Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0457

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 457/2014 tad- 29 ta' April 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 133, 6.5.2014, p. 35–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/457/oj

    6.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 133/35


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 457/2014

    tad-29 ta' April 2014

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM indikati fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    1.

    Apparat elettroniku diġitali b'input wieħed ta' Interfaċċja Multimedjali b'Definizzjoni Għolja (High-Definition Multimedia Interface) (HDMI) u tmien outputs HDMI (l-hekk imsejħa “active HDMI splitter”) f'qafas b'qisien ta' madwar 12 × 6 × 2 cm.

    L-apparat elettroniku diġitali jappoġġja wkoll il-protokoll ta' Protezzjoni tal-Kontenut Diġitali fuq medda ta' Frekwenza Għolja (High-bandwidth Digital Content Protection(HDCP) u għandu 5 V DC.

    L-apparat huwa użat biex jifred fl-istess ħin, mingħajr telf ta' kwalità, sinjal tal-input HDMI fi tmien sinjali ta' output HDMI bl-istess karatteristiċi tekniċi bħal tas-sinjal tal-input oriġinali.

    Dan jippermetti li sinjal HDMI li joriġina minn sors wieħed (pereżempju, kaxxa ta' fuq is-sett) li jitqassam simultanjament lil diversi apparati (pereżempju, settijiet tat-televiżjoni).

    8543 70 90

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8543 , 8543 70 and 8543 70 90 .

    L-isplitter HDMI mhux apparat biex jagħmel konnessjonijiet ma' jew f'ċirkwiti elettriċi jew bord għad-distribuzzjoni tal-elettriku peress li jaqsam sinjal wieħed tal-input fi tmien sinjali ta' output u fl-istess ħin jipproċessal-protokolli HDCP. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni jew taħt l-intestatura 8536 bħala kaxxi fejn jaqbdu l-kejbils jew l-intestatura 8537 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b'żewġ apparati jew aktar tal-intestatura 8535 jew 8536 , għad-distribuzzjoni tal-elettriku hija eskluża.

    Peress li l-apparat għandu funzjoni individwali, li mhux koperta b'mod aktar speċifiku b'intestatura tal-Kapitolu 85, għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 bħala tagħmir elettroniku, li għandu funzjoni individwali, li mhux speċifikata jew inkluża x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.

    2.

    Apparat elettroniku diġitali b'erba' inputs ta' Interfaċċja Multimedjali b'Definizzjoni Għolja (HDMI), HDMI output u buttuna għall-għażla tal-input (l-hekk imsejħa “swiċċ attiv HDMI”).

    L-apparat jinkludi amplifikatur biex jerġa jiġġenera s-sinjali dgħajfa 4 LEDs biex jindikaw l-input magħżul u għandu 5 V DC.

    L-apparat jappoġġja sinjali tal-vidjow 1080P bi trasferiment tad-dejta sa 2,5 Gbps u l-protokoll ta' Protezzjoni tal-Kontenut Diġitali fuq medda ta' Frekwenza Għolja (HDCP).

    L-apparat jintuża għall-għażla ta' input tal-HDMI waħda biex tiġi kkonnettjata mal-output tal-HDMI. L-apparat jippermetti l-għażla ta' sinjali HDMI li joriġinaw minn sorsi differenti (pereżempju, DVD plejer, kaxxa ta' fuq is-sett) biex jiġu konnessi ma' apparat wieħed, pereżempju, sett tat-televixin.

    8543 70 90

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8543 , 8543 70 and 8543 70 90 .

    L-iswiċċ HDMI mhux apparat biex jiswiċċja ċ-ċirkwiti elettriċi jew għad-distribuzzjoni tal-elettriku peress li huwa jaqleb (jagħżel) wieħed mill-inputs HDMI biex tiġi konnessa mal-output tal-HDMI u simultanjament ikabbar is-sinjal u jipproċessal-protokolli tal-HDCP. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8536 bħala swiċċijiet jew l-intestatura 8537 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b'żewġ apparati jew aktar tal-intestatura 8535 jew 8536 , għad-distribuzzjoni tal-elettriku hija eskluża.

    Peress li l-apparat għandu funzjoni individwali, li mhux koperta b'mod aktar speċifiku b'intestatura tal-Kapitolu 85, għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8543 70 90 bħala tagħmir elettroniku, li għandu funzjoni individwali, li mhux speċifikata jew inkluża x'imkien ieħor f'Kapitolu 85.

    3.

    Apparat elettroniku diġitali b'4 inputs ta' Interfaċċja Multimedjali b'Definizzjoni Għolja (HDMI) u output HDMI wieħed (l-hekk imsejjaħ “passive HDMI switch”) f'qafas b'qisien ta' madwar 18 × 12 × 3 cm.

    L-apparat jinkludi l-hekk imsejħa “multi-station push button switch” b'erba buttuni (waħda għal kull input) li huma konnessi sew ma' xulxin. Wara l-għażla ta' input minnhom, l-oħrajn jintfew awtomatikament.

    L-apparat jintuża għall-għażla, billi tingħafas waħda mill-buttuni, ta' input tal-HDMI biex tiġi kkonnettjata mal-output tal-HDMI. L-apparat jippermetti l-għażla ta' sinjali HDMI li joriġinaw minn sorsi differenti (pereżempju, DVD plejer, kaxxa ta' fuq is-sett) biex jiġu konnessi ma' apparat wieħed, pereżempju, sett tat-televixin.

    8536 50 80

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8536 , 8536 50 and 8536 50 80 .

    Peress li l-apparat jinkludi biss swiċċ wieħed għall-konnessjoni ta' input ma' output, mhuwiex bord għad-distribuzzjoni tal-elettriku. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8537 bħala bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b'biċċtejn apparat jew aktar tal-intestatura 8535 jew 8536 , għad-distribuzzjoni tal-elettriku hija eskluża.

    Peress li l-apparat għandu biss il-funzjoni ta' switching li hija funzjoni elettrika individwali identifikata fil-Kapitolu 85, għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8536 50 80 bħala swiċċijiet oħra.


    Top