This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0519
Commission Regulation (EU) No 519/2014 of 16 May 2014 amending Regulation (EC) No 401/2006 as regards methods of sampling of large lots, spices and food supplements, performance criteria for T-2, HT-2 toxin and citrinin and screening methods of analysis Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 401/2006 fir-rigward ta' metodi tat-teħid ta' kampjuni ta' lottijiet kbar, ħwawar u supplimenti tal-ikel, il-kriterji ta' rendiment għat-tossini T-2 u HT-2 u ċ-ċitrinina u metodi ta' skrinjar ta' analiżi Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2014 tas- 16 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 401/2006 fir-rigward ta' metodi tat-teħid ta' kampjuni ta' lottijiet kbar, ħwawar u supplimenti tal-ikel, il-kriterji ta' rendiment għat-tossini T-2 u HT-2 u ċ-ċitrinina u metodi ta' skrinjar ta' analiżi Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 147, 17.5.2014, pp. 29–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2024; Impliċitament imħassar minn 32023R2782
|
17.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2014
tas-16 ta' Mejju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 401/2006 fir-rigward ta' metodi tat-teħid ta' kampjuni ta' lottijiet kbar, ħwawar u supplimenti tal-ikel, il-kriterji ta' rendiment għat-tossini T-2 u HT-2 u ċ-ċitrinina u metodi ta' skrinjar ta' analiżi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistipula l-livelli massimi għal ċerti mikotossini f'ċerti oġġetti tal-ikel. |
|
(2) |
It-teħid ta' kampjuni għandu rwol kruċjali fil-preċiżjoni tad-determinazzjoni tal-livelli ta' mikotossini, li huma mxerrda b'mod eteroġenu f'lott wieħed. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-kriterji li l-metodi tat-teħid ta' kampjuni għandhom jissodisfaw. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 (3) jistabbilixxi l-kriterji tat-teħid ta' kampjuni għall-kontroll tal-livelli ta' mikotossini. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġu emendati r-regoli dwar it-teħid ta' kampjuni ta' ħwawar sabiex jitqiesu d-differenzi fid-daqs tal-partiċella li jwasslu għal distribuzzjoni eteroġenja ta' kontaminazzjoni mill-mikotossini fil-ħwawar. Barra minn hekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli għat-teħid ta' kampjuni ta' lottijiet kbar sabiex jiġi żgurat approċċ ta' infurzar uniformi madwar l-Unjoni. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat liema metodu ta' teħid ta' kampjuni għandu jiġi applikat għat-teħid ta' kampjun tal-meraq tat-tuffieħ. |
|
(5) |
Il-kriterji ta' rendiment għat-tossini T-2 u HT-2 għandhom jiġu aġġornati sabiex iqisu l-progress xjentifiku u teknoloġiku. Il-kriterji ta' rendiment għaċ-ċitrinina jeħtieġ li jiġu stabbiliti minħabba l-livell massimu stabbilit għaċ-ċitrinina fis-supplimenti tal-ikel ibbażati fuq ir-ross iffermentat bil-ħmira ħamra Monascus purpureus. |
|
(6) |
Il-metodoloġiji ta' analiżi qed jintużaw dejjem aktar, għall-analiżi ta' mikotossini. Jixraq li jiġu stabbiliti l-kriterji li magħhom għandhom jikkonformaw il-metodi ta' analiżi għall-użu għal skopijiet regolatorji. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 401/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness II, il-punti 4.2 “Rekwiżiti ġenerali” u 4.3 “Ir-rekwiżiti speċifiċi” u 4.4 L-istima tal-inċertezza tal-qjies, tal-kalkolu tal-irkupru u tar-rappurtaġġ tar-riżultati" huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).
(*1) Jiddependi mill-piż tal-lott — ara t-Tabella 2”
ANNESS I
“L. METODU TA' TEĦID TA' KAMPJUNI GĦAL LOTTIJIET KBAR ĦAFNA JEW LOTTIJIET MAĦŻUNA JEW TRASPORTATI B'MOD LI MA JKUNX FATTIBBLI LI JSIR TEĦID TA' KAMPJUNI TAL-LOTT KOLLU
L.1. Prinċipji ġenerali
Jekk il-mod ta' trasport jew ta' ħażna ta' lott ma jippermettix li jittieħdu kampjuni inkrementali mil-lott kollu, it-teħid ta' kampjuni ta' tali lottijiet preferibbilment għandu jsir meta l-lott ikun fi fluss (teħid dinamiku ta' kampjuni).
Fil-każ ta' mħażen kbar maħsuba biex jinħażen l-ikel fihom, l-operaturi għandhom jiġu mħeġġa li f'dawn l-imħażen jinstallaw tagħmir li jippermetti t-teħid (awtomatiku) ta' kampjuni mil-lott kollu maħżun.
Meta l-proċeduri kif stipulati f'din il-parti L jiġu applikati, l-operatur tan-negozju tal-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi infurmat dwar il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni. Jekk din il-proċedura ta' teħid ta' kampjuni tiġi kkontestata mill-operatur tan-negozju tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, l-operatur tan-negozju tal-ikel jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jippermettu lill-awtorità kompetenti tieħu kampjuni mil-lott kollu bi spejjeż tagħhom.
Teħid ta' kampjuni ta' parti mil-lott huwa permess, bil-kundizzjoni li l-kwantità tal-parti fil-kampjun tkun mill-inqas 10 % tal-lott li minnu se jittieħdu l-kampjuni. Jekk parti ta' lott ta' ikel tal-istess klassi jew deskrizzjoni tkun ittieħdet bħala kampjun u identifikata bħala li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Unjoni, għandu jiġi preżunt li l-lott kollu huwa milqut ukoll, sakemm valutazzjoni aktar dettaljata ma turi l-ebda evidenza li l-bqija tal-lott mhuwiex sodisfaċenti.
