar immedjat x’aktarx jippreġudika l-interessi leġittimi tal-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(b)

l-ittardjar fl-iżvelar ma jkunx probabbli li jqarraq bil-pubbliku;

(c)

l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun jista’ jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni.

Fil-każ ta’ proċess imtawwal li jseħħ fi stadji u li jkun maħsub biex iġib jew jirriżulta f’ċirkustanza partikolari jew avveniment partikolari, emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet jista’ taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu jittardja l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata relatata ma’ dan il-proċess, suġġett għall-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

Jekk emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun ittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont dan il-paragrafu, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 li l-iżvelar tal-informazzjoni kien ittardjat u għandu jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub dwar kif ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu, immedjatament wara li l-informazzjoni tiġi żvelata lill-pubbliku. Il-liġi nazzjonali tista’, alternattivament, tipprevedi li rekord ta’ tali spjegazzjoni jista’ jiġi ppreżentat biss fuq talba tal-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3.

5.   Sabiex tiġi ppreservata l-istabbilità tas-sistema finanzjarja, emittent li huwa istituzzjoni tal-kreditu jew istituzzjoni finanzjarja oħra, jista’ taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu jittardja l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata, inkluża, iżda mhux biss, informazzjoni li hija relatata ma’ problema temporanja ta’ likwidità u, b’mod partikolari l-bżonn li jirċievi assistenza temporanja fil-likwidità minn bank ċentrali jew mutwanti tal-aħħar istanza, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata jinvolvi riskju li tiddgħajjef l-istabbiltà finanzjarja tal-emittent u tas-sistema finanzjarja;

(b)

ikun fl-interess pubbliku li l-iżvelar jiġi ttardjat;

(c)

il-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni tista’ tiġi żgurata; u

(d)

l-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 tkun tat il-kunsens tagħha għall-ittardjar ladarba l-kundizzjonijiet fil-punti (a), (b) u (c) jkunu sodisfatti.

6.   Għall-iskopijiet tal-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 5, l-emittent għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 dwar l-intenzjoni tiegħu li jittardja l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata u jipprovdi evidenza li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 5 huma sodisfatti. L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tikkonsulta kif xieraq mal-bank ċentrali nazzjonali jew lill-awtorità makroprudenzjali fejn din tkun istitwita, jew inkella l-awtoritajiet li ġejjin:

(a)

jekk l-emittent huwa istituzzjoni tal-kreditu jew ditta tal-investiment l-Awtorità determinata skont l-Artikolu 133(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25):

(b)

f’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a), kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra responsabbli għas-superviżjoni tal-emittent.

L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tiżgura li l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata jkun ittardjat biss għall-perjodu li hu meħtieġ fl-interess pubbliku. L-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 għandha tal-anqas tevalwa kull ġimgħa jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 5 għadhomx sodisfatti.

Jekk l-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 ma tagħtix il-kunsens tagħha għall-ittardjar tal-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata, l-emittent għandu jiżvela l-informazzjoni privileġġata minnufih.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-każijiet fejn l-emittent ma jiddeċidix li jittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont il-paragrafu 4.

Ir-referenza f’dan il-paragrafu għall-awtorità kompetenti speċifikata taħt il-paragrafu 3 f’dan il-paragrafu hija mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità kompetenti li teżerċita l-funzjonijiet tagħha bi kwalunkwe mill-modi msemmijin fl-Artikolu 23(1).

7.   Meta l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata jiġi ittardjat skont il-paragrafu 4 jew 5 u l-kunfidenzjalità ta’ dikl-informazzjoni privileġġata ma tkunx aktar fiż-żgur, l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiżvela dik l-informazzjoni privileġġata lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun.

Dan il-paragrafu jinkludi sitwazzjonijiet fejn għajdut ikun jirrigwarda b’mod espliċitu informazzjoni privileġġata li l-iżvelar tagħha ma jkunx ġiet ttardjat skont il-paragrafu 4 jew 5, meta dak l-għajdut ikun preċiż biżżejjed biex jindika li l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni ma tkunx aktar fiż-żgur.

8.   Meta emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, jew persuna li taġixxi f’ismu jew għall-kont tiegħu, jiżvela xi informazzjoni privileġġata lil parti terza matul l-eżerċizzju normali ta’ impjieg, professjoni jew dmirijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), dan għandu jagħmel żvelar pubbliku totali u effettiv ta’ dik l-informazzjoni, simultanjament fil-każ ta’ żvelar intenzjonali, u fil-pront fil-każ ta’ żvelar mhux intenzjonali. Dan il-paragrafu m’għandux japplika jekk il-persuna li tirċievi l-informazzjoni għandha d-dmir ta’ kunfidenzjalità, irrispettivament minn jekk dan id-dmir huwiex ibbażat fil-liġi, regolamenti, artikoli ta’ assoċjazzjoni, jew kuntratt.

9.   Informazzjoni privileġġata dwar emittenti, li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq ta’ tkabbir tal-SMEs, tista’ tiġi mqiegħda fuq il-websajt tal-post tan-negozjar minflok fuq il-websajt tal-emittent meta l-post tan-negozjar jagħżel li jipprovdi din il-faċilità għall-emittenti f’dak is-suq.

10.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiddeterminaw:

(a)

il-mezzi tekniċi għal żvelar pubbliku xieraq ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafi 1, 2, 8 u 9; u

(b)

il-mezzi tekniċi biex jiġi ttardjat l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafi 4 and 5.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

11.   L-ESMA għandha toħroġ linji gwida biex tistabbilixxi lista indikattiva mhux eżawrjenti tal-interessi leġittimi tal-emittent, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4, u tas-sitwazzjonijiet li fihom l-ittardjar ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata x’aktarx tqarraq lill-pubbliku kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4.

Artikolu 18

Listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata

1.   Emittenti jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’isihom jew għall-kont tagħhom, għandhom:

(a)

ifasslu lista tal-persuni kollha li għandhom aċċess għal informazzjoni privileġġata u li jaħdmu għalihom taħt kuntratt ta’ impjieg, jew inkella jwettqu kompiti li permezz tagħhom ikollhom aċċess għal informazzjoni privileġġata, bħal konsulenti, kontabilisti jew aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (lista’ ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata);

(b)

jaġġornaw din il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata fil-pront skont il-paragrafu 4; u

(c)

jipprovdu l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun fuq talba tagħha.

2.   Emittenti jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew għall-kont tagħhom, għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fuq il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata taċċetta bil-miktub id-dmirijiet legali u regolatorji involuti u hija konxja mis-sanzjonijiet applikabbli għal abbuz ta’ informazzjoni privileġġata, u żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata.

Meta persuna oħra li taġixxi f’isem jew għall-kont tal-emittent tassumi l-kompitu li tfassal u taġġorna l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, l-emittent jibqa’ responsabbli b’mod sħiħ għall-konformità ma’ dan l-Artikolu. L-emittent għandu dejjem iżomm dritt ta’ aċċess għal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata.

