This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0538
Regulation (EU) No 538/2014 of the European Parliament and of the Council of 16 April 2014 amending Regulation (EU) No 691/2011 on European environmental economic accounts Text with EEA relevance
Regolament (UE) Nru 538/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 538/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 158, 27.5.2014, p. 113–124
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 158/113 |
REGOLAMENT (UE) Nru 538/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' April 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistipula li l-pass tal-iżviluppi attwali u l-inċertezzi madwar xejriet futuri probabbli jirrikjedi passi ulterjuri biex jiġi żgurat li l-politika fl-Unjoni tkompli tibbaża ruħha fuq fehim sod tal-istat tal-ambjent, tal-alternattivi possibbli ta' reazzjoni u l-konsegwenzi tagħhom. L-istrumenti għandhom jiġu żviluppati bil-għan li jiżguraw it-tħejjija ta' dejta u indikaturi assigurati mill-lat ta' kwalità u li jtejbu l-aċċessibbiltà tagħha. Huwa importanti li tali dejta ssir disponibbli b'mod komprensibbli u aċċessibbli. |
(2) |
Taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) il-Kummissjoni hija mistiedna biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament u, jekk xieraq, biex tipproponi l-introduzzjoni ta' moduli ġodda ta' kontijiet ekonomiċi ambjentali, bħall-Infiq u d-Dħul għall-Protezzjoni Ambjentali (EPER)/il-Kontijiet tal-Protezzjoni u l-Infiq Ambjentali (EPEA), is-Settur tal-Prodotti u s-Servizzi Ambjentali (EGSS) u l-Kontijiet tal-Enerġija. |
(3) |
Il-moduli l-ġodda jikkontribwixxu direttament għall-prijoritajiet politiki tal-Unjoni ta' tkabbir ekoloġiku u effiċjenza tar-riżorsi billi jipprovdu informazzjoni importanti dwar l-indikaturi bħall-produzzjoni tas-suq u l-impjiegi fl-EGSS, l-infiq nazzjonali għall-protezzjoni ambjentali u l-użu tal-enerġija f'analiżi ta' NACE. |
(4) |
Il-Kummissjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti adottat il-Qafas Ċentrali tas-Sistema ta' Kontijiet Ekonomiċi Ambjentali (SEEA) bħala standard internazzjonali tal-istatistika fit-43 sessjoni tagħha fi Frar 2012. Il-moduli l-ġodda li qed jiġu introdotti b'dan ir-Regolament huma konformi għal kollox mas-SEEA. |
(5) |
Il-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea ġie kkonsultat. |
(6) |
Sabiex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku u xjentifiku u jkunu supplimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-kontijiet tal-enerġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-lista ta' prodotti tal-Enerġija msemmija fit-Taqsima 3 tal-Anness VI kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(7) |
Sabiex tiġi ffaċilitata applikazzjoni uniformi tal-Anness V kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni. |
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 8(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Għall-finijiet li tinkiseb deroga skont il-paragrafu 1 għall-Annessi I, II u III, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni sat-12 ta' Novembru 2011. Għall-finijiet li tinkiseb deroga skont il-paragrafu 1 għall-Annessi IV, VI u VI, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni sas-17 ta' Settembru 2014.”. |
(4) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Annessi IV, V u VI, kif imniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament, jiżdiedu mar-Regolament (UE) Nru 691/2011. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014.
(2) Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
(3) Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1).
(4) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
“ANNESS IV
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-PROTEZZJONI TAL-INFIQ AMBJENTALI
Taqsima 1
GĦANIJIET
Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali jippreżentaw dejta, b'mod li hija kompatibbli mad-dejta rrappurtata skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA), dwar l-infiq għall-protezzjoni ambjentali, jiġifieri r-riżorsi ekonomiċi ddedikati minn unitajiet residenti għall-protezzjoni ambjentali. Tali kontijiet jippermettu l-kumpilazzjoni tal-infiq nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent li huwa ddefinit bħala s-somma tal-użi tas-servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent minn unitajiet residenti u l-formazzjoni grossa tal-kapital fiss (GFCF) għall-attivitajiet tal-protezzjoni tal-ambjent u tat-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent li mhumiex kontroparti tal-punti ta' qabel, li minnhom jitnaqqsu l-finanzjamenti mogħtija mill-bqija tad-dinja.
Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali għandhom jużaw l-informazzjoni eżistenti minn kontijiet nazzjonali (produzzjoni u ġenerazzjoni tal-kontijiet tal-introjtu; GFCF skont NACE, tabelli tal-provvista u l-użu; dejta ibbażata fuq il-klassifikazzjoni tal-funzjonijiet tal-gvern), statistika strutturali tan-negozju, reġistru tan-negozju u sorsi oħra.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u evalwata għall-finijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u juru l-infiq għall-protezzjoni ambjentali għall-attivitajiet prinċipali, sekondarji u anċillari. Huma koperti s-setturi li ġejjin:
— |
amministrazzjoni pubblika (inklużi l-istituzzjonijiet li ma jagħmlux profitt u li jagħtu servizz lill-familji) u l-korporazzjonijiet bħas-setturi istituzzjonali li jipproduċu servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-produtturi speċjalizzati jipproduċu servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent bħala l-attività prinċipali tagħhom, |
— |
l-unità domestika, l-amministrazzjoni pubblika u l-korporazzjonijiet bħala konsumaturi tas-servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent, |
— |
il-bqija tad-dinja bħala benefiċjarja jew l-oriġini tat-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent. |
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu kontijiet tal-protezzjoni u l-infiq ambjentali skont il-karatteristiċi li ġejjin li huma ddefiniti f'konformità mal-ESA:
— |
il-produzzjoni ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent. Issir distinzjoni bejn il-produzzjoni tas-suq, il-produzzjoni mhux tas-suq u l-produzzjoni ta' attivitajiet anċillari, |
— |
il-konsum intermedju tas-servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent minn produtturi speċjalizzati, |
— |
l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent, |
— |
it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u t-taxxi l-oħra minbarra s-sussidji fuq il-prodotti ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent, |
— |
il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss u l-akwiżizzjonijiet minbarra d-disponimenti ta' assi mhux finanzjarji u mhux manifatturati għall-produzzjoni ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent, |
— |
il-konsum finali ta' servizzi għall-protezzjoni tal-ambjent, |
— |
it-trasferimenti għall-protezzjoni tal-ambjent (riċevuti/mħallsa). |
Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f'miljuni fil-munita nazzjonali.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI TAT-TRAŻMISSJONI
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata u trażmessi fuq bażi annwali. |
2. |
L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza. |
3. |
Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-28 għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2. |
4. |
L-ewwel sena ta' referenza hija l-2015. |
5. |
Fl-ewwel trażmissjoni ta' dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2014 sal-ewwel sena ta' referenza. |
6. |
F'kull trażmissjoni sussegwenti ta' dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n–2, n–1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe dejta disponibbli għas-sninli jiġu qabel l-2014. |
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPURTAR
1. |
Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tiġi rrappurtata skont din l-analisi:
|
2. |
Il-klassijiet tas-CEPA msemmija fil-punt 1 huma kif ġej:
|
Taqsima 6
TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perjodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.
ANNESS V
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAS-SETTUR TAL-PRODOTTI U S-SERVIZZI AMBJENTALI
Taqsima 1
GĦANIJIET
L-istatistika dwar il-prodotti u s-servizzi ambjentali jirreġistraw u jippreżentaw dejta dwar l-attivitajiet ta' produzzjoni tal-ekonomiji nazzjonali li jiġġeneraw prodotti ambjentali b'mod li tkun kompatibbli mad-dejta rrappurtata skont l-ESA.
Il-kontijiet tas-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali għandhom jagħmlu użu ta' informazzjoni li diġà teżisti mill-kontijiet nazzjonali, statistika strutturali tan-negozju, reġistru tan-negozju u sorsi oħra.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u evalwata għall-kontijiet tal-prodotti u s-servizzi ambjentali mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Is-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali għandu l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u jikkonsisti fil-prodotti u s-servizzi ambjentali kollha li jinħolqu fil-konfini ta' produzzjoni. L-ESA tiddefinixxi l-produzzjoni bħala l-attività li titwettaq taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta' unità istituzzjonali li tuża riżorsi bħal ħidma, kapital u prodotti u servizzi, biex tipproduċi prodotti u servizzi.
