Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0431

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal- 24 ta’ April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/431/oj

    1.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 131/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 431/2014

    tal-24 ta’ April 2014

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni, it-twassil, l-evalwazzjoni u t-tixrid ta’ statistika komparabbli dwar l-enerġija fl-Unjoni.

    (2)

    L-istatistika dwar l-enerġija tikkonsisti f’qafas statistiku dinamiku ħafna minħabba l-iżvilupp intensiv tal-politiki tal-Unjoni, il-progress teknoloġiku u l-importanza li l-miri tal-Unjoni jissejsu fuq dejta dwar l-enerġija. Għaldaqstant, għandhom isiru aġġornamenti regolari sabiex l-ambitu tal-istatistika jiġi allinjat mal-ħtiġijiet li dejjem jikbru jew jinbidlu.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 ta lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni biex temenda l-annessi tar-Regolament.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 jobbliga lill-Kummissjoni (Eurostat), f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tkompli tiżviluppa statistika dettaljata dwar il-konsum aħħari tal-enerġija u biex tinkludiha bil-mod il-mod fl-ambitu tal-istatistika kif definit fl-annessi tiegħu.

    (5)

    Il-Kummissjoni żviluppat l-istatistika dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi u ddiskutiet il-fattibbiltà, l-ispejjeż ta’ produzzjoni, il-kunfidenzjalità u l-piż tar-rapportar mal-Istati Membri.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi A u B tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 qed jinbidlu bl-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.


    ANNESS

    ANNESS A

    KJARIFIKI TAT-TERMINOLOĠIJA

    Dan l-Anness jipprovdi spjegazzjonijiet jew definizzjonijiet tat-termini li jintużaw fl-Annessi l-oħrajn.

    1.   NOTI ĠEOGRAFIĊI

    Għall-finijiet ta’ rrappurtar statistiku biss, japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi li ġejjin:

    L-Awstralja teskludi t-territorji ‘lil hinn mix-xtut tagħha,

    Id-Danimarka teskludi l-Gżejjer Faeroe u Greenland,

    Franza tinkludi lil Monako u teskludi t-territorji Franċiżi, lil hinn mix-xtut tagħha, tal-Gwadelup, Martinique, il-Gujana, Réunion, St. Pierre u Miquelon, il-Kaledonja l-Ġdida, il-Polineżja Franċiża, Wallis u Futuna, il-Majott,

    L-Italja tinkludi San Marino u l-Vatikan,

    Il-Ġappun jinkludi Okinawa,

    Il-Pajjiżi l-Baxxi jeskludu s-Surinam u l-Antilles Olandiżi,

    Il-Portugall jinkludi lill-Açores u l-Madejra,

    Spanja tinkludi l-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer Baleariċi, u Ceuta u Melilla,

    L-Isvizzera ma tinkludix Liechtenstein,

    L-Istati Uniti jinkludu lill-50 Stat, lid-Distrett ta’ Columbia, lill-Gżejjer Virgin tal-Istati Uniti, lill-Puerto Rico u lill-Gwam.

    2.   AGGREGATI

    Il-produtturi huma kklassifikati skont l-għan tal-produzzjoni:

    —   Produttur tal-attività ewlenija: intrapriżi, kemm proprjetà privata kif ukoll proprjetà pubblika, li jiġġeneraw elettriku u/jew sħana għal bejgħ lil partijiet terzi, bħala l-attività ewlenija tagħhom,

    —   Awtoprodutturi: intrapriżi, kemm proprjetà privata kif ukoll proprjetà pubblika, li jiġġeneraw elettriku u/jew sħana b’mod sħiħ jew b’mod parzjali għall-użu tagħhom stess bħala attività li tappoġġa l-attività primarja tagħhom.

    Nota: il-Kummissjoni tista’ tkompli tiċċara t-terminoloġija billi żżid referenzi tan-NACE rilevanti skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2), u dan wara li tkun daħlet fis-seħħ reviżjoni tal-klassifikazzjoni tan-NACE.