Id-dispożizzjonijiet rilevanti, bħall-piż tal-kampjun inkrementali, previsti f'partijiet oħra ta' dan l-Anness huma applikabbli għat-teħid ta' kampjuni ta' lottijiet kbar ħafna jew lottijiet maħżuna jew trasportati b'mod li bih it-teħid ta' kampjuni mil-lott kollu mhuwiex fattibbli.
L.2. L-għadd ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu fil-każ ta' lottijiet kbar ħafna
Fil-każ ta' porzjonijiet kampjun kbar (porzjonijiet kampjun > 500 tunnellata), l-għadd ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu = 100 kampjun inkrementali + √tunnellata. Madankollu f'każ li l-lott ikun inqas minn 1500 tunnellata u jista' jiġi suddiviż f'sublottijiet skont it-Tabella 1 tal-Parti B u bil-kundizzjoni li s-sublottijiet jistgħu fiżikament jinfirdu, għandu jittieħed in-numru ta' kampjuni inkrementali kif previst fil-Parti B.
L.3. Lottijiet kbar ittrasportati bil-baħar
L.3.1. Teħid dinamiku ta' kampjuni ta' lottijiet kbar ittrasportati bil-baħar
It-teħid ta' kampjuni ta' lottijiet kbar fuq il-bastimenti preferibbilment isir waqt li l-prodott ikun fi fluss (teħid dinamiku ta' kampjuni).
It-teħid ta' kampjuni għandu jsir għal kull stiva (entità li tkun tista' tiġi separata fiżikament). Madankollu l-istivi jiġu mbattla parzjalment, waħda wara l-oħra, biex is-separazzjoni fiżika inizjali ma tibqax hemm wara t-trasferiment tal-lottijiet f'faċilitajiet tal-ħżin. It-teħid ta' kampjuni għalhekk jista' jsir skont is-separazzjoni fiżika inizjali jew abbażi tas-separazzjoni wara t-trasferiment fil-faċilitajiet tal-ħżin.
Il-ħatt ta' vapur jista' jdum diversi jiem. Normalment, it-teħid ta' kampjuni jsir f'intervalli regolari tul il-perjodu kollu li fih ikun għaddej il-ħatt. Madankollu mhux dejjem ikun fattibbli jew f'loku li jkun hemm spettur uffiċjali preżenti waqt it-teħid ta' kampjuni tul l-operazzjoni kollha tal-ħatt. Għalhekk jistgħu jittieħdu kampjuni minn parti tal-lott (porzjon li jittieħed kampjun minnu). L-għadd ta' kampjuni inkrementali jiġi stabbilit billi jitqies id-daqs tal-porzjon kampjunat.
Anke jekk il-kampjun uffiċjali jittieħed b'mod awtomatiku, il-preżenza ta' spettur hija neċessarja. Madankollu, meta t-teħid ta' kampjuni awtomatiku jsir skont parametri ddeterminati minn qabel u li ma jkunux jistgħu jinbidlu waqt it-teħid ta' kampjuni, u l-kampjuni inkrementali jinġabru f'reċipjent issiġillat b'mod li jelimina kull possibbiltà ta' frodi, il-preżenza ta' spettur allura tkun meħtieġa biss fil-bidu tat-teħid ta' kampjuni, kull darba li r-reċipjent tal-kampjuni jkun irid jinbidel u fi tmiem it-teħid ta' kampjuni.
L.3.2. It-teħid ta' kampjuni tal-lottijiet ittrasportati bil-baħar permezz ta' teħid ta' kampjuni statiku
Jekk it-teħid ta' kampjuni jsir b'mod statiku, tkun trid tiġi applikata l-istess proċedura kif prevista fil-faċilitajiet ta' ħżin (silos) aċċessibbli minn fuq (ara l-punt L.5.1).
It-teħid ta' kampjuni jsir fuq il-parti aċċessibbli (minn fuq) tal-lott/stiva. L-għadd ta' kampjuni inkrementali jiġi stabbilit billi jitqies id-daqs tal-porzjon li jittieħed kampjun minnu.
L.4. It-teħid ta' kampjuni ta' lottijiet kbar maħżuna fi mħażen
It-teħid ta' kampjuni jrid isir fuq il-parti aċċessibbli tal-lott. L-għadd ta' kampjuni inkrementali jiġi stabbilit billi jitqies id-daqs tal-porzjon kampjunat.
L.5. It-teħid ta' kampjuni ta' faċilitajiet ta' ħażna (silos)
L.5.1. It-teħid ta' kampjuni minn silos (faċilment) aċċessibbli minn fuq
It-teħid ta' kampjuni jrid isir fuq il-parti aċċessibbli tal-lott. L-għadd ta' kampjuni inkrementali jiġi stabbilit billi jitqies id-daqs tal-porzjon kampjunat.
L.5.2. It-teħid ta' kampjuni minn silos mhux aċċessibbli minn fuq (silos magħluqa)
L.5.2.1.
Ikel maħżun f'silos bħal dawn ma jistax jitteħidlu kampjun b'mod statiku. Għalhekk, jekk l-ikel maħżun fis-silo jrid jittieħed kampjun minnu u ma hemm l-ebda possibbiltà li l-kunsinna tiċċaqlaq, irid isir ftehim mal-operatur li hu jrid jinforma l-ispettur dwar meta jkun se jinħatt is-silo, parzjalment jew kompletament, biex b'hekk it-teħid ta' kampjuni jsir meta l-għalf ikun fi fluss.
L.5.2.2.