3.   Il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandha tinkludi tal-anqas:

(a)

l-identità ta’ kwalunkwe persuna li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata;

(b)

ir-raġuni għaliex dik il-persuna ddaħħlet fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata;

(c)

id-data u l-ħin li fihom dik il-persuna kisbet l-aċċess għal informazzjoni privileġġata; u

(d)

id-data li fiha nkitbet il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata.

4.   L-emittenti jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew għan-nom tagħhom għandhom jaġġornaw il-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għandha tiġi aġġornata fil-pront, inkluża d-data tal-aġġornament fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

meta jkun hemm tibdil fir-raġuni għaliex tiddaħħal persuna li tkun diġa fil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata;

(b)

meta jkun hemm persuna ġdida li jkollha aċċess għall-informazzjoni privileġġata u teħtieġ, għalhekk, tiżdied mal-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata; u

(c)

meta persuna ma jibqax ikollha aċċess għal informazzjoni privileġġata.

Kull aġġornament għandu jispeċifika d-data u l-ħin meta seħħ it-tibdil li wassal għall-aġġornament.

5.   L-emittenti jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom jew għall-kont tagħhom għandhom iżommu l-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata għal perjodu ta’ mhux inqas minn 5 snin wara li tkun tfasslet jew ġiet aġġornata.

6.   Emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq ta’ tkabbir tal-SMEs għandhom ikunu eżenti mit-tfassil ta’ lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-emittent jieħu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li kwalunkwe persuna b’aċċess għal informazzjoni privileġġata taċċetta d-dmirijiet legali u regolatorji involuti u tkun konxja mis-sanzjonijiet marbuta ma’ abbuz ta’ informazzjoni privileġġata u żvelar illegali ta’ informazzjoni privileġġata; u

(b)

l-emittent ikun kapaċi jipprovdi lill-awtorità kompetenti, fuq talba, bil-lista ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata.

7.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF fi Stat Membru.

8.   Il-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika wkoll:

(a)

għall-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet dwar informazzjoni privileġġata li tikkonċerna l-kwoti tal-emissjonijiet li tirriżulta fir-rigward tal-operat fiżiku ta’ dak il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet.

(b)

għal kwalunkwe pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti fir-rigward tal-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet jew ta’ prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010.

9.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjon ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-format preċiż tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta’ persuni b’informazzjoni privileġġata msemmija f’dan l-Artikolu.

L-EMSA għandha tressaq dak l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19

Tranżazzjonijiet maniġerjali

1.   Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali, kif ukoll persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom jinnotifikaw lill-emittent jew lil parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet u lill-awtorità kompetenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2:

(a)

b’ fir-rigward ta’ emittenti, ta’ kull tranżazzjoni mwettqa għall-kont tagħhom stess relatata mal-ishma jew mal-istrumenti tad-dejn ta’ dak l-emittent, jew ma’ derivati jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom,

(b)

fir-rigward ta’ parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, ta’ kull tranżazzjoni mwettqa għall-kont tagħhom stess dwar makwoti tal-emissjonijiet, ma’ prodotti rkantati insejsa fuqhom jew ma’ derivati relatati magħhom.

Tali notifiki għandhom isiru fil-pront u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ negozju wara d-data tat-tranżazzjoni.

L-ewwel subparagrafu japplika ladarba l-ammont totali tat-tranżazzjonijiet ikun laħaq il-limitu stabbilit fil-paragrafu 8 jew 9, kif applikabbli, fi żmien sena kalendarja.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, u mingħajr ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu obbligi tan-notifika minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, t-transazzjonijiet kollha imwettqa għall-kont proprju tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu notifikati minn dawk il-persuni lill-awtoritajiet kompetenti.

Ir-regoli applikabbli tan-notifika, li magħhom il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġ ikunu konformi, għandhom ikunu dawk tal-Istati Membri ta’ fejn l-emittent jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet huwa reġistrat. In-notifika għandha ssir fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tat-tranżazzjoni lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Meta l-emittent mhuwiex reġistrat fi Stat Membru, in-notifika għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini skont il-punt (i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/109/KE jew, fin-nuqqas ta’ dan, lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ negozjar.

3.   L-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiżgura li l-informazzjoni li tkun notifikata skont il-paragrafu 1 tiġi ppubblikata fil-pront u mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ negozju wara t-tranżazzjoni b’mod li jippermetti aċċess rapidu għal din l-informazzjoni fuq bażi nondiskriminatorja skont l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17(10).

L-emittent jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu juża l-aktar midja affidabbli b’mod raġonevoli għat-tixrid effettiv ta’ informazzjoni lill-pubbliku madwar l-Unjoni, u, meta applikabbli, għandu juża l-mekkaniżmu maħtur uffiċjalment imsemmi f’l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE.

Minflok, il-liġi nazzjonali tista’ tipprevedi li awtorità kompetenti tista’ tippubblika l-informazzjoni hija stess.

4.   Dan l-Artikolu għandu japplika għal emittenti li:

(a)

talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat; jew

(b)

fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, emittenti li talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF jew talbu ammissjoni għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF.

5.   L-emittenti u parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali dwar l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu bil-miktub. L-emittenti u parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom ifasslu lista tal-persuni kollha li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali u persuni assoċjati mill-qrib magħhom.

Il-persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali għandhom jinnotifikaw lill-persuni assoċjati mill-qrib magħhom dwar l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu bil-miktub u għandhom iżommu kopja ta’ din in-notifika.

6.   In-notifika tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-persuna;

(b)

ir-raġuni għan-notifika;

(c)

l-isem tal-emittent rilevanti jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet;

(d)

deskrizzjoni u l-identità tal-istrument finanzjarju;

(e)

in-natura tat-tranżazzjoni(jiet) (eż. akkwiżizzjoni jew ċessjoni), li tindika jekk hijiex marbuta mal-eżerċizzju ta’ programmi għall-opzjonijiet fuq l-ishma jew mal-eżempji speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 7;

(f)

id-data u l-post tat-tranżazzjoni(jiet); kif ukoll

(g)

il-prezz u l-volum tat-tranżazzjoni(jiet). Fil-każ ta’ rahan li t-termini tiegħu jipprevedu li l-valur tiegħu jista’ jinbidel, dan għandu jiġi żvelat flimkien mal-valur tiegħu fid-data ta’ meta jkun sar ir-rahan.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tranżazzjonijiet li għandhom jiġu notifikati għandhom jinkludu wkoll:

(a)

il-wiegħda jew is-self ta’ strumenti finanzjarji minn jew f’isem persuna li twettaq resposabiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna, kif jingħad fil-paragrafu 1;

(b)

tranżazzjonijiet imwettqa minn persuna li teżegwixxi jew tagħmel l-arranġamenti għal tranżazzjonijiet jew minn persuna oħra f’isem persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fejn tinżamm id-diskrezzjoni;

(c)

tranżazzjonijiet magħmula taħt polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, skont id-definizzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), meta:

(i)

id-detentur tal-polza hija persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali jew persuna assoċjata mill-qrib ma’ tali persuna, kif jingħad fil-paragrafu 1,

(ii)

ir-riskju tal-investiment jinġarr mid-detentur tal-polza, u

(iii)

id-detentur tal-polza għandu s-setgħa jew id-diskrezzjoni li jieħu deċiżjonijiet dwar l-investiment fir-rigward ta’ strumenti speċifiċi f’dik il-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja jew li jeżegwixxi tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ strumenti speċifiċi għal dik il-polza ta’ assigurazzjoni tal-ħajja.