    2.1.   Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

    Il-Produzzjoni/Produzzjoni Indiġena

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils estratti jew prodotti, ikkalkulati wara kull operazzjoni għat-tneħħija ta’ materja inerti. Il-produzzjoni tinkludi l-kwantitajiet ikkunsmati mill-produttur fil-proċess tal-produzzjoni (eż. għat-tisħin jew għat-tħaddim tat-tagħmir u tal-awżiljarji) kif ukoll il-provvisti għal produtturi tal-enerġija oħrajn għat-trasformazzjoni jew għal użi oħrajn.

    Il-mezzi indiġeni: il-produzzjoni mir-riżorsi fl-Istat ikkonċernat.

    L-Importazzjonijiet/Esportazzjonijiet

    Għad-definizzjonijiet ġeografiċi ara t-taqsima ‘Noti Ġeografiċi’.

    Ħlief fejn speċifikat mod ieħor, ‘importazzjonijiet’ tirriferi għall-oriġini finali (il-pajjiż fejn ikun sar il-prodott tal-enerġija) għal użu fil-pajjiż u ‘esportazzjonijiet’ għall-pajjiż finali tal-konsum tal-prodott tal-enerġija li jkun sar.

    L-ammonti jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le.

    Fejn ma tista’ tiġi rrapportata l-ebda oriġini jew destinazzjoni tista’ tintuża ‘Oħrajn’.

    Jistgħu jinqalgħu differenzi statistiċi jekk l-importazzjoni u l-esportazzjoni totali biss ikunu disponibbli fuq il-bażi msemmija hawn fuq, filwaqt li l-analiżi ġeografika tkun ibbażata fuq stħarriġ, sors jew kunċett differenti. F’dan il-każ, id-differenzi għandhom ikunu inklużi taħt ‘Oħrajn’.

    Il-Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils ikkonsenjati lil bastimenti, itajru liema bandiera jtajru, li jintużaw fit-tbaħħir internazzjonali. In-navigazzjoni internazzjonali tista’ ssir fuq il-baħar, fuq għadajjar u passaġġi tal-ilma interni jew f’ilmijiet kostali. Jiġu esklużi:

    il-konsum minn bastimenti involuti f’navigazzjoni domestika. Il-qasma domestika/internazzjonali għandha tiġi stabbilita abbażi tal-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment,

    il-konsum minn bastimenti tas-sajd,

    il-konsum minn qawwiet militari.

    Bidliet fl-Istokk

    Id-differenza bejn il-livell tal-istokk tal-ftuħ u l-livell tal-istokk tal-għeluq miżmum fit-territorju nazzjonali.

    Il-Konsum Gross (ikkalkulat)

    Il-valur ikkalkulat, iddefinit bħala:

    Produzzjoni indiġena + Minn sorsi oħrajn + Importazzjonijiet – Esportazzjonijiet – Bunkers tal-baħar internazzjonali + Bidliet fl-istokk

    Il-Konsum Gross (osservat)

    Il-kwantità effettivament irreġistrata fi stħarriġiet tas-setturi tal-użu finali.

    Id-Differenzi Statistiċi

    Il-valur ikkalkulat, iddefinit bħala:

    Il-konsum gross ikkalkulat – il-konsum gross osservat.

    Jinkludi l-bidliet fl-istokks tal-konsumaturi finali meta dawn ma jistgħux jiġu speċifikati bħala parti mill-‘Bidliet fl-istokk’.

    Għandhom ikunu ddikjarati r-raġunijiet għal kwalunkwe differenza ewlenija.

    Impjanti tal-Elettriku tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwil użati biex ikun prodott l-elettriku.

    Il-fjuwils użati mill-impjanti li fihom mill-inqas unità waħda ta’ CHP għandhom jiġu rappurtati taħt l-Impjanti ta’ CHP tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija.

    Impjanti tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils użati għall-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana.

    Impjanti tas-Sħana tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils użati għall-produzzjoni tas-sħana.

