This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0460
Commission Regulation (EU) No 460/2014 of 5 May 2014 amending Regulation (EU) No 823/2012 as regards the expiry date of the approval of the active substance cyfluthrin Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2014 tal- 5 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 823/2012 fir-rigward tad-dati ta' skadenza tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċiflutrin Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 460/2014 tal- 5 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 823/2012 fir-rigward tad-dati ta' skadenza tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċiflutrin Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 133, 6.5.2014, p. 51–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 133/51 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 460/2014
tal-5 ta' Mejju 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 823/2012 fir-rigward tad-dati ta' skadenza tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċiflutrin
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
(1) |
Għas-sustanza attiva ċiflutrin, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2012 (2) ippospona l-iskadenza tal-perjodu ta' approvazzjoni, kif stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) tal-31 ta' Ottubru 2016 sabiex jippermetti lill-applikanti jagħtu l-avviż ta' tliet snin meħtieġ skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(2) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċiflutrin fir-rigward tal-perjodu ta' avviż ta' tlett snin. |
(3) |
Minħabba li ma ġiet ippreżentata l-ebda l-applikazzjoni bħal din, huwa xieraq li d-data ta' skadenza tiġi stipulata kmieni kemm jista' jkun wara d-data ta' skadenza oriġinali li ġiet stipulata qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 823/2012. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 823/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 823/2012
L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 823/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Għandu jiżdied il-punt (5) li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 823/2012 tal-14 ta' Settembru 2012 li jagħti deroga mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tad-dati tal- iskadenza tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-DB, l-aċidu benżojku, il-beta-ċiflutrin, l-etil tal- karfentrażon, ir-razza Coniothyrium minitans CON/M/91-08 (DSM 9660), iċ-ċjażofammid, iċ-ċiflutrin, id-deltametrina, id-dimetenammid-P, l-etofumesat, l-etossisulfuron, il-fenamidon, il-flażasulfuron, il- flufenaket, il-flurtamon, il-foramsulfuron, il-fostijażat, l-imażamoks, l-iodosulfuron, l-iprodion, l- isossaflutol, il-linuron, l-idrażidu malejku, il-mekoprop, il-mekoprop-P, il-meżosulfuron, il- meżotrion, l-ossadiarġil, l-ossasulfron, il-pendimetalina, il-pikossistrobin, il-piraklostrobin, il- propikonażol, il-propineb, il-propossikarbażon, il-propiżammid, is-siltofamu, it-triflossistrobin, il- warfarin u ż-żossammid (ĠU L 250, 15.9.2012, p. 13).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).