EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0583

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2014 tat- 28 ta’ Mejju 2014 li jemenda għall-214-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

ĠU L 160, 29.5.2014, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/583/oj

29.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 583/2014

tat-28 ta’ Mejju 2014

li jemenda għall-214-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-22 ta' Mejju 2014 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid entità waħda mal-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Fid-29 ta' April 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fl-14 ta' Mejju 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda żewġ entrati fil-lista li wassal għal dħul addizzjonali.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Barranija Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi”:

(a)

“Al-Nusrah Front for the People of the Levant (alias (a) the Victory Front; (b) Jabhat al-Nusrah; (c) Jabhet al-Nusra; (d) Al-Nusrah Front; (e) Al-Nusra Front; (f) Ansar al-Mujahideen Network); (g) Levantine Mujahideen on the Battlefields of Jihad). Informazzjoni oħra: (a) Jopera fis-Sirja; (b) Preċedentement elenkat bejn it-30 ta' Mejju 2013 u t-13 ta' Mejju 2014 bħala alias tal-Al-Qaida fl-Iraq. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 14.5.2014.”

(b)

“Jama'atu Ahlis Sunna Lidda'Awati Wal-Jihad (alias (a) Jama'atu Ahlus-Sunnah Lidda'Awati Wal Jihad (b) Jama'atu Ahlus-Sunna Lidda'Awati Wal Jihad (c) Boko Haram (d) Western Education is a Sin). Indirizz: In-Niġerja Informazzjoni oħra: (a) Affiljat tal-Al-Qaida u l-Organizzazzjoni tal-Al-Qaida fil-Maghreb Iżlamiku (AQIM), (b) Assoċjat ma' Jama'atu Ansarul Muslimina Fi Biladis-Sudan (Ansaru), (c) Il-kap huwa Abubakar Shekau. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.5.2014.”

(2)

L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:

“Wali Ur Rehman. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1970. Post tat-twelid: Il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Informazzjoni oħra: (a) Allegament imwieled fil-Ważiristan tan-Nofsinhar, il-Pakistan; (b) X'aktarx qed jgħix il-Pakistan; (c) Emir ta' Tehrik-i-Taliban għall-Aġenzija ta' Ważiristan tan-Nofsinhaar, Żoni Tribali Amministrati Federalment, il-Pakistan. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.10.2010.”

(3)

L-entrata “Agus Dwikarna. Data tat-twelid: il-11 ta' Awwissu 1964. Post tat-twelid: Makassar, is-Sulawesi tan-Nofsinhar, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: arrestat fit-13.3.2002, ikkundannat fit-12.7.2002 fil-Filippini.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Agus Dwikarna. Data tat-twelid: 11.8.1964. Post tat-twelid: Makassar, is-Sulawesi tan-Nofsinhar, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Nru tal-Passport: Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar Indoneżjan XD253038. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: tul 165 cm; (b) Ir-ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.”

(4)

L-entrata “Al-Qaida in Iraq (alias (a) AQI, (b) al-Tawhid, (c) the Monotheism and Jihad Group, (d) Qaida of the Jihad in the Land of the Two Rivers, (e) Al-Qaida of Jihad in the Land of the Two Rivers, (f) The Organization of Jihad's Base in the Country of the Two Rivers, (g) The Organization Base of Jihad/Country of the Two Rivers, (h) The Organization Base of Jihad/Mesopotamia, (i) Tanzim Qa'idat Al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, (j) Tanzeem Qa'idat al Jihad/Bilad al Raafidaini, (k) Jama'at Al-Tawhid Wa'al-Jihad, (l) JTJ, (m) Islamic State of Iraq, (n) ISI, (o) al-Zarqawi network, (p) Jabhat al Nusrah, (q) Jabhet al-Nusra, (r) Al-Nusrah Front, (s) The Victory Front, (t) Al-Nusrah Front for the People of the Levant, (u) Islamic State in Iraq and the Levant). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.10.2004.” taħt l-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet ġuridiċi” tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Al-Qaida in Iraq (alias (a) AQI, (b) al-Tawhid, (c) the Monotheism and Jihad Group, (d) Qaida of the Jihad in the Land of the Two Rivers, (e) Al-Qaida of Jihad in the Land of the Two Rivers, (f) The Organization of Jihad's Base in the Country of the Two Rivers, (g) The Organization Base of Jihad/Country of the Two Rivers, (h) The Organization Base of Jihad/Mesopotamia, (i) Tanzim Qa'idat Al-Jihad fi Bilad al-Rafidayn, (j) Tanzeem Qa'idat al Jihad/Bilad al Raafidaini, (k) Jama'at Al-Tawhid Wa'al-Jihad, (l) JTJ, (m) Islamic State of Iraq, (n) ISI, (o) al-Zarqawi network, (p) Jabhat al Nusrah, (q) Jabhet al-Nusra, (r) Al-Nusrah Front, (s) The Victory Front, (t) Islamic State in Iraq and the Levant). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 18.10.2004.”


Top