    Impjanti tal-Elettriku tal-Awtoprodutturi

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils użati għall-produzzjoni tal-elettriku.

    Il-fjuwils użati fl-impjanti li fihom mill-inqas unità waħda ta’ CHP għandhom jiġu rappurtati taħt l-Impjanti ta’ CHP tal-Awtoprodutturi.

    Impjanti tas-Sħana u tal-Enerġija Kkombinati (CHP) tal-Awtoprodutturi

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils li jikkorrispondu mal-kwantità ta’ elettriku prodott u tas-sħana mibjugħa.

    L-Impjanti tas-Sħana Awtoprodutturi

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils li jikkorrispondu mal-kwantità ta’ sħana mibjugħa.

    Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

    Il-kwantitajiet użati għall-produzzjoni tal-fjuwils.

    Il-kwantitajiet użati għat-tisħin u għat-tħaddim tat-tagħmir ma għandhomx ikunu ddikjarati hawnhekk, imma għandhom ikunu ddikjarati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    Fran tal-Kokk

    Il-kwantitajiet użati fl-ifran tal-kokk.

    Il-kwantitajiet użati għat-tisħin u għat-tħaddim tat-tagħmir ma għandhomx ikunu ddikjarati hawnhekk, imma għandhom ikunu ddikjarati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    Impjanti tal-BKB/PB

    Il-kwanitajiet ta’ linjite użati sabiex jiġu prodotti mattunelli tal-faħam kannella (BKB) jew tal-pit sabiex jiġu prodotti mattunelli tal-pit (PB).

    Il-kwantitajiet użati għat-tisħin u għat-tħaddim tat-tagħmir ma għandhomx ikunu ddikjarati hawnhekk, imma għandhom ikunu ddikjarati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    Il-kwantitajiet użati biex ikun prodott il-gass f’impjanti tal-manifattura tal-gass u f’impjanti għall-gassifikazzjoni tal-faħam.

    Il-kwantitajiet użati bħala fjuwil għat-tisħin u għat-tħaddim tat-tagħmir ma għandhomx ikunu inklużi hawnhekk, imma għandhom ikunu ddikjarati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    Kalkara tal-funderija

    Il-kwantitajiet ta’ faħam għall-kokk u/jew faħam bituminuż (ġeneralment imsejjaħ PCI) u kokk tal-ifran tal-kokk ittrasformati fil-kalkari tal-funderija.

    Il-kwantitajiet użati bħala fjuwil għat-tisħin u għat-tħaddim tal-kalkari tal-funderija (eż.: il-gass tal-kalkari tal-funderija) ma għandhomx ikunu inklużi hawnhekk, imma għandhom jiġu ddikjarati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    Likwefazzjoni tal-Faħam

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwil użati biex ikun prodott żejt sintetiku.

    Raffineriji taż-żejt mhux raffinat

    Il-kwantitajiet użati biex isiru l-prodotti taż-żejt mhux raffinat.

    Il-kwantitajiet użati bħala fjuwil għat-tisħin u għat-tħaddim tat-tagħmir ma għandhomx ikunu ddikjarati hawnhekk, imma għandhom ikunu ddikjarati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    Mhux Speċifikat Band’Oħra – It-Trasformazzjoni

    Il-kwantitajiet użati għal attivitajiet ta’ trasformazzjoni li mhumiex inklużi band’oħra. Jekk jintuża, dak li jiġi inkluż taħt din l-intestatura għandu jiġi spjegat fir-rapport.

    2.2.   Is-settur tal-enerġija u l-konsum finali

    Is-Settur tal-Enerġija Totali

    Il-kwantitajiet ikkunsmati mill-industrija tal-enerġija biex isostnu l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni (tħaffir fil-minjieri, produzzjoni taż-żejt u tal-gass) jew tal-impjanti tal-attivitajiet ta’ trasformazzjoni. Dan jikkorrispondi għat-Taqsimiet tal-NACE 05, 06, 08.92, 07.21, 09.1, 19 u 35.