Għall-finijiet tal-punt (a), rahan, jew interess ta’ garanzija simili, ta’ strumenti finanzjarji b’rabta mad-depożitu tal-istrumenti finanzjarji f’kont ta’ kustodja m’hemmx bżonn ikun notifikat, sakemm u sa meta tali rahan jew interess ta’ garanzija ieħor ma jkunx speċifikat biex jiggarantixxi faċilità ta’ kreditu speċifika.

Sa fejn detentur ta’ polza ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni huwa meħtieġ jinnotifika t-tranżazzjonijiet skont dan il-paragrafu, il-kumpanija tal-assigurazzjoni m’għandhiex id-dmir li tinnotifika.

8.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe tranżazzjoni sussegwenti ladarba jkun intlaħaq ammont totali ta’ EUR 5 000 f’sena kalendarja. Il-limitu ta’ EUR 5 000 għandu jiġi kkalkulat billi jiżdiedu, mingħajr nettjar, it-tranżazzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1.

9.   Awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li żżid il-limitu stabbilit fil-paragrafu 8 għal EUR 20 000 u għandha tinforma lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħha u l-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħha, b’referenza speċifika għall-kundizzjonijiet tas-suq, li tadotta livell ogħla qabel l-applikazzjoni tiegħu. L-ESMA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-lista ta’ limiti li japplikaw skont dan l-Artikolu u l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti mill-awtoritajiet kompetenti għal tali limiti.

10.   Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal tranżazzjonijiet minn persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan kwalunkwe pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti involuti fl-irkanti li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010 u persuni assoċjati mill-qrib ma’ tali persuni sa fejn it-tranżazzjonijiet tagħhom jinvolvu kwoti tal-emissjonijiet, derivati tagħhom jew prodotti rkantati bbażati fuqhom. Dawn il-persuni għandhom jinnotifikaw it-tranżazzjonijiet tagħhom għall-pjattaformi ta’ rkantar, irkantaturi jew sorveljatur tal-irkanti, kif applikabbli, u lill-awtorità kompetenti fejn il-pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti, kif applikabbli, huwa rreġistrat. L-informazzjoni li hija notifikata b’dan il-mod għandha ssir pubblika mill-pjattaformi tal-irkant, l-irkantaturi, is-sorveljatur tal-irkant jew l-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3.

11.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 14 u 15, persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan emittent m’għandhiex twettaq kwalunkwe tranżazzjonijiet għall-kont tagħha stess jew għall-kont ta’ parti terza, direttament jew indirettament, fir-rigward tal-ishma jew l-istrumenti tad-dejn tal-emittent jew ma’ derivati jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom, matul perjodu magħluq ta’ tletin jum kalendarju qabel jitħabbar rapport finanzjarju interim jew rapport ta’ tmiem is-sena li l-emittent huwa obbligat jippubblika skont:

(a)

ir-regoli tal-post tan-negozjar fejn l-ishma tal-emittent huma ammessi għan-negozjar: jew

(b)

il-liġi nazzjonali.

12.   Mingħajr ħsara għall-Artikoli 14 u 15 emittent jista jħalli persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdanu tinnegozja għall-kont tagħha stess jew għall-kont ta’ parti terza matul perijodu magħluq kif imsemmi fil-paragrafu 11, kemm-il darba n-negozjar matul dak il-perjodujew:

(a)

fuq bażi ta’ każ b’każ minħabba l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal diffikultajiet finanzjarji kbar, li jirrikjedu l-bejgħ immedjat ta’ ishma; jew

(b)

minħabba l-karatteristiċi tan-negozjar involut għal tranżazzjonijiet magħmula fl-ambitu ta’, jew relatati ma’, skemi ta’ ishma ta’ impjegati jew ta’ tfaddil, il-kwalifika jew intitolament ta’ ishma, jew tranżazzjonijiet fejn l-interess ta’ benefiċċju fis-sigurtà rilevanti ma jinbidilx.

13.   Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom l-emittent jista’ jippermetti n-negozjar matul perjodu magħluq, kif imsemmi fil-paragrafu 12, inklużi ċ-ċirkustanzi li jkunu meqjusa bħala eċċezzjonali u t-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jiġġustifikaw il-permess biex isir negozjar.

14.   Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 li jispeċifikaw it-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jiskattaw ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1.

15.   Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u mudell li permezz tiegħu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi notifikata u ppubblikata.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20

Rakkomandazzjonijiet u statistiċi dwar l-investiment

1.   Persuni li jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet ta’ investiment jew informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investimentgħandhom jieħdu ħsieb jiżguraw li din l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod oġġettiv, u li jiżvelaw l-interessi tagħhom jew jindikaw kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni hija relatata magħhom.

2.   L-istituzzjonijiet pubbliċi li jxerrdu statistiċi jew previżjonijiet li x’aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji għandhom ixerrduhom b’mod oġġettiv u trasparenti.

3.   Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiddeterminaw l-arranġamenti tekniċi, għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1, għall-preżentazzjoni oġġettiva ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ investiment jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija tal-investiment, kif ukoll għall-iżvelar ta’ interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess.

L-ESMA għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tiġi delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-arranġamenti tekniċi stabbiliti fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 m’għandhomx japplikaw għal ġurnalisti li jkunu soġġetti għal regolamentazzjoni xierqa ekwivalenti fi Stat Membru, inkluża awtoregolamentazzjoni xierqa ekwivalenti, sakemm tali regolamentazzjoni tikseb effetti simili għal dawk l-arranġamenti tekniċi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw t-test ta’ dik ir-regolamentazzjoni ekwivalenti xierqa lill-Kummissjoni.

Artikolu 21

Żvelar u tixrid ta’ informazzjoni fil-midja

Għall-finijiet tal-Artikolu 10, l-Artikolu 12(1)(c) u l-Artikolu 20, meta tkun żvelata jew imxerrda informazzjoni u meta jkunu prodotti u mxerrda rakkomandazzjonijiet għall-fini ta’ ġurnaliżmu jew forma oħra ta’ espressjoni fil-midja, tali żvelar jew tixrid ta’ informazzjoni għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu r-regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f’midja oħra u r-regoli jew il-kodiċi li jirregolaw il-professjoni tal-ġurnalist, sakemm:

(a)

il-persuni kkonċernati, jew il-persuni assoċjati mill-qrib magħhom, ma jisiltux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew qligħ mill-iżvelar jew it-tixrid tal-informazzjoni kkonċernata; jew

(b)

l-iżvelar jew it-tixrid isir bl-intenzjoni li jqarraq is-suq rigward il-provvista, id-domanda, jew il-prezz ta’ strumenti finanzjarji.