Il-prodotti u s-servizzi ambjentali jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: servizzi ambjentali speċifiċi, prodotti bl-iskop unikament ambjentali (prodotti konness), prodotti adattati u teknoloġiji ambjentali.
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-Istati Membri għandhom jipproduċu l-istatistika dwar is-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali skont il-karatteristiċi li ġejjin:
— |
il-produzzjoni tas-suq, li minnha:
|
— |
il-valur miżjud tal-attivitajiet tas-suq |
— |
l-impjiegi tal-attivitajiet tas-suq. |
Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f'miljuni fil-munita nazzjonali, ħlief il-karatteristika tal-“impjiegi” li għaliha l-unità ta' rappurtar għandha tkun ekwivalenti għal “full-time”.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI TAT-TRAŻMISSJONI
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata u trażmessa fuq bażi annwali. |
2. |
L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 24 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza. |
3. |
Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-28 għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2. |
4. |
L-ewwel sena ta' referenza hija l-2015. |
5. |
Fl-ewwel trażmissjoni ta' dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2014 sal-ewwel sena ta' referenza. |
6. |
F'kull trażmissjoni sussegwenti ta' dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n–2, n–1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe dejta disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2014. |
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPURTAR
1. |
Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, id-dejta għandha tiġi rrappurtata bil-klassifikazzjoni inkroċjata:
|
2. |
Il-klassijiet ta' CEPA msemmija fil-punt 1 huma stipulati fl-Anness IV. Il-klassijiet tal-CreMA msemmija fil-punt 1 huma kif ġej: CReMA 10 — Ġestjoni tal-ilma CReMA 11 — Ġestjoni tar-riżorsi tal-foresti CreMA 12 — Ġestjoni tal-flora u fawna selvaġġi CReMA 13 — Ġestjoni tar-riżorsi tal-enerġija — CReMA 13A — Produzzjoni ta' enerġija minn riżorsi rinnovabbli — CReMA 13B — Iffrankar u ġestjoni tas-sħana/enerġija — CreMA 13C — Minimizzazzjoni tal-użu tal-enerġija fossili bħala materja prima CReMA 14 — Ġestjoni tal-minerali CreMA 15 — Attivitajiet ta' riċerka u żvilupp għall-ġestjoni tar-riżorsi CreMA 16 — Attivitajiet oħra ta' ġestjoni tar-riżorsi |
Taqsima 6
TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perjodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza tal-ewwel trażmissjoni.
ANNESS VI
MODULU GĦALL-KONTIJIET TAL-FLUSSI FIŻIĊI TA' ENERĠIJA
Taqsima 1
GĦANIJIET
Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jippreżentaw dejta dwar il-flussi fiżiċi tal-enerġija espressa f'terajoules b'mod li tkun kompletament kompatibbli mal-ESA. Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw dejta dwar l-enerġija relatata mal-attivitajiet ekonomiċi tal-unitajiet residenti tal-ekonomiji nazzjonali f'analiżi skont l-attività ekonomika. Dawn jippreżentaw l-oriġini u d-destinazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija naturali, tal-prodotti ta' enerġija u tar-residwi ta' enerġija. L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu l-produzzjoni, il-konsum u l-akkumulazzjoni.
Dan l-Anness jiddefinixxi d-dejta li għandha tiġi miġbura, ikkumpilata, trażmessa u vvalutata għall-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija mill-Istati Membri.
Taqsima 2
KOPERTURA
Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija għandhom l-istess konfini tas-sistema bħall-ESA u huma bbażati wkoll fuq l-istess prinċipju ta' residenza.
F'konformità mal-ESA, unità hija ddefinita bħala unità residenti ta' pajjiż meta jkollha ċentru ta' interess ekonomiku fit-territorju ekonomiku ta' dak il-pajjiż, jiġifieri, meta għal perjodu estiż (sena jew aktar) din tinvolvi ruħha f'attivitajiet ekonomiċi f'dak it-territorju.
Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw flussi fiżiċi ta' enerġija li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-unitajiet residenti kollha, mingħajr ma jitqies minn fejn dawn il-flussi jkunu ġejjin ġeografikament.
Il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija jirreġistraw il-flussi fiżiċi ta' enerġija mill-ambjent għall-ekonomija, fl-ekonomija, u mill-ekonomija lura għall-ambjent.
Taqsima 3
LISTA TA' KARATTERISTIĊI
L-IstatiMembri għandhom jipproduċu il-kontijiet tal-flussi fiżiċi ta' enerġija skont il-karatteristiċi li ġejjin:
— |
il-flussi fiżiċi ta' enerġija miġbura fi tliet kategoriji ġeneriċi:
|
— |
l-oriġini tal-flussi fiżiċi ta' enerġija miġbura f'ħames kategoriji: il-produzzjoni, il-konsum, l-akkumulazzjoni, il-bqija tad-dinja u l-ambjent, |
— |
id-destinazzjoni tal-flussi fiżiċi, miġbura fl-istess ħames kategoriji bħall-oriġini tal-flussi fiżiċi ta' enerġija. |
Id-dejta kollha għandha tiġi rrappurtata f'terajoules.
Taqsima 4
L-EWWEL SENA TA' REFERENZA, FREKWENZA U SKADENZI TAT-TRAŻMISSJONI
1. |
L-istatistika għandha tiġi kkumpilata u trażmessa fuq bażi annwali. |
2. |
L-istatistika għandha tiġi trażmessa fi żmien 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta' referenza. |
3. |
Sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-utent għal settijiet ta' dejta kompleti u fil-ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproduċi stimi għat-totali tal-UE-28 għall-aggregati prinċipali ta' dan il-modulu, hekk kif tkun disponibbli dejta suffiċjenti skont il-pajjiżi. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, kull fejn possibbli, tipproduċi u tippubblika stimi għad-dejta li ma ġietx trażmessa mill-Istati Membri fl-iskadenzi speċifikati fil-punt 2. |
4. |
L-ewwel sena ta' referenza hija l-2015. |
5. |
Fl-ewwel trażmissjoni ta' dejta, l-Istati Membri għandhom jinkludu d-dejta annwali mill-2014 sal-ewwel sena ta' referenza. |
6. |
F'kull trażmissjoni sussegwenti ta' dejta lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta annwali għas-snin n–2, n–1 u n, fejn n hija s-sena ta' referenza. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kwalunkwe dejta disponibbli għas-snin li jiġu qabel l-2014. |
Taqsima 5
TABELLI TA' RAPPURTAR
1. |
Għall-karatteristiċi msemmija fit-Taqsima 3, għandha tiġi rrappurtata d-dejta li ġejja f'unitajiet fiżiċi:
|
2. |
It-tabelli tar-riżorsi u tal-użi tal-flussi ta' enerġija (inklużi l-flussi rilevanti għall-emissjonijiet) jitqassmu b'mod komuni f'termini ta' ringieli u kolonni. |
3. |
Il-kolonni jindikaw l-oriġini (provvista) jew id-destinazzjoni (użu) tal-flussi fiżiċi. Il-kolonni huma miġbura f'ħames kategoriji:
|
4. |
Ir-ringieli jiddeskrivu t-tip ta' flussi fiżiċi kklassifikati fl-ewwel inċiż tat-Taqsima 3. |
5. |
Il-klassifikazzjoni tar-riżorsi ta' enerġija naturali, tal-prodotti ta' enerġija u tar-residwi ta' enerġija hija kif ġej:
|
6. |
Il-’korrelazzjoni’ bejn l-indikatur prinċipali skont il-prinċipju ta' residenza u l-indikatur ibbażat fuq it-territorju hija ppreżentata għall-ekonomija nazzjonali kollha (l-ebda suddiviżjoni għal kull industrija) u tinkiseb kif ġej: użu totali ta' enerġija b'unitajiet residenti
|
Taqsima 6
TUL TA' ŻMIEN MASSIMU TAL-PERJODI TRANŻITORJI
Għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' żmien massimu tal-perijodu tranżitorju huwa ta' sentejn mill-iskadenza għall-ewwel trażmissjoni.”
(1) Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13).