    Jeskludi l-kwantitajiet ta’ fjuwils ittrasformati f’forma ta’ enerġija oħra (li għandha tiġi rrappurtata fis-Settur tat-Trasformazzjoni) jew użati biex isostnu t-tħaddim tal-pajplines tat-taħlitiet (slurries) biż-żejt, gass u faħam (li għandhom jiġu rrappurtati fis-Settur tat-Trasport).

    Jinkludi l-manifattura ta’ materjali kimiċi għall-fissjoni u għall-fużjoni atomika u l-prodotti ta’ dawn il-proċessi.

    Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala enerġija fl-impjanti tal-elettriku, fl-impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP) u fl-impjanti tas-sħana.

    Minjieri tal-Faħam

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala enerġija biex isostnu l-estrazzjoni u l-preparazzjoni tal-faħam fl-industrija tat-tħaffir fil-minjieri għall-faħam.

    Il-faħam maħruq f’impjanti tal-enerġija fid-dħul għal minjiera tal-faħam għandu jiġi rrappurtat fis-Settur tat-Trasformazzjoni.

    Impjanti tal-Fjuwils bil-Privattiva

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala enerġija fl-impjanti tal-fjuwils bil-privattiva.

    Fran tal-Kokk

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala enerġija fl-impjanti għall-kokk.

    Impjanti tal-BKB/PB

    Il-kwantitajiet użati bħala enerġija fl-impjanti tal-BKP/PB.

    Impjanti tal-Manifattura tal-Gass/impjanti tal-gassifikazzjoni

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala enerġija f’impjanti tal-manifattura tal-gass u fl-impjanti tal-gassifikazzjoni tal-faħam.

    Kalkari tal-Funderija

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala enerġija fil-kalkari tal-funderiji.

    Likwefazzjoni tal-Faħam

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala enerġija fl-impjanti tal-likwefazzjoni tal-faħam.

    Ir-Raffineriji taż-Żejt mhux Raffinat

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala enerġija fir-raffineriji taż-żejt mhux raffinat.

    Estrazzjoni taż-Żejt u l-Faħam

    Il-kwantitajiet ikkunsmati bħala fjuwil fil-proċess tal-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass u fl-impjanti tal-ipproċessar tal-gass naturali.

    Eskluż it-telf mill-pajplines (li għandu jiġi rrapportat bħala telf mid-Distribuzzjoni) u l-kwantitajiet tal-enerġija użata biex jitħaddmu l-pajplines (li għandhom jiġu rrapportati fis-settur tat-Trasport).

    Il-Konsum Finali Totali

    Iddefinit (ikkalkulat) bħala:

    = L-użu totali mhux tal-enerġija + il-Konsum Finali tal-Enerġija (l-Industrija + it-Trasport + Setturi oħrajn)

    Esklużi konsenji għat-trasformazzjoni, l-użu mill-industriji li jipproduċu l-enerġija, u t-telf mid-distribuzzjoni.

    Użu mhux għall-enerġija

    Il-prodotti tal-enerġija użati bħala materja prima fis-setturi differenti; jiġifieri, mhux ikkonsmati bħala fjuwils jew ittrasformati f’fjuwil ieħor.

    2.3.   Speċifikazzjoni tal-Użu Finali tal-Enerġija

    Il-Konsum tal-Enerġija Finali

    Il-konsum totali tal-enerġija fl-industrija, fit-trasport u f’setturi oħrajn.

    Is-Settur tal-Industrija

    Dan jirreferi għall-kwantitajiet ta’ fjuwil ikkunsmati mill-intrapriża industrijali biex isostni l-attivitajiet primarji tagħha.

    Għall-impjanti tas-sħana biss jew għall-impjanti tas-CHP, japplikaw biss kwantitajiet ta’ fjuwils ikkunsmati għall-produzzjoni tas-sħana użata mill-impjant innifsu. Il-kwantitajiet ta’ fjuwils ikkunsmati għall-produzzjoni tas-sħana mibjugħa, u għall-produzzjoni tal-elettriku, għandhom jiġu rrappurtati taħt is-Settur tat-Trasformazzjoni xieraq.