KAPITOLU 4

L-ESMA U L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 22

Awtoritajiet kompetenti

Mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-awtoritajiet ġudizzjarji, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti amministrattiva waħdanija għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, l-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn ta’ Stati Membri oħra dwar dan. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati fit-territorju tagħha, fir-rigward tal-azzjonijiet kollha mwettqa fit-territorju tagħha, u l-azzjonijiet imwettqa barra mill-pajjiż relatati ma’ strumenti ammessi għan-negozjar f’suq regolat, li tkun saret talba għalihom biex jiġu ammessi għan-negozjar f’suq bħal dan, irkantati fuq pjattaforma ta’ rkantar jew li huma nnegozjati fuq MTF jew OTF jew li tkun saret talba għalihom biex jiġu ammessi għan-negozjar fuq MTF li topera fit-territorju tagħhom.

Artikolu 23

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom kif ġej:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew mal-impriżi tas-suq;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil dawn l-awtoritajiet jew impriżi tas-suq; jew

(d)

b’applikazzjoni għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   Sabiex jaqdu d-dmirjiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a)

li jaċċessaw kwalunkwe dokument jew data fi kwalunkwe forma, jew jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(b)

li jitolbu jew jesiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna, inklużi dawk li huma involuti suċċessivament fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet ikkonċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil kwalunkwe persuna bħal din bil-għan li jiksbu informazzjoni;

(c)

fir-rigward derivati dwar komoditajiet, li jitolbu informazzjoni minn parteċipanti tas-suq dwar swieq spot relatati skont il-formati standardizzati, jiksbu rapporti dwar tranżazzjonijiet, u jkollhom aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti;

(d)

li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post u investigazzjonijiet f’siti li ma jkunux residenzi privati ta’ persuni fiżiċi;

(e)

bla ħsara għat-tieni subparagrafu, li jidħlu fl-istabbilimenti ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti u data fi kwalunkwe forma fejn hemm suspett raġonevoli li dokumenti jew data marbutin mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni jistgħu jkunu relevanti bħala evidenza ta’ każ ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew ta’ manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta’ dan ir-Regolament.

(f)

li jirreferu kwistjonijiet għal investigazzjoni kriminali;

(g)

li jitolbu reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet bit-telefon, komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords tat-traffiku tad-data miżmuma minn kumpaniji tal-investiment, istituzzjonijiet tal-kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji;

(h)

li jitolbu, sa fejn ikun permess mil-liġi nazzjonali, rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjonijiet, meta jeżisti suspett raġonevoli ta’ ksur u meta li tali rekords jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni ta’ ksur tal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15;

(i)

li jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru tal-assi, jew it-tnejn;

(j)

li jissospendu n-negozjar tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati;

(k)

li jitolbu l-waqfien temporanju ta’ kwalunkwe prattika li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra dan ir-Regolament;

(l)

li jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju tal-attività professjonali;

(m)

li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-pubbliku ikun informat b’mod korrett, inter alia, billi jikkoreġu informazzjoni żvelata falza jew qarrieqa, inkluż billi kwalunkwe emittent jew persuna oħra li ppubblikaw jew xerrdu informazzjoni falza jew qarrieqa jintalbu jippubblikaw dikjarazzjoni korrettiva.

Meta f’konformità mal-liġi nazzjonali tkun tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat biex jidħlu fl-istabbilitment ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil- punt (e) tal-ewwel subparagrafu, is-setgħa kif imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu għandha tintuża biss wara li tkun inkisbet dik l-awtorizzazzjoni minn qabel.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta’ offerti ta’ xiri, tranżazzjonijiet ta’ fużjoni u tranżazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji regolati mill-awtoritajiet superviżorji maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE li jimponu rekwiżiti oħra minbarra r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.   Persuna li tqiegħed informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament m’għandhiex titqies li tkun kisret xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva, u dan m’għandu jinvolvi lill-persuna li tagħmel in-notifika f’ebda tip ta’ responsabbiltà relatata ma’ tali notifika.

Artikolu 24

Kooperazzjoni mal-ESMA

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 25

Obbligu ta’ kooperazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet fil-paragrafu 2. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u l-ESMA. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw informazzjoni, mingħajr dewmien żejjed, u jikkooperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar.

L-obbligu ta’ koperazzjoni u għajnuna stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-Kummissjoni b’rabta mal-iskambju ta’ informazzjoni dwar komoditajiet li huma prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE.

L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, skont l-Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament imsemmija f’dak l-Artikolu, huma għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet jew proċeduri kriminali mibdija minħabba ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lil awtoritajiet kompetenti oħra u l-ESMA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-informazzjoni jew talba biex tikkoopera f’investigazzjoni fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin, jiġifieri meta:

(a)

il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti tista’ taffettwa ħażin is-sigurtà tal-Istat Membru indirizzat, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji oħrajn;

(b)

il-konformità mat-talba x’aktarx taffettwa ħażin l-investigazzjoni jew l-attivitajiet ta’ infurzar tagħha stess jew, meta applikabbli, investigazzjoni kriminali;

(c)

Ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat; jew

(d)

Tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

3.   L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkoperaw mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri biex jiżguraw li jittieħed approċċ koordinat għall-infurzar tar-regoli rilevanti fejn it-tranżazzjonijiet, l-ordnijiet għan-negozjar jew azzjonijiet jew imġiba oħra jkunu relatati ma’ strument finanzjarju wieħed jew aktar li japplika għalihom dan ir-Regolament, kif ukoll għal prodott wieħed jew aktar ta’ enerġija bl-ingrossa li japplikaw għalihom l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tad-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 meta jiġu biex japplikaw l-Artikoli 7, 8 u 12 ta’ dan ir-Regolament għall-istrumenti finanzjarji marbutin mal-prodotti ta’ enerġija bl-ingrossa.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1.

5.   Meta awtorità kompetenti tkun konvinta li atti li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed ikunu, jew kienu, imwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jew li ċerti azzjonijiet qegħdin jaffettwaw strumenti finanzjarji nnegozjati f’post tan-negozjar li jinsab fi Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika dak il-fatt bl-iktar mod speċifiku possibbli lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-ESMA, u fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija tal-operaturi, lill-ACER. L-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri involuti għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin u mal-ESMA, u fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija tal-operaturi, lill-ACER, dwar l-azzjoni xierqa li għandhom jieħdu, u għandhom jinfurmaw lil xulxin bl-iżviluppi sinifikanti li jsiru sadanittant. Għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni possibbli meta japplikawsanzjonijiet, u miżuri amministrattivi oħrajn għal dawk il-każijiet transkonfinali skont l-Artikoli 30 u 31 u għandhom jgħinu lil xulxin fl-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħhom.

6.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor rigward spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

Awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tista’ tinforma lill-ESMA bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transkonfinali, l-ESMA, jekk tintalab tagħmel dan minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, għandha tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

Fejn awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:

(a)

twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(b)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;

(c)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

(d)

taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

(e)

taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-iffaċilitar tal-irkupru ta’ sanzjonijiet pekunarji.

7.   Bla ħsara għall-Artikolu 258 tat-TFUE, awtorità kompetenti li t-talba tagħha għal informazzjoni jew għajnuna skont il-paragrafi 1, 3, 4 u 5 ma ssirx azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli, jew li t-talba tagħha għal informazzjoni jew għajnuna tiġi rrifjutata, tista’ tirreferi dak ir-rifjut jew nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli lill-ESMA.