Kuntrarju għad-disposizzjonijiet fil-parti punt L.1 (parti li jittieħed kampjun minnha tal-anqas 10 %), il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni tinvolvi r-rilaxx f'reċipjent ta' kwantità ta' 50 sa 100 kg u jittieħed il-kampjun minnha. Id-daqs tal-kampjun aggregat jikkorrispondi mal-lott kollu u l-għadd ta' kampjuni inkrementali relatati mal-kwantità tal-ikel rilaxxata mis-silo għal ġo reċipjent biex jittieħed kampjun minnu.
L.6. It-teħid ta' kampjuni tal-ikel f'kontenituri kbar u magħluqa
Spiss, dawn il-lottijiet ikun jista' jittieħed kampjun minnhom biss wara li jinħattu. F'ċerti każi ma jkunx possibbli li jinħattu fil-post li jaslu fih mal-importazzjoni jew fejn jiġu kkontrollati, u għalhekk it-teħid ta' kampjuni għandu jsir meta dawn il-kontenituri jinħattu. L-operatur għandu jgħarraf lill-ispettur dwar il-post u l-ħin tal-ħatt tal-kontenituri.
M. IL-METODU TAT-TEĦID TA' KAMPJUNI TA' SUPPLIMENTI TAL-IKEL IBBAŻAT FUQ ROSS IFFERMENTAT BI ĦMIRA ĦAMRA MONASCUS PURPUREUS
Dan il-metodu ta' teħid ta' kampjuni huwa applikabbli għall-kontroll uffiċjali tal-livell massimu stabbilit għaċ-ċitrinina fis-supplimenti tal-ikel ibbażat fuq ir-ross iffermentat bil-ħmira ħamra Monascus purpureus.
Il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni u d-daqs tal-kampjun
Il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni hija bbażata fuq il-preżunzjoni li supplimenti tal-ikel abbażi ta' ross iffermentat bi ħmira ħamra Monascus purpureus jiġu kkummerċjalizzati f'pakketti tal-imnut li normalment jinkludu minn 30 sa 120 kapsula f'kull pakkett bl-imnut.
|
Id-daqs tal-lott (Numru ta' pakketti bl-imnut) |
L-għadd ta' imballaġġi bl-imnut li għandhom jittieħdu għall-kampjun |
Id-daqs tal-kampjun |
|
1-50 |
1 |
Il-kapsuli kollha |
|
51-250 |
2 |
Il-kapsuli kollha |
|
251-1 000 |
4 |
Minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut meħud għall-kampjun, nofs il-kapsuli |
|
> 1 000 |
4 + 1 pakketti għall-bejgħ bl-imnut għal kull 1000 pakkett għall-bejgħ bl-imnut b'massimu ta' 25 pakkett għall-bejgħ bl-imnut |
≤ 10 pakketti għall-bejgħ bl-imnut: minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut, nofs il-kapsuli > 10 pakketti għall-bejgħ bl-imnut: minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut, jittieħed għadd ugwali ta' kapsuli li jirriżulta f'kampjun b'kontenut daqs dak ta' 5 pakketti għall-bejgħ bl-imnut” |
ANNESS II
“4.2. Ir-rekwiżiti ġenerali
Il-metodi ta' analiżi li ntużaw għal raġunijiet ta' kontroll tal-ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-partiti 1 u 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
4.3. Ir-rekwiżiti speċifiċi
4.3.1. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal metodi konfermatorji
4.3.1.1.
Huwa rakkomandat li l-metodi ta' konferma vvalidati bis-sħiħ (jiġifieri l-metodi vvalidati mill-proċess ta' kollaborazzjoni għal matriċi rilevanti) jintużaw fejn xieraq u fejn disponibbli. Metodi ta' konferma xierqa oħra vvalidati (eż. metodi validati internament dwar matriċijiet rilevanti li jappartjenu għall-grupp ta' interess tal-komodità) jistgħu jintużaw ukoll dejjem jekk jissodisfaw il-kriterji ta' rendiment stipulati fit-tabelli li ġejjin.
Fejn huwa possibli, il-validazzjoni tal-metodi vvalidati internament għandha tinkludi materjal ta' referenza ċċertifikat.
|
(a) |
Il-kriterji ta' rendiment għall-aflatossini
Nota:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Il-kriterji ta' rendiment għall-okratossina A
|
|||||||||||||||
|
(c) |
Il-kriterji ta' rendiment għall-patulin
|
|||||||||||||||||||
|
(d) |
Il-kriterji ta' rendiment għad- deossinivalenol
|
|||||||||||||||
|
(e) |
Il-kriterji ta' rendiment għaz-zearalenone
|
|||||||||||||||
|
(f) |
Il-kriterji ta' rendiment għall-Fumonisin B1 u B2 individwalment
|
|||||||||||||||
|
(g) |
Il-kriterji ta' rendiment għat-tossini T-2 u HT-2 individwalment
|
|||||||||||||||
|
(h) |
Il-kriterji ta' rendiment għaċ-ċitrinina
|
||||||||||||||
|
(i) |
In-noti għall-kriterji ta' rendiment għall-mikotossini
|
4.3.1.2.
Jista' jintuża l-approċċ ‘adegwatezza għall-fini’ (***) bħala alternattiva biex tiġi vvalutata l-konvenjenza tal-metodi vvalidati internament għall-kontroll uffiċjali. Metodi xierqa għall-kontroll uffiċjali jridu jrendu riżultati b'inċertezza ta' kejl standard magħquda (u) inqas mill-inċertezza ta' kejl standard massimu kkalkulata bil-formula ta' hawn taħt:
fejn:
|
— |
Uf hija l-inċertezza ta' kejl standard massima (μg/kg). |
|
— |
LOD hija l-limitu ta' skoperta tal-metodu (μg/kg) |
|
— |
α hija fattur numeriku kostanti li għandu jintuża skont il-valur ta' C. Il-valuri li għandhom jintużaw huma stabbiliti fit-Tabella aktar 'l isfel. |
|
— |
C hija l-konċentrazzjoni ta' interess (μg/kg) |
Jekk il-metodu analitiku jiprovdi riżultati b'qisien ta' inċertezza inqas mill-inċertezza standard massima, il-metodu għandu jitqies li huwa xieraq b'mod ugwali għal wieħed li jissodisfa l-kriterji ta' rendiment li jingħataw fil-punt 4.3.1.1.