    Il-Ħadid u l-Azzar It-Taqsimiet tal-NACE 24.1, 24.2, 24.3, 24.51 u 24.52.

    Ta’ natura kimika (inkluża l-Petrokimika)

    L-industriji kimiċi u petrokimiċi; it-Taqsimiet tal-NACE 20 u 21.

    Metalli li ma fihomx Ħadid

    L-industriji tal-metalli li ma fihomx ħadid; it-Taqsimiet tal-NACE 24.4, 24.53 u 24.54.

    Minerali li mhumiex Metalliċi

    Il-ħġieġ, iċ-ċeramika, is-siment u materjali oħrajn li jintużaw fl-industriji tal-bini; it-Taqsima tal-NACE 23.

    Tagħmir tat-Trasport

    L-industriji relatati mal-apparat li jintuża għat-trasport; it-Taqsimiet tal-NACE 29 u 30.

    Makkinarju

    Prodotti tal-metall iffabbrikati, makkinarju u apparat ieħor li mhux apparat tat-trasport; it-Taqsimiet tal-NACE 25, 26, 27 u 28.

    Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

    It-Taqsimiet tal-NACE 07 (minbarra 07.21), 08 (minbarra 08.92) u 09.9; dan jeskludi l-industriji li jipproduċu l-enerġija.

    Ikel, Xorb u Tabakk: Id-Diviżjonijiet 10, 11 u 12 tan-NACE.

    Il-Polpa, il-Karti u l-Istampar

    Jinkludu l-produzzjoni ta’ midja rrekordjati; it-Taqsimiet tal-NACE 17 u 18.

    L-Injam u l-Prodotti tal-Injam (għajr għall-polpa u għall-karti): Id-Diviżjoni 16 tan-NACE.

    Kostruzzjoni: Id-Diviżjonijiet 41, 42 u 43 tan-NACE.

    It-Tessuti u l-Ġilda it-Taqsimiet tal-NACE 13, 14 u 15.

    Mhux Speċifikat Band’Oħra — Industrija

    Il-konsum f’setturi li mhux kopert aktar ’il fuq.

    Is-Settur tat-Trasport

    L-enerġija użata fl-attivitajiet kollha tat-trasport irrispettivament mis-settur ekonomiku fejn isseħħ l-attività; it-Taqsimiet tal-NACE 49, 50 u 51.

    Is-Settur tat-Trasport — Ferrovija

    Il-konsum kollu għall-użu fit-traffiku tal-ferrovija, inklużi l-ferroviji industrijali; it-Taqsimiet tal-NACE 49.1 u 49.2.

    Is-Settur tat-Trasport — Tbaħħir Domestiku

    Il-kwantitajiet ikkonsenjati lil bastimenti, itajru liema bandiera jtajru, li mhumiex involuti fi tbaħħir internazzjonali (ara l-Bunkers tal-baħar internazzjonali). Il-qasma domestika/internazzjonali għandha tiġi stabbilita abbażi tal-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, u mhux skont il-bandiera jew in-nazzjonalità tal-bastiment Id-Diviżjoni 50 tan-NACE.

    Is-Settur tat-Trasport — Fuq it-Triq

    Il-kwantitajiet użati f’vetturi tat-triq.

    Inklużi fjuwil użat minn vetturi agrikoli fuq l-awtostradi u l-lubrikanti għall-użu f’vetturi tat-triq.

    Eskluża l-enerġija użata f’magni stazzjonarji (ara s-settur Oħrajn), fit-trekters imma mhux fl-awtostradi (ara Agrikoltura), għal użu militari f’vetturi tat-triq (ara s-settur Oħrajn — Mhux Speċifikat Band’Oħra), għall-bitum użat fil-kisi tat-toroq u għall-enerġija użata f’magni f’siti ta’ kostruzzjoni (ara l-Kostruzzjoni, subsettur tal-Industrija). Id-Diviżjonijiet 49.3 u 49.4 tan-NACE.