Fis-sitwazzjonijiet imsemmija, l-ESMA tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bla ħsara għall-possibbiltà li l-ESMA taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

8.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji rilevanti nazzjonali u ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-swieq spot relatati meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li azzjonjijiet, li jikkostitwixxu abbuż ta’ informazzjoni privileġġata, żvelar illegali ta’ informazzjoni jew manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta’ dan ir-Regolament, ikunu qegħdin isiru jew ikunu saru. Din il-kooperazzjoni għandha tiżgura ħarsa ġenerali kkonsolidata tas-swieq finanzjarji u spot, u għandha tidentifika u timponi sanzjonijiet għall-abbużi tas-suq kemm bejn is-swieq kif ukoll bejn il-fruntieri.

Rigward il-kwoti tal-emissjonijiet, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni pprovduti taħt l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu żgurati wkoll bi:

(a)

is-sorveljatur tal-irkant, rigward l-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010; u

(b)

awtoritajiet kompetenti, amministraturi tar-reġistru, inkluż l-Amministratur Ċentrali, u korpi pubbliċi oħra inkarigati biex jissorveljaw il-konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE.

L-ESMA għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni rigward il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji fi Stati Membri u pajjiżi terzi oħra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kull fejn possibbli, jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-swieq spot relatati skont l-Artikolu 26.

9.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni u għajnuna kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi u l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw taħt dan ir-Regolament f’pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ESMA u lil awtoritajiet kompetenti l-oħrajn meta tipproponi li tidħol f’arranġament bħal dan.

2.   L-ESMA għandha, kull meta possibbli, tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jkun fihom dokument mudell għal arranġamenti ta’ kooperazzjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jkun possibbli.

L-ESMA għandha tressaq dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-ESMA għandha tiffaċilita u tikkoordina wkoll, kull meta possibbli, l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri ta’ informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont l-Artikoli 30 u 31.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 27. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 27

Is-segretezza professjonali

1.   Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali rċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2.   L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna n-negozju jew kundizzjonijiet operattivi u affarijiet oħra ekonomiċi jew personali għandha titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp ieħor ikkonċernat jiddikjaraw fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata jew tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti legali.

3.   L-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq li l-awtorità kompetenti ddelegat is-setgħat lilha, inklużi awdituri u esperti kkuntrattati mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni koperta b’segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

Artikolu 28

Il-protezzjoni tad-data

Rigward l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament skont il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Id-data personali għandha tinżamm għal perjodu massimu ta’ ħames snin.

Artikolu 29

L-iżvelar ta’ data personali lil pajjiżi terzi

1.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE u biss fuq bażi ta’ każ b’każ. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u li l-pajjiż terz ma jittrasferixxix data lejn pajjiż terz ieħor sakemm ma jingħatax awtorizzazzjoni espressa bil-miktub u jikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiżvela biss data personali riċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun kisbet qbil espliċitu mill-awtorità kompetenti li tkun ittrażmettiet l-informazzjoni u, fejn applikabbli, id-data tiġi żvelata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tat il-kunsens tagħha.

3.   Fejn ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għall-iskambju ta’ data personali, għandu jikkonforma liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.

KAPITOLU 5

MIŻURI U SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

Artikolu 30

Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn

1.   Bla ħsara għal sanzjonijiet kriminali u bla ħsara għas-setgħat superviżorji ta’ awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 23, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi xierqa u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ mill-inqas il-ksur li ġej:

(a)

ksur tal-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 16(1) u (2), l-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5), u (8), l-Artikolu 18(1) sa (6), l-Artikolu 19(1), (2), (3), (5), (6), (7) u (11) u l-Artikolu 20(1); u

(b)

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba kif jingħad fl-Artikolu 23(2).

L-Istati Membri jistgħu„ jiddeċiedu li jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif jingħad fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew il-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu diġà jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-3 ta’ Lulju 2016. Fejn jiddeċiedu dan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sat-3 ta’ Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssirilhom.

2.   L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin jew jieħdu mill-inqas il-miżuri amministrattivi li ġejjin f’każ tal-ksur imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:

(a)

ordni li teħtieġ li l-persuna responsabbli għall-ksur twaqqaf l-aġir u ma tirrepetix dan l-aġir;

(b)

iċ-ċediment (“disgorgement”) tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(c)

twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(d)

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment;

(e)

projbizzjoni temporanja ta’ persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’kumpanija tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ maniġment f’kumpaniji tal-investiment;

(f)

fil-każ ta’ ksur ripetut tal-Artikolu 14 jew 15, projbizzjoni permanenti kontra ta’ persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’kumpanija tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ maniġment f’kumpaniji tal-investiment;

(g)

projbizzjoni temporanja ta’ kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’kumpanija tal-investiment jew persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli tinnegozja għall-kont tagħha stess;

(h)

sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk ikunu jistgħu jiġu determinati.

(i)

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn:

(i)

għall-ksur tal-Artikoli 14 u 15, EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(ii)

għall-ksur tal-Artikoli 16 u 17, EUR 1 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014; u

(iii)

għall-ksur tal-Artikoli 18, 19 u 20, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014; u

(j)

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn:

(i)

għall-ksur tal-Artikoli 14 u 15, EUR 15 000 000 jew 15 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(ii)

għall-ksur tal-Artikoli 16 u 17, EUR 2 500 000 jew 2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014 u

(iii)

għall-ksur tal-Artikoli 18, 19 u 20 EUR 1 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014.

Ir-referenzi għall-awtorità kompetenti f’dan il-paragrafu huma mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità kompetenti li teżerċita l-funzjonijiet tagħha bi kwalunkwe mod imsemmi fl-Artikolu 23(1).

Għall-għanijiet tal-punti (j)(i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu, meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża li tkun meħtieġa tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE (28), il-fatturat rilevanti annwali totali għandu jkun il-fatturat totali annwali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu skont id-Direttivi rilevanti dwar il-kontabilità d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (29) għall-banek u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE (30) għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali ewlenija.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom setgħat oħra minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 u jistgħu jipprovdu għal livelli ogħla ta’ sanzjonijiet minn dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu.

Artikolu 31

L-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi, meta jkun xieraq:

(a)

is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat, per eżempju, mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, bla ħsara għall-ħtieġa li jiġi żgurat ċediment (“disgorgement”) tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f)

ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur; u

(g)

il-miżuri li ttieħdumill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata ripetizzjoni.

2.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn taħt l-Artikolu 30, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom, u s-sanzjonijiet amministrattivi li huma jimponu, u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn li jieħdu, ikunu effettivi u xierqa taħt dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom skont l-artikolu 25 biex jevitaw id-duplikazzjoni u t-trikkib meta jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jimponu sanzjonijiet u multi amministrattivi fir-rigward ta’ każijiet transkonfinali.