Tabella
Il-valuri numeriċi li għandhom jintużaw għal α bħala kwantità kostanti fil-formula stipulata f'dan il-punt, skont il-konċentrazzjoni tal-interess
|
C (μg/kg) |
α |
|
≤ 50 |
0,2 |
|
51-500 |
0,18 |
|
501 - 1 000 |
0,15 |
|
1001 - 10 000 |
0,12 |
|
> 10 000 |
0,1 |
|
(***) |
Ref: M. Thompson u R. Wood, Accred. Qual. Assur., 2006, 10, p. 471-478. |
4.3.2. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal metodi ta' skrinjar semikwantitattivi
4.3.2.1.
L-ambitu japplika għal metodi bijoanalitiċi bbażati fuq l-immunorikonoxximent jew l-irbit tar-reċetturi (bħal ELISA, dip-sticks, mekkaniżmi ta' fluss laterali, immunosensers) u metodi fiżikokimiċi bbażati fuq kromatografija jew detezzjoni diretta bl-ispektrometrija bil-massa (pereżempju ambient MS). Metodi oħrajn (eż. kromatografija ta' saff irqiq) mhumiex esklużi sakemm is-sinjali ġġenerati jirreferu direttament għal mikotossini ta' interess u jippermettu li l-prinċipju deskritt hawn taħt ikun applikabbli.
Ir-rekwiżiti speċifiċi japplikaw għal metodi speċifiċi li r-riżultat tal-kejl tagħhom huwa valur numeriku, pereżempju reazzjoni (relattiva) minn qarrej tad-dip-stick, sinjal minn LC-MS, eċċ., u li l-istatistika normali tapplika.
Ir-rekwiżiti ma japplikawx għal metodi li ma jagħtux valuri numeriċi (eż. linja li tkun hemm jew le biss), li jeħtieġu approċċi ta' validazzjoni differenti. Ir-rekwiżiti speċifiċi għal dawn il-metodi huma pprovduti fil-punt 4.3.3.
Dan id-dokument jiddeskrivi l-proċeduri għall-validazzjoni tal-metodi ta' skrinjar permezz ta' validazzjoni interlaboratorja, il-verifika tar-rendiment ta' metodu vvalidat permezz ta' eżerċizzju interlaboratorju u l-validazzjoni minn laboratorju wieħed ta' metodu ta' skrinjar.
4.3.2.2.
Konċentrazzjoni tal-mira tal-iskrinjar (STC): il-konċentrazzjoni tal-interess għad-detezzjoni tal-mikotossina f'kampjun. Meta l-għan ikun li tiġi ttestjata l-konformità ma' limiti regolatorji, l-STC tkun ugwali għal-livell massimu applikabbli. Għal għanijiet oħra jew fil-każ li l-ebda livell massimu ma jkun ġie stabbilit, l-STC tiġi definita minn qabel mil-laboratorju.
Metodu ta' skrinjar: tfisser metodu użat għal għażla minn dawk il-kampjuni b'livelli ta' mikotossini li jaqbżu l-konċentrazzjoni tal-iskrinjar tal-mira (STC), b'ċertezza partikolari. Għall-iskop ta' skrinjar tal-mikotossini, ċertezza ta' 95 % hi meqjusa tajba għall-iskop. Ir-riżultat tal-analiżi tal-iskrinjar huwa ‘negattiv’ jew ‘suspett’. Il-metodi ta' skrinjar għandhom jippermettu volum kbir ta' kampjuni kosteffikaċi, u b'hekk iżidu l-possibbiltà li jiġu skoperti każijiet ġodda ta' espożizzjoni għolja tal-konsumaturi u ta' riskji għal saħħithom. Dawn il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq metodi bijonalatiċi, HPLC jew LC-MS. Riżultati minn kampjuni li jaqbżu l-valur ta' limitu għandhom jiġu vverifikati permezz tal-analiżi sħiħa mill-ġdid mill-kampjun oriġinali b'metodu ta' konferma.
‘Kampjun negattiv’ tfisser il-kontenut tal-mikotossini fil-kampjun huwa < STC b'ċertezza ta' 95 % (jiġifieri hemm 5 % ċans li l-kampjuni jkunu ġew irrappurtati b'mod inkorrett bħala negattivi).
‘Kampjun negattiv falz’ tfisser li l-kontenut tal-mikotossina fil-kampjun huwa > STC iżda li ġie identifikat bħala negattiv.
‘Kampjun suspettat’ (pożittiv għall-iskrinjar) tfisser li l-kampjun jaqbeż il-livell ta' limitu (ara hawn taħt) u jista' jkun fih livell ta' mikotossina ogħla mill-STC. Kull riżultat ta' suspett jixpruna analiżi ta' konferma għall-identifikazzjoni mhux ambigwa u l-kwantifikazzjoni tal-mikotossini.
‘Kampjun ta' suspett falz’ tfisser kampjun negattiv li ġie identifikat bħala suspett.
‘Metodi ta' konferma’ tfisser metodi li jipprovdu informazzjoni sħiħa jew informazzjoni komplementari li tippermetti li l-mikotossina tiġi identifikata u kwantifikata b'mod ċar fil-livell tal-interess.
Livell ta' limitu: ir-rispons, is-sinjal, jew il-konċentrazzjoni, miksub bil-metodu ta' skrinjar, li 'l fuq minnu l-kampjun huwa kklassifikat bħala ‘suspett’. Il-limitu jiġi stabbilit matul il-validazzjoni u jieħu inkonsiderazzjoni l-varjabbiltà tal-kejl.
Il-kampjun ta' kontroll negattiv (matriċi vojt): kampjun magħruf bħala ħieles (1) mill-mikotossina li għandha tiġi skrinjata, pereżempju minn determinazzjoni preċedenti bl-użu ta' metodu ta' konferma ta' sensittività suffiċjenti. Jekk ma jkun jista' jinkiseb l-ebda kampjun vojt, mela l-materjal bl-aktar livell baxx li jista' jinkiseb jista' jintuża sakemm il-livell jippermetti l-konklużjoni li l-metodu ta' skrinjar huwa adegwat għall-fini.
Kampjun ta' kontroll pożittiv: kampjun li jinkludi l-mikotossina fil-konċentrazzjoni tal-mira tal-iskrinjar, eż. materjal ta' referenza ċċertifikat, materjal ta' kontenut magħruf (eż. materjal tat-test ta' testijiet tal-profiċjenza) jew inkella kkaratterizzat biżżejjed minn metodu konfermatorju. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe wieħed minn dawn ta' hawn fuq, tista' tintuża taħlita ta' kampjuni b'livelli differenti ta' kontaminazzjoni jew ta' kampjun miżjud ippreparat fil-laboratorju u kkaratterizzat biżżejjed, sakemm ikun jista' jintwera li l-livell ta' kontaminazzjoni ġie vverifikat.
4.3.2.3.
L-għan tal-validazzjoni huwa li turi kemm il-metodu tal-iskrinjar huwa adegwat għall-għan. Dan isir billi jiġi stabbilit il-valur ta' limitu u d-determinazzjoni tar-rata ta' negattivi u suspetti foloz. F'dawn iż-żewġ parametri, karatteristiċi ta' rendiment bħas-sensittività, is-selettività, u l-preċiżjoni huma integrati.
Metodi ta' skrinjar jistgħu jiġu vvalidati minn validazzjoni minn interlaboratorju jew minn laboratorju wieħed. Jekk id-dejta ta' validazzjoni interlaboratorja hija diġà disponibbli għal ċertu kombinazzjoni ta' mikotossini/matriċi/STC, verifika ta' rendiment tal-metodu hija suffiċjenti f'laboratorju li jimplimenta l-metodu.
4.3.2.3.1. Validazzjoni inizjali permezz ta' validazzjoni unika fil-laboratorju
Mikotossini:
Il-validazzjoni għandha ssir għal kull mikotossina individwali fl-ambitu. F'każ ta' metodi bijoanalitiċi li jagħtu rispons ikkombinat għal ċertu grupp ta' mitotossini (eż. l-aflotossini B1, B2, G1 & G2; il-fumoniżini B1 & B2), trid tintwera l-applikabbiltà u jissemmew il-limitazzjonijiet tat-test fl-ambitu tal-metodu. Reattività trasversali mhux mixtieqa (eż. DON-3-glikosidu, 3- jew 15-aċetil-DON għal metodi bbażati għal DON) mhix meqjusa li żżid ir-rata negattiva falza tal-mikotossini fil-mira, iżda tista' żżid ir-rata ta' suspett falz. Din iż-żieda mhux mixtieqa se titnaqqas permezz tal-analiżi ta' konferma għall-identifikazzjoni mhux ambigwa u l-kwantifikazzjoni tal-mikotossini.
Matriċi:
Għandha titwettaq validazzjoni inizjali għal kull komodità, jew, meta jsir magħruf li l-metodu huwa applikabbli għal bosta komoditajiet, għal kull grupp ta' komodità. Fil-każ tal-aħħar, rappreżentant wieħed u komodità rilevanti tintgħażel minn dak il-grupp (ara t-Tabella A).
Kampjun stabbilit:
In-numru minimu ta' kampjuni differenti meħtieġa għall-validazzjoni huwa 20 kampjun ta' kontroll negattiv omoġenju u 20 kampjun ta' kontroll pożittiv omoġenju li fihom il-mikotossina fl-STC, analizzata taħt kundizzjonijiet ta' preċiżjoni intermedja (RSDRi) mifruxa fuq ħamest ijiem differenti. B'mod mhux obbligatorju, ġabriet addizzjonali ta' 20 kampjun li fihom f'livelli oħra l-mikotossini jistgħu jiżdiedu għall-validazzjoni stabbiliti biex jinkiseb għarfien sa fejn il-metodu jista' jiddistingwi bejn konċentrazzjonijiet tal-mikotossini differenti.
Konċentrazzjoni:
Għal kull STC li tintuża f'applikazzjoni ta' rutina, għandha titwettaq validazzjoni.
4.3.2.3.2. Validazzjoni inizjali permezz ta' provi kollaborattivi
Il-validazzjoni permezz ta' provi kollaborattivi għandha ssir skont protokoll rikonoxxut internazzjonalment fuq provi kollaborattivi (eż. ISO 5725:1994 jew il-Protokoll Armonizzat Internazzjonali tal-IUPAC) li jitlob l-inklużjoni ta' dejta valida minn mill-anqas tmien laboratorji differenti. Minbarra dan, l-unika differenza mqabbla ma' validazzjonijiet ta' laboratorju wieħed huwa li ≥ 20 kampjun għal kull komodità/livell jistgħu jitqassmu b'mod ugwali matul laboratorji parteċipanti, b'minimu ta' żewġ kampjuni għal kull laboratorju.
4.3.2.4.
It-tweġibiet (relattivi) għall-kontroll negattiv u l-kampjuni ta' kontroll pożittiv jittieħdu bħala bażi għall-kalkolu tal-parametri meħtieġa.
Metodi ta' skrinjar b'rispons proporzjonali mal-konċentrazzjoni tal-mikotossini
Għal metodi ta' skrinjar b'rispons proporzjonali mal-konċentrazzjoni tal-mikotossini japplika dan li ġej:
Limitu = RSTC — t-value0,05 *SDSTC
|
RSTC = |
rispons medju tal-kampjuni tal-kontroll pożittivi (f'STC) |
|
valur t: |
valur t b'denb wieħed għal rata ta' riżultati negattivi falzi ta' 5 % (ara t-tabella B) |
|
SDSTC = |
devjazzjoni standardMetodi ta' skrinjar b'rispons inversament proporzjonali għall-konċentrazzjoni tal-mikotossini |
Bl-istess mod, għal metodi ta' skrinjar b'rispons inversament proporzjonali mal-konċentrazzjoni tal-mikotossini, il-limitu jiġi ddeterminat bħala:
Limitu = RSTC + t-valur0,05 *SDSTC
Bl-użu ta' dan il-valur t speċifiku biex jiġi stabbilit il-valur ta' limitu, ir-rata ta' riżultati negattivi foloz tkun awtomatikament stabbilita għal 5 %.
L-adegwatezza għall-iskop ta' valutazzjoni
Riżultati mill-kampjuni ta' kontroll negattivi jintużaw biex issir stima tar-rata korrispondenti ta' riżultati suspettati foloz. Il-valur t jiġi kkalkulat b'mod li jikkorrispondi għas-sitwazzjoni fejn ir-riżultat ta' kampjun ta' kontroll negattiv ikun ikun ogħla mill-valur ta' limitu, u għalhekk jiġi kklassifikat li ġie ssuspettat bi żball.
t-valur= (limitu — medjublank)/SDblankgħal metodi ta' skrinjar b'rispons proporzjonali mal-konċentrazzjoni tal-mikotossini
jew
valur t= (medju blank — limitu)/SDblankgħal metodi ta' skrinjar b'rispons inversament proporzjonali għall-konċentrazzjoni tal-mikotossini
Mill-valur t miksub, ibbażat fuq il-gradi ta' libertà ikkalkulati mill-għadd ta' esperimenti, il-probabbiltà ta' kampjuni suspettati foloz għal tqassim b'denb wieħed tista' tiġi kkalkulata (funzjoni spread sheet ‘TDIST’) jew tittieħed minn tabella għat--tqassim t.
Il-valur korrispondenti tat-tqassim t b'denb wieħed jispeċifika r-rata ta' riżultati suspettati foloz.
Dan il-kunċett huwa deskritt fid-dettall b'eżempju f'Kimika Analitika u Bijoanalitika DOI 10.1007/s00216 -013-6922-1.
4.3.2.5.
4.3.2.5.1. Estensjoni tal-ambitu għal mikotossini oħra:
Meta mikotossini ġodda jiżdiedu mal-ambitu ta' metodu ta' skrinjar eżistenti, tkun meħtieġa validazzjoni sħiħa sabiex tintwera l-adegwatezza tal-metodu.
4.3.2.5.2. Estensjoni għal prodotti oħra:
Jekk il-metodu ta' skrinjar huwa magħruf jew mistenni li jkun applikabbli għal prodotti oħra, il-validità għal dawn il-komoditajiet oħra għandha tiġi vverifikata. Sakemm il-komodità l-ġdida tkun tappartjeni għal grupp ta' komodità (ara t-Tabella A) li għalih tkun diġà saret validazzjoni inizjali, validazzjoni addizzjonali limitata hija biżżejjed. Għal dan, minimu ta' 10 kampjuni ta' kontroll negattiv omoġenju u 10 kampjuni ta' kontroll pożittiv omoġenju (STC) għandhom jiġu analizzati taħt kundizzjonijiet ta' preċiżjoni intermedji. Il-kampjuni ta' kontroll pożittiv għandhom kollha jkunu ogħla mill-valur ta' limitu. F'każ li dan il-kriterju ma jintlaħaqx tkun meħtieġa validazzjoni sħiħa.
4.3.2.6.
Għal metodi ta' skrinjar li diġà ġew ivvalidati b'suċċess permezz ta' prova kollaborattiva fil-laboratorju, għandu jiġi vverifikat ir-rendiment tal-metodu. Għal dan għandhom jiġu analizzati minimu ta' 6 kampjuni ta' kontroll negattiv u 6 ta' kontroll pożittiv (f'STC). Il-kampjuni ta' kontroll pożittiv għandhom kollha jkunu ogħla mill-valur ta' limitu. F'każ li dan il-kriterju ma jiġix issodisfat, il-laboratorju irid iwettaq analiżi tal-kawża ewlenija sabiex jidentifika r-raġuni għaliex ma jistax jissodisfa l-ispeċifikazzjoni kif miksuba fil-prova kollaborattiva. Huwa biss wara t-teħid ta' azzjoni korrettiva li għandu jivverifika mill-ġdid ir-rendiment tal-metodu fil-laboratorju tiegħu. F'każ li l-laboratorju ma jkunx kapaċi jivverifika r-riżultati mill-prova kollaborattiva, ikollu jistabbilixxi l-limitu tiegħu f'validazzjoni waħdanija kompleta fil-laboratorju.
4.3.2.7.
