Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0477

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 477/2014 tat- 12 ta’ Mejju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    ĠU L 137, 12.5.2014, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/05/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/477/oj

    12.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 137/3


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 477/2014

    tat-12 ta’ Mejju 2014

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014.

    (3)

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

     

    Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Vyacheslav Viktorovich VOLODIN

    Imwieled fl-4 ta' Frar 1964 f'Alekseevka, reġjun ta' Saratov.

    L-Ewwel Viċi Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali tar-Russja. Responsabbli mis-superviżjoni tal-integrazzjoni politika tar-reġjun Ukrain tal-Krimea anness fil-Federazzjoni Russa.

    12.5.2014

    2.

    Vladimir SHAMANOV

    Imwieled fil-15.02.1954 f'Barnaul.

    Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta' awtorità għolja tiegħu huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea.

    12.5.2014

    3.

    Vladimir Nikolaevich PLIGIN

    Imwieled fid-19.05.1960 f'Ignatovo, Vologodsk Oblast, USSR.

    President tal-Kumitat tal-Liġijiet Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli mill-ipproċessar ta' leġislazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

    12.5.2014

    4.

    Petr Grigorievich JAROSH

     

    Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għall-Krimea. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

    12.5.2014

    5.

    Oleg Grigorievich KOZYURA

    Imwieled fid-19.12.1962 f'Zaporozhye

    Aġent Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli mill-ħruġ sistematiku u rapidu ta' passporti Russi għar-residenti tal-Krimea.

    12.5.2014

    6.

    Viacheslav PONOMARIOV

     

    Sindku awtodikjarat ta' Slaviansk. Ponomarev appella lil Vladimir Putin biex jibgħat truppi Russi biex jipproteġu l-belt u aktar tard talbu jipprovdi l-armi. In-nies ta' Ponomarev huwa involuti fil-ħtif ta' persuni (huma qabdu l-ġurnalist Ukrain Irma Krat u Simon Ostrovsky, ġurnalist għal Vice News, aktar tard dawn it-tnejn ġew rilaxxati, huma żammew maqbuda l-osservaturi militari li kienu qed jaġixxu taħt id-Dokument ta' Vjenna tal-OSKE).

    12.5.2014

    7.

    Igor Mykolaiovych BEZLER

    Imwieled fl-1965

    Wieħed mill-mexxejja tal-milizzja awtoproklamata ta' Horlivka. Ħa l-kontroll tal-bini tal-Uffiċċju tal-Ukraina għas-Servizz tas-Sigurtà fir-reġjun ta' Donetsk u wara ħataf l-istazzjon distrettwali tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni fir-raħal ta' Horlivka. Għandu rabtiet ma' Ihor Strielkov li taħt il-kmand tiegħu kien involut fil-qtil ta' Volodymyr Rybak, id-Deputat Popolari tal-Kunsill Muniċipali ta' Horlivka skont l-SBU.

    12.5.2014

    8.

    Igor KAKIDZYANOV

     

    Wieħed mill-mexxejja tal-forzi armati tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk” awtoproklamata. L-għan tal-forzi huwa li “jipproteġu l-poplu tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk u l-integrità territorjali tar-repubblika” skont Pushylin, wieħed mill-mexxejja tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    12.5.2014

    9.

    Oleg TSARIOV

     

    Membru tar-Rada. Appella pubblikament għall-ħolqien tar-Repubblika Federali tan-Novorossia, magħmula mir-reġjuni Ukraini tax-Xlokk.

    12.5.2014

    10.

    Roman LYAGIN

     

    Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

    12.5.2014

    11.

    Aleksandr MALYKHIN

     

    Kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika Popolari tal- Lugansk”. Organizza b'mod attiv ir-referendum fil-11 ta' Mejju dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika Popolari tal-Lugansk”.

    12.5.2014

    12.

    Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA

    Imwielda fit-18.03.1980 f'Eupatoria.

    Prosekutur tal-Krimea. Implementat b'mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja.

    12.5.2014

    13.

    Igor Sergeievich SHEVCHENKO

     

    Aġent Prosekutur ta' Sevastopol. Implementa b'mod attiv l-annessjoni ta' Sevastopol mir-Russja.

    12.5.2014


    Entitajiet:

     

    Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    PJSC CHERNOMORNEFTEGAZ

     

    Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    12.5.2014

    2.

    FEODOSIA

     

    Fis-17.03.2014 il-“Parlament tal-Krimea” adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Feodosia f'isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża b'hekk hija kkonfiskata b'mod effettiv mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

    12.5.2014


    Top