Artikolu 32

Ir-rappurtar tal-ksur

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jippermettu r-rappurtar ta’ ksur attwali jew potenzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta’ rapporti ta’ ksur u s-segwitu tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal tali rapporti;

(b)

fi ħdan l-impjieg tagħhom, protezzjoni xierqa għall-persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg, li jirrappurtaw ksur jew jiġu akkużati bi ksur, kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta’ trattament inġust; u

(c)

protezzjoni ta’ data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll il-persuna fiżika li allegatament wettqet il-ksur, inkluża protezzjoni fir-rigward taż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-identità tagħhom, fl-istadji kollha tal-proċedura mingħajr preġudizzju għal żvelar ta’ informazzjoni li ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-impjegaturi li jwettqu attivitajiet li huma regolati minn regolameny ta’ servizzi finanzjarji li jkollhom fis-seħħ proċeduri interni xierqa biex l-impjegati tagħhom jirrapportaw ksur ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li inċentivi finanzjarji għal persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament ikunu jistgħu jingħataw skont il-liġi nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet legali jew kuntrattwali preeżistenti oħra li jirrapportaw tali informazzjoni, u sakemm l-informazzjoni hija ġdida, u tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva jew kriminali jew it-teħid ta’ miżura amministrattiva oħra, għal ksur ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadottaatti ta’ impliementazzjoni li jispeċifikaw aħjar il-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 1, inklużi l-arranġamenti għar-rappurtar u għas-segwitu ta’ rapporti, u l-miżuri għall-protezzjoni tal-persuni li jaħdmu b’kuntratt ta’ impjieg u l-miżuri għall-protezzjoni tad-data personali. Dawk l-atti ta’ impliementazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 36(2).

Artikolu 33

L-iskambju ta’ informazzjoni mal-ESMA

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, kull sena, informazzjoni aggregata dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, miżuri amministrattivi oħrajn, imposti mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikoli 30, 31 u 32. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jipprovdu lill-ESMA kull sena b’data anonimizzata u aggregata dwar l-investigazzjonijiet amministrattivi kollha mwettqa skont dawk l-Artikoli.

2.   Meta l-Istati Membri jkunu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), stabbilew sanzjonijiet kriminali għall-ksur imsemmi f’dak l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom kull sena jipprovdu lill-ESMA b’data anonimizzata u aggregata rigward l-investigazzjonijiet kriminali mwettqa u l-pieni kriminali imposti kollha mill-awtoritajiet ġudizzjarji skont l-Artikoli 30, 31 u 32. L-ESMA għandha tippubblika data dwar sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali, jew miżuri amministrattivi oħrajn, lill-pubbliku, għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-ESMA b’dan.

4.   Meta sanzjoni amministrattiva jew kriminali jew miżura amministrattivi oħra ppubblikata tkun relatata ma’ kumpanija tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2014/65/UE, l-ESMA għandha żżid referenza għal dik is-sanzjoni jew miżura ppubblikata fir-reġistru tal-kumpaniji tal-investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3) ta’ dik id-Direttiva.

5.   Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l–ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tressaq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 34

Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.   Bla ħsara għat-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva, jew miżura amministrattiva oħra fir-rigward tal-ksur ta’ dan ir-Regolament fuq il-websajt tagħhom immedjatament wara li l-persuna suġġetta għal dik id-deċiżjoni tiġi infurmata b’dik id-deċiżjoni. Tali pubblikazzjoni għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna suġġetta għal dik id-deċiżjoni.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

Meta, awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuna ġuridika suġġetta għal dik id-deċiżjoni, jew tad-data personali ta’ persuna fiżika, tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b’każ, imwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali data, jew meta tali pubblikazzjoni tkun tipperikola investigazzjoni li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji hija għandha tagħmel kwalunkwe minn dan li ġej:

(a)

tiddiferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sal-mument meta r-raġunijiet għal dak id-diferiment ma jibqgħux jeżistu;

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni fuq bażi anonima skont il-liġi nazzjonali, jekk tali pubblikazzjoni tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni fil-każ li l-awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li l-pubblikazzjoni skont il-punt (a) jew (b) ma tkunx biżżejjed biex jiġi żgurat:

(i)

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma titqegħidx fil-periklu; jew

(ii)

li l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li huma meqjusa bħala ta’ natura minuri.

Fejn awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni li tippubblika deċiżjoni fuq bażi anonima kif imsemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, hija tista’ tipposponi l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għal perijodu raġonevoli ta’ żmien fejn ikun previst li r-raġunijiet għal pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu matul dak il-perijodu.

2.   Meta d-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell quddiem awtorità nazzjonali ġudizzjarjia, amministrattiva jew awtorità oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ukoll, minnufih, fuq il-websajt tagħhom, tali informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta’ dan l-appell. Barra minn hekk, kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni li tkun suġġetta għal appell għandha tiġi ppubblikata wkoll.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li tiġi ppubblikata skont dan l-Artikolu tibqa’ aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun tinsab f’ tali pubblikazzjonijiet għandha tinżamm fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li jkun meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

KAPITOLU 6

ATTI DELEGATI ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 35

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 12(5), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(2) u (3) u l-Artikolu 19(13) u (14) għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mit-2 ta’ Lulju 2014.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 12(5), it-tielet subparagrph tal-Artikolu 17(2) u (3) u l-Artikolu 19(13) u (14) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Dan m’għandux jaffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikaha simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 12(5), it-tielet subparagrafu tal- Artikolu 17(2) u (3) jew l-Artikolu 19(13) jew (14) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 36

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (31). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 37

Tħassir tad-Direttiva 2003/6/KE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha

Id-Direttiva 2003/6/KE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2004/72/KE (32), 2003/125/KE (33) u 2003/124/KE (34) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 (35) għandhom jitħassru b’effett mit-3 ta’ Lulju 2016. Ir-referenzi għad-Direttiva 2003/6/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilità fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 38

Rapport

Sat-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, flimkien ma’ proposta leġislattiva biex temendha, jekk ikun xieraq. Dak ir-rapport għandu jivvaluta, inter alia:

(a)

kemm hu xieraq li jiġu introdotti regoli komuni dwar il-bżonn li l-Istati Membri kollha jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq;

(b)

jekk id-definizzjoni ta’ informazzjoni privileġġata hijiex biżżejjed biex tkopri l-informazzjoni kollha rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkumbattu b’mod effettiv l-abbuż tas-suq;

(c)

kemm huma xierqa l-kundizzjonijiet li taħthom tiġi ordnata l-projbizzjoni fuq in-negozjar skont l-Artikolu 19(11) bil-għan li jiġi identifikat jekk hemmx ċirkustanzi ulterjuri li fihom għandha tapplika l-projbizzjoni;

(d)

il-possibbiltà li jiġi stabbilit qafas tal-Unjoni għal sorveljanza bejn is-swieq tal-kotba tal-ordnijiet b’rabta mal-abbuż tas-suq, inklużi rakkomandazzjonijiet għal qafas bħal dan; kif ukoll

(e)

il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ referenza.

Għall-għanijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha twettaq eżerċizzju ta’ mmappjar tal-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(1), li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali kif jingħad f’dak l-Artikolu għal ksur ta’ dan ir-Regolament, tal-applikazzjoni ta’ tali sanzjonijiet kriminali fi ħdan l-Istati Membri. Dak l-eżerċizzju għandu jinkludi wkoll kwalunkwe data disponibbli skont l-Artikolu 33(1) u (2).