Wara validazzjoni inizjali, tkun meħtieġa dejta ta' validazzjoni addizzjonali billi jiġu inklużi għall-anqas żewġ kampjuni ta' kontroll pożittivi f'kull lott ta' kampjuni skrinjati. Kampjun ta' kontroll pożittiv wieħed ikun kampjun magħruf (eż. dak użat waqt validazzjoni inizjali), u l-ieħor ikun komodità differenti mill-istess grupp ta' komoditajiet (f'każ li komodità waħda biss tiġi analizzata, jintuża biss kampjun ta' dik il-komodità minflok). L-inklużjoni ta' kampjun ta' kontroll negattiv hija fakultattiva. Ir-riżultati miksuba għaż-żewġ kampjuni ta' kontroll pożittiv ta' validazzjoni eżistenti huma miżjuda mas-sett ta' validazzjoni eżistenti.
Mill-inqas darba fis-sena il-valur ta' limitu jiġi stabbilit mill-ġdid u l-validità tal-metodu tiġi vvalutata mill-ġdid. Il-verifika kontinwa tal-metodu għandha bosta għanijiet:
|
— |
kontroll tal-kwalità tal-lott ta' kampjuni skrinjati |
|
— |
tipprovdi tagħrif dwar ir-robustezza tal-metodu f'kundizzjonijiet fil-laboratorju li japplika l-metodu |
|
— |
ġustifikazzjoni ta' applikabbiltà tal-metodu għal komoditajiet differenti |
|
— |
tippermetti li l-valuri ta' limitu jiġu aġġustati f'każ ta' tifrix gradwali matul iż-żmien. |
4.3.2.8.
Ir-rapport ta' validazzjoni għandu jkun fih:
|
— |
Dikjarazzjoni dwar l-STC |
|
— |
Dikjarazzjoni dwar il-limitu miksub. |
Nota: Il-limitu jrid ikollu l-istess għadd ta' ċifri sinifikanti bħall-STC. Il-valuri numeriċi użati biex jiġi kkalkulat il-limitu jeħtieġu għall-anqas ċifra oħra aktar sinifikanti mill-STC.
|
— |
Dikjarazzjoni dwar ir-rata kkalkulata ta' suspetti foloz |
|
— |
Dikjarazzjoni dwar kif ġiet iġġenerata r-rata ta' suspetti foloz. |
Nota: Id-dikjarazzjoni dwar ir-rata kkalkulata ta' suspetti foloz tindika jekk il-metodu hux adattat minħabba li tindika l-għadd ta' kampjuni (jew livell baxx ta' kontaminazzjoni) vojta li se jkunu soġġetti għal verifika.
Tabella A
Il-gruppi ta' komoditajiet għall-validazzjoni tal-metodi ta' skrinjar
|
Il-gruppi ta' komoditajiet |
Il-kategoriji ta' komoditajiet |
Komoditajiet tipiċi rappreżentattivi inklużi fil-kategorija |
|
Kontenut għoli ta' ilma |
Meraq tal-frott |
Meraq tat-tuffieħ, meraq tal-għeneb |
|
Xorb alkoħoliku |
Inbid, birra, sajder |
|
|
Ħxejjex f'sura ta' għeruq u tuberi |
Ġinġer frisk |
|
|
Ċereali jew purees fuq bażi ta' frott |
Purees maħsuba għat-trabi u għat-tfal żgħar |
|
|
Kontenut għoli ta' żejt |
Ġewż tas-siġar |
Ġewż, ġellewż, qastan |
|
Żerriegħa taż-żejt u l-prodotti tagħha |
Żrieragħ tal-lift, ġirasol, żerriegħa tal-qoton, fażola tas-sojja, karawett, ġunġlien eċċ. |
|
|
Frott żejtni u prodotti tagħhom |
Żjut u pejsts (eż. butir tal-karawett, tahina) |
|
|
Kontenut għoli ta' lamtu u/jew kontenut ta' proteini u kontenut ta' ilma u xaħam baxx |
Ħbub tal-qamħ u l-prodotti tagħhom |
Qamħ, segala, xgħir, qamħirrum, ross, ħafur Ħobż tal-oħxon, ħobż abjad, crackers, ċereali għall-kolazzjon, għaġin |
|
Prodotti tad-dieta |
Trab imnixxef għall-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u t-tfal żgħar |
|
|
Kontenut għoli ta' aċidu u kontenut għoli ta' ilma (*1) |
Prodotti taċ-ċitru |
|
|
‘Komoditajiet diffiċli jew uniċi’ (*2) |
|
Il-ful tal-kawkaw u l-prodotti tagħhom, il-kopra u l-prodotti tagħha, kafè, te Ħwawar, għud is-sus |
|
Kontenut tal-ilma baxx għoli fiz-zokkor |
Frott imnixxef |
Tin, żbib, passolina, sultana |
|
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Ħalib |
Ħalib tal-baqar, tal-mogħoż u tal-buflu |
|
Ġobon |
Ġobon tal-baqar u tal-mogħoż |
|
|
Prodotti tal-ħalib (eż. trab tal-ħalib) |
Jogurt, krema |
Tabella B
Valur t b'denb wieħed għal rata negattiva falza ta' 5 %
|
Gradi ta' libertà |
Numru ta' repliki |
valur t (5 %) |
|
10 |
11 |
1,812 |
|
11 |
12 |
1,796 |
|
12 |
13 |
1,782 |
|
13 |
14 |
1,771 |
|
14 |
15 |
1,761 |
|
15 |
16 |
1,753 |
|
16 |
17 |
1,746 |
|
17 |
18 |
1,74 |
|
18 |
19 |
1,734 |
|
19 |
20 |
1,729 |
|
20 |
21 |
1,725 |
|
21 |
22 |
1,721 |
|
22 |
23 |
1,717 |
|
23 |
24 |
1,714 |
|
24 |
25 |
1,711 |
|
25 |
26 |
1,708 |
|
26 |
27 |
1,706 |
|
27 |
28 |
1,703 |
|
28 |
29 |
1,701 |
|
29 |
30 |
1,699 |
|
30 |
31 |
1,697 |
|
40 |
41 |
1,684 |
|
60 |
61 |
1,671 |
|
120 |
121 |
1,658 |
|
∞ |
∞ |
1,645 |
4.3.3. Rekwiżiti għal metodi kwalitattivi ta' skrinjar (metodi li ma jagħtux valuri numeriċi)
L-iżvilupp ta' linji gwida ta' validazzjoni għal metodi ta' ttestjar binarju għadu soġġett għal korpi ta' standardizzazzjoni varji (eż. AOAC, ISO). Reċentement ħafna AOAC abbozzat linja gwida dwar din il-kwistjoni. Dan id-dokument jista' jitqies bħala l-qagħda attwali tat-teknoloġija fil-qasam tiegħu. Għalhekk metodi li jagħtu riżultati binarji (eż. spezzjoni viżiva tat-testijiet tad-dip-stick) għandhom jiġu vvalidati skont din il-linja gwida
http://www.aoac.org/imis15_prod/AOAC_Docs/ISPAM/Qual_Chem_Guideline_Final_Approved_031412.pdf
4.4. L-istima tal-inċertezza tal-kejl, tal-kalkolu tal-irkupru u tar-rappurtaġġ tar-riżultati (2)
4.4.1. Metodi ta' konferma
Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rappurtat kif ġej:
|
(a) |
Ikkoreġut għall-irkupru, u jiġi indikat il-livell ta' rkupru. Il-korrezzjoni għall-irkupru mhix neċessarja fejn ir-rata tal-irkupru tkun bejn 90 u 110 %. |
|
(b) |
bħala ‘x +/- U’, fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-kejl imwessgħa, billi jintuża fattur ta' kopertura ta' 2 li jagħti livell ta' fiduċja ta' madwar 95 %. |
Għall-ikel li ġej mill-annimali, tista' tittieħed inkonsiderazzjoni l-inċertezza tal-qies ukoll billi jiġi stabbilit il-limitu ta' deċiżjoni (CCα) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE (3) (il-punt 3.1.2.5 tal-Anness I — il-każ ta' sustanzi b'limitu permess stabbilit).
Madankollu, jekk ir-riżultat tal-analiżi jkun sostanzjalment (> 50 %) inqas mil-livell massimu jew ogħla ħafna iktar mil-livell massimu (jiġifieri aktar minn ħames darbiet il-livell massimu), u bil-kundizzjoni li l-proċeduri ta' kwalità xierqa jiġu applikati u l-analiżi sservi biss l-iskop li tiġi ċċekkjata l-konformità mad-dispożizzjonijiet legali, ir-riżultat analitiku jista' jiġi rrappurtat mingħajr korrezzjoni għall-irkupru u, f'dawn il-każijiet, ir-rappurtar tar-rata tal-irkupru u l-inċertezza tal-kejl jista' jitħalla barra.
Ir-regoli ta' interpretazzjoni attwali tar-riżultat analitiku fid-dawl tal-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tal-lott japplikaw għar-riżultat analitiku miksub tal-kampjun għall-kontroll uffiċjali. F'każ ta' analiżi għal raġunijiet ta' difiża jew ta' arbitraġġ, japplikaw ir-regoli nazzjonali.
4.4.2. Metodi ta' skrinjar
Ir-riżultat tal-iskrinjar għandu jiġi espress bħala konformi jew suspettat li ma jikkonformax.
‘Kampjun suspettat iżda mhux konformi’ tfisser li l-kampjun jaqbeż il-livell ta' limitu u jista' jkun fih mikotossina f'livell ogħla mill-STC. Kull riżultat ta' suspett jixpruna analiżi ta' konferma għall-identifikazzjoni mhux ambigwa u l-kwantifikazzjoni tal-mikotossini.
‘Konformi’ tfisser li l-kontenut tal-mikotossini fil-kampjun huwa < STC b'ċertezza ta' 95 % (jiġifieri hemm 5 % ċans li l-kampjuni jiġu rrappurtati b'mod inkorrett bħala negattivi). Ir-riżultat analitiku huwa rrappurtat bħala ‘< livell ta' STC’ mal-livell ta' STC speċifikata.”
(1) Il-kampjuni huma meqjusa ħielsa mill-analita jekk l-ammont preżenti fil-kampjun ma jaqbiżx aktar minn 1/5th tal-STC. Jekk il-livell ikun jista' jiġi kkwantifikat b'metodu ta' konferma, il-livell irid jittieħed inkonsiderazzjoni għall-valutazzjoni ta' validazzjoni.
(*1) Jekk bafer jintuża biex jistabbilizza l-bidliet tal-pH fl-istadju tal-estrazzjoni, imbagħad dan il-grupp ta' komoditajiet jista' jiġi mgħaqqad fi grupp ta' komoditajiet wieħed ‘Kontenut għoli tal-ilma’.
(*2) ‘Komoditajiet diffiċli jew uniċi’ għandha tkun biss ivvalidata kompletament jekk dawn jiġu analizzati ta' spiss. Jekk jiġu analizzati biss ta' kultant, il-validazzjoni tista' titnaqqas għall-verifika tal-livelli ta' rappurtar bl-użu ta' estratti bjanki miżjuda.
(2) Aktar dettalji dwar proċeduri għall-istima tal-inċertezza tal-kejl u dwar proċeduri għall-valutazzjoni tal-irkupru jinsabu fir-rapport ‘Rapport dwar ir-relazzjoni bejn ir-riżultati analitiċi, l-inċertezza tal-kejl, il-fatturi ta' rkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-ikel u l-għalf tal-UE’ — http://ec.europa.eu/comm/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tal-14 ta' Awwissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta' metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8).