Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0433

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 433/2014 tat- 28 ta’ April 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    ĠU L 126, 29.4.2014, p. 48–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/433/oj

    29.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 126/48


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 433/2014

    tat-28 ta’ April 2014

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014.

    (3)

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. KOURKOULAS


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Dmitry Nikolayevich KOZAK

    Imwieled fis-7.11.1958 f'Kirovohrad, RSS Ukraina

    Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    29.4.2014

    2.

    Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV

    Imwieled fil-15.9.1949 f'Moska

    Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

    29.4.2014

    3.

    Oleg Genrikhovich SAVELYEV

    Imwieled fis-27.10.1965 f'Leningrad

    Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

    29.4.2014

    4.

    Sergei Ivanovich MENYAILO

    Imwieled fit-22.8.1960 f'Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR

    Aġent gvernatur tal-belt Ukraina annessa ta' Sevastopol.

    29.4.2014

    5.

    Olga Fedorovna KOVATIDI

    Imwielda fis-7.5.1962 f'Simferopol, RSS Ukraina.

    Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea.

    29.4.2014

    6.

    Ludmila Ivanovna SHVETSOVA

    Imwielda fl-24.9.1949 f'Alma-Ata, USSR

    Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita — Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

    29.4.2014

    7.

    Sergei Ivanovich NEVEROV

    Imwieled fil-21.12.1961 f'Tashtagol, USSR

    Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa.

    29.4.2014

    8.

    Igor Dmitrievich SERGUN

    Imwieled fit-28.3.1957

    Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli mill-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-Lvant tal-Ukraina.

    29.4.2014

    9.

    Valery Vasilevich GERASIMOV

    Imwieled fit-8.9.1955 f'Kazan

    Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-istazzjonament massiv ta' truppi Russi matul il-fruntiera mal-Ukraina u milli naqas li jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni.

    29.4.2014

    10.

    German PROKOPIV

     

    Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali f'Lugansk tas-Servizz ta' Sigurtà, irrekordja filmat indirizzat lill-President Putin u lir-Russja mill-bini okkupat. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”.

    29.4.2014

    11.

    Valeriy BOLOTOV

     

    Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali.

    29.4.2014

    12.

    Andriy PURGIN

     

    Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”.

    29.4.2014

    13.

    Denys PUSHYLIN

    Imwieled f'Makiivka

    Wieħed mill-mexxejja tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti.

    29.4.2014

    14.

    Tsyplakov Sergey GENNADEVICH

     

    Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk.

    29.4.2014

    15.

    Igor STRELKOV (Ihor Strielkov)

     

    Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim ministru tal-Krimea.

    29.4.2014


    Top