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mit-3 ta’ Lulju 2016, ħlief għall-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 6(5) u (6), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 11(9), (10) u (11), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 13(7) u (11), l-Artikolu 16(5), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(2), l-Artikolu 17(3), (10) u (11), l-Artikolu 18(9), l-Artikolu 19(13), (14) u (15), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(9), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 26(2), l-Artikolu 32(5) u l-Artikolu 33(5) li għandhom japplikaw fit-2 ta’ Lulju 2014.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikoli 22, 23 u 30, l-Artikolu 31(1) u l-Artikoli 32 u 34 sat-3 ta’ Lulju 2016.

4.   Referenzi f’dan ir-Regolament għad-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom qabel it-3 ta’ Jannar 2017, jinqraw bħala referenzi għad-Direttiva 2004/39/KE skont it-tabell ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness IV għad-Direttiva 2014/65/UE sa fejn dik it-tabella ta’ korrelazzjoni fiha dispożizzjonijiet li jirreferu għad-Direttiva 2004/39/KE.

Fejn issir referenza fid-dispożizzjonijiet ta ‘dan ir-Regolament għall-OTFs, swieq tat-tkabbir tal-SME, kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom, dawk id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għall-OTFs, swieq tat-tkabbir tal-SME, kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom sat-3 ta’ Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ April 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3.

(2)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 64.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Settembru 2013 (għandha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2014.

(4)  Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16).

(5)  Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

(6)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(7)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(8)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità, (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).

(9)  Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12).

(10)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/67/UE (Ara paġna 349 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(11)  Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għall-abbuż tas-suq (Direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (Ara paġna 179 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(12)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(13)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(14)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33).

(15)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(16)  Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.).

(17)  ĠU C 177, 20.6.2012, p. 1.

(18)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(19)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).

(20)  Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74).

(21)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar swieq fi strumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (Ara paġna 84 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(22)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(23)  Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(24)  Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(25)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(26)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(27)  Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).

(28)  Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istqarrijiet finanzjarji annwali, rapporti finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, li jemenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(29)  Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(30)  Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7).

(31)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew tat-Titoli (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).

(32)  Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplementa d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-prattiċi aċċettati tas-suq, id-definizzjoni tal-informazzjoni interna b’relazzjoni mad-derivattivi dwar il-kommoditajiet, it-tħejjija ta’ listi ta’ persuni nterni, in-notifika tat-transazzjonijiet tal-amministraturi u n-notifika ta’ transazzjonijiet suspettużi (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70).

(33)  Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rakkomandazzjoniet għar-rappreżentazzjoni ġusta tal-investimenti u l-iżvelar tal-konflitti ta’ interess (ĠU L 339, 24.12.2003, p. 73).

(34)  Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq (ĠU L 339, 24.12.2003, p. 70).

(35)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33).


ANNESS I

A.   Indikaturi ta’ mġiba manipulattiva relatata ma’ sinjali foloz jew qarrieqa u l-iżgurar tal-prezzijiet

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, u bla ħsara għall-eżempji stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-indikaturi mhux eżawrjenti li ġejjin, li mhux neċessarjament għandhom jitqiesu, fihom infushom, li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq, għandhom jitqiesu meta jiġu eżaminati t-tranżazzjonijiet jew l-ordnijiet għan-negozjar mill-parteċipanti tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti:

(a)

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju relevanti, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, b’mod partikulari meta dawn l-attivitajiet iwasslu għal bidla sinifikanti fil-prezzijiet tagħhom;

(b)

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni b’pożizzjoni sinifikanti ta’ xiri jew bejgħ fi strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, iwasslu għal tibdil sinifikanti fil-prezz ta’ dak l-istrument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq il-kwoti tal-emissjonijiet;

(c)

jekk it-tranżazzjonijiet imwettqa jwasslux għall-ebda bidla fil-pussess benefiċjarju ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet;

(d)

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jew l-ordnijiet ikkanċellati jinkludu treġġigħ lura tal-pożizzjoni f’perjodu qasir u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, u jistgħu jkunu assoċjati ma’ tibdil sinifikanti fil-prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot relatat tal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet;

(e)

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jkunu kkonċentrati fi żmien qasir fis-sessjoni tan-negozjar u jwasslu għal tibdil fil-prezz li sussegwentement jitreġġa’ lura;

(f)

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jbiddlu r-rappreżentazzjoni tal-aqwa offerta jew joffru prezzijiet fi strument finanzjarju, kuntratt spot relatat mal-komoditajiet, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, jew b’mod iktar ġenerali r-rappreżentazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet disponibbli għall-parteċipanti tas-suq, u jitneħħew qabel ma jitwettqu; u

(g)

safejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa fiż-żmien jew madwar żmien speċifiku meta l-prezzijiet ta’ referenza, prezzijiet ta’ qbil u valutazzjonijiet jiġu kkalkulati u jwasslu għal bidliet fil-prezzijiet li jkollhom effett fuq dawn il-prezzijiet jew valutazzjonijiet.

B.   Indikaturi ta’ mġiba manipulattiva relatata mal-użu ta’ element fittizju jew kull forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-Regolament, u bla ħsara għall-forom ta’ mġiba msemmija filparagrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, l-indikaturi mhux eżawrjenti li ġejjin, li m’għandhomx neċessarjament jitqiesu fihom infushom li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni meta tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar jiġu eżaminati mill-parteċipanti tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti:

(a)

jekk l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni humiex preċeduti jew segwiti b’tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa mill-istess persuni jew persuni marbuta magħhom; u

(b)

jekk l-ordnijiet għan-negozjar humiex mogħtija jew it-tranżazzjonijiet humiex imwettqa minn persuni qabel jew wara li l-istess persuni jew persuni marbuta magħhom jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet ta’ investiment li jkunu żbaljati jew ippreġudikati jew viżibbilment influwenzati minn interess materjali.


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Dan ir-Regolament (MAR)

Direttiva 2003/6/KE

Artikolu 1

 

Artikolu 2

 

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 9, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2(1)(b)

 

Artikolu 2(1)(c)

 

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 9, it-tieni paragrafu

Artikolu 2(3)

Artikolu 9, l-ewwel paragrafu

Artikolu 2(4)

Artikolu 10(a)

Artikolu 3(1), punt (1)

Artikolu 1(3)

Artikolu 3(1), punt (2)

 

Artikolu 3(1), punt (3)

 

Artikolu 3(1), punt (4)

 

Artikolu 3(1), punt (5)

 

Artikolu 3(1), punt (6)

Artikolu 1(4)

Artikolu 3(1), punt (7)

 

Artikolu 3(1), punt (8)

 

Artikolu 3(1), punt (9)

Artikolu 1(5)

Artikolu 3(1), punt (10)

 

Artikolu 3(1), punt (11)

 

Artikolu 3(1), punt (12)

Artikolu 1(7)

Artikolu 3(1), punt (13)

Artikolu 1(6)

Artikolu 3(1), punti (14) sa (35)

 

Artikolu 4

 

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6(1)

Artikolu 7

Artikolu 6(2)

 

Artikolu 6(3)

 

Artikolu 6(4)

 

Artikolu 6(5)

 

Artikolu 6(6)

 

Artikolu 6(7)

 

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 1(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 7(1)(b)

Artikolu 1(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 7(1)(c)

 

Artikolu 7(1)(d)

Artikolu 1(1), it-tielet paragrafu

Artikolu 7(2)

 

Artikolu 7(3)

 

Artikolu 7(4)

 

Artikolu 7(5)

 

Artikolu 8(1)

Artikolu 2 (1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(2)

 

Artikolu 8(2)(a)

Artikolu 3(b)

Artikolu 8(2)(b)

 

Artikolu 8(3)

 

Artikolu 8(4)(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 8(4)(b)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 8(4)(c)

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 8(4)(d)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 4

Artikolu 8(5)

Artikolu 2(2)

Artikolu 9(1)

 

Artikolu 9(2)

 

Artikolu 9(3)(a)

Artikolu 2(3)

Artikolu 9(3)(b)

Artikolu 2(3)

Artikolu 9(4)

 

Artikolu 9(5)

 

Artikolu 9(6)

 

Artikolu 10(1)

Artikolu 3(a)

Artikolu 10(2)

 

Artikolu 11

 

Artikolu 12(1)

 

Artikolu 12(1)(a)

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 12(1)(b)

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 12(1)(c)

Artikolu 1(2)(c)

Artikolu 12(1)(d)

 

Artikolu 12(2)(a)

Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 12(2)(b)

Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 12(2)(c)

 

Artikolu 12(2)(d)

Artikolu 1(2), it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 12(2)(e)

 

Artikolu 12(3)

 

Artikolu 12(4)

 

Artikolu 12(5)

Artikolu 1(2), it-tielet paragrafu

Artikolu 13(1)

Artikolu 1(2)(a), it-tieni paragrafu

Artikolu 13(1)

 

Artikolu 13(2)

 

Artikolu 13(3)

 

Artikolu 13(4)

 

Artikolu 13(5)

 

Artikolu 13(6)

 

Artikolu 13(7)

 

Artikolu 13(8)

 

Artikolu 13(9)

 

Artikolu 13(10)

 

Artikolu 13(11)

 

Artikolu 14(a)

Artikolu 2(1), paragrafu 1

Artikolu 14(b)

Artikolu 3(b)

Artikolu 14(c)

Artikolu 3(a)

Artikolu 15

Artikolu 5

Artikolu 16(1)

Artikolu 6(6)

Artikolu 16(2)

Artikolu 6(9)

Artikolu 16(3)

 

Artikolu 16(4)

 

Artikolu 16(5)

Artikolu 6(10), is-seba’ inċiż

Artikolu 17(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 17(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9, it-tielet paragrafu

Artikolu 17(2)

 

Artikolu 17(3)

 

Artikolu 17(4)

Artikolu 6(2)

Artikolu 17(5)

 

Artikolu 17(6)

 

Artikolu 17(7)

 

Artikolu 17(8)

Artikolu 6(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 17(9)

 

Artikolu 17(10)

Artikolu 6(10), l-ewwel u t-tieni inċiżi

Artikolu 17(11)

 

Artikolu 18(1)

Artikolu 6(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 18(2)

 

Artikolu 18(3)

 

Artikolu 18(4)

 

Artikolu 18(5)

 

Artikolu 18(6)

 

Artikolu 18(7)

Artikolu 9, it-tielet paragrafu

Artikolu 18(8)

 

Artikolu 18(9)

Artikolu 6(10), ir-raba’ inċiż

Artikolu 19(1)

Artikolu 6(4)

Artikolu 19(1)(a)

Artikolu 6(4)

Artikolu 19(1)(b)

 

Artikolu 19(2)

 

Artikolu 19(3)

 

Artikolu 19(4)(a)

 

Artikolu 19(4)(b)

 

Artikolu 19(5) sa (13)

 

Artikolu 19(14)

Artikolu 6(10), il-ħames inċiż

Artikolu 19(15)

Artikolu 6(10), il-ħames inċiż

Artikolu 20(1)

Artikolu 6(5)

Artikolu 20(2)

Artikolu 6(8)

Artikolu 20(3)

Artikolu 6(10), is-sitt inċiż u Artikolu 6(11)

Artikolu 21

Artikolu 1(2)(c), it-tieni sentenza

Artikolu 22

Artikolu 11, l-ewwel paragrafu u Artikolu 10

Artikolu 23(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 23(1)(a)

Artikolu 12(1)(a)

Artikolu 23(1)(b)

Artikolu 12(1)(b)

Artikolu 23(1)(c)

Artikolu 12(1)(c)

Artikolu 23(1)(d)

Artikolu 12(1)(d)

Artikolu 23(2)(a)

Artikolu 12(2)(a)

Artikolu 23(2)(b)

Artikolu 12(2)(b)

Artikolu 23(2)(c)

 

Artikolu 23(2)(d)

Artikolu 12(2)(c)

Artikolu 23(2)(e)

 

Artikolu 23(2)(f)

 

Artikolu 23(2)(g)

Artikolu 12(2)(d)

Artikolu 23(2)(h)

Artikolu 12(2)(d)

Artikolu 23(2)(i)

Artikolu 12(2)(g)

Artikolu 23(2)(j)

Artikolu 12(2)(f)

Artikolu 23(2)(k)

Artikolu 12(2)(e)

Artikolu 23(2)(l)

Artikolu 12(2)(h)

Artikolu 23(2)(m)

Artikolu 6(7)

Artikolu 23(3)

 

Artikolu 23(4)

 

Artikolu 24(1)

Artikolu 15a(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 15a(2)

Artikolu 24(3)

 

Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 16(1)

Artikolu 25(2)

Artikolu 16(2) u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(2)(a)

Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(2)(b)

 

Artikolu 25(2)(c)

Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(2)(d)

Artikolu 16(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(3)

 

Artikolu 25(4)

Artikolu 16(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 25(5)

Artikolu 16(3)

Artikolu 25(6)

Artikolu 16(4)

Artikolu 25(7)

Artikolu 16(2), ir-raba’ subparagrafu u Artikolu 16(4), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 25(8)

 

Artikolu 25(9)

Artikolu 16(5)

Artikolu 26

 

Artikolu 27(1)

 

Artikolu 27(2)

 

Artikolu 27(3)

Artikolu 13

Artikolu 28

 

Artikolu 29

 

Artikolu 30(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(1)

Artikolu 30(1)(a)

 

Artikolu 30(1)(b)

Artikolu 14(3)

Artikolu 30(2)

 

Artikolu 30(3)

 

Artikolu 31

 

Artikolu 32

 

Artikolu 33(1)

Artikolu 14(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 33(2)

 

Artikolu 33(3)

Artikolu 14(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 33(4)

Artikolu 14(5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 33(5)

 

Artikolu 34(1)

Artikolu 14(4)

Artikolu 34(2)

 

Artikolu 34(3)

 

Artikolu 35

 

Artikolu 36(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 36(2)

 

Artikolu 37

Artikolu 20

Artikolu 38

 

Artikolu 39

Artikolu 21

Anness

 


Top