    Is-Settur tat-Trasport – Trasport mill-Pajplines

    Il-kwantitajiet użati bħala enerġija fl-appoġġ u fit-tħaddim tal-pajplines li jittrasportaw gassijiet, likwidi, slurries u komoditajiet oħrajn; it-Taqsima tal-NACE 49.5.

    Inkluża l-enerġija użata għall-istazzjonijiet tal-fjuwil u għall-manutenzjoni tal-pajplines.

    Eskluża l-enerġija użata għad-distribuzzjoni permezz tal-pajplines ta’ gass naturali jew gass manifatturat, il-misħun jew l-istim mid-distributur għall-utenti finali (li għandu jiġi rrappurtat fis-settur tal-enerġija), l-enerġija użata għad-distribuzzjoni finali tal-ilma lill-utenti fl-unitajiet domestiċi, lill-utenti industrijali, lill-utenti kummerċjali u lil utenti oħrajn (li għandhom jiġu inklużi fis-Servizzi Kummerċjali/Pubbliċi) u t-telf li jiġri waqt dan it-trasport bejn id-distributur u l-utenti finali (li għandu jiġi rrappurtat bħala telf mid-distribuzzjoni).

    Is-Settur tat-Trasport — L-Avjazzjoni Internazzjonali

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils għall-avjazzjoni kkonsenjati lill-inġenji tal-ajru għall-avjazzjoni internazzjonali. Il-qasma bejn id-domestiku u l-internazzjonali għandha tkun stabbilita abbażi ta’ minn fejn jittajjar u fejn jinżel il-mezz u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru. Parti mid-Diviżjoni 51 tan-NACE.

    Huma esklużi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom (li għandhom jiġu rrappurtati fis-settur tat-trasport — Mhux speċifikat band’Oħra) u għall-użu militari tal-fjuwils għall-avjazzjoni (li għandu jiġi rrapporat fis-setturi Oħrajn – Mhux speċifikat band’oħra).

    Is-Settur tat-Trasport – L-Avjazzjoni Domestika

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils għall-avjazzjoni kkonsenjati lill-inġenji tal-ajru għall-avjazzjoni domestika — kummerċjali, privata, agrikola, eċċ. Parti mid-Diviżjoni 51 tan-NACE.

    Huwa inkluż il-fjuwil użat għal finijiet mhux ta’ titjiriet, eż. l-ittestjar ta’ qabel il-produzzjoni tal-magni. Il-qasma bejn id-domestiku u l-internazzjonali għandha tkun stabbilita abbażi ta’ minn fejn jittajjar u fejn jinżel il-mezz u mhux skont in-nazzjonalità tal-linja tal-ajru.

    Huma esklużi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom (li għandhom jiġu rrappurtati fis-settur tat-trasport — Mhux speċifikat band’oħra) u għall-użu militari tal-fjuwils għall-avjazzjoni (li għandu jiġi rrapporat fis-settur Oħrajn — Mhux speċifikat band’oħra).

    Is-Settur tat-Trasport — Mhux Speċifikat Band’Oħra

    Il-kwantitajiet użati għal attivitajiet ta’ trasport mhux inklużi band’oħra.

    Huma inklużi l-fjuwils użati mil-linji tal-ajru għall-vetturi tat-triq tagħhom u l-fjuwils użati fil-portijiet għat-tagħmir li jħott it-tagħbiji mill-bastimenti, diversi tipi ta’ krejnijiet.

    Dak li huwa inkluż taħt din l-intestatura jrid jiġi ddikjarat.

    Setturi Oħrajn

    Is-setturi li ma jissemmewx b’mod speċifiku jew li ma jappartjenux għall-enerġija, għall-industrija jew għat-trasport.

    Setturi Oħrajn — Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

    Il-fjuwils ikkunsmati min-negozju u mill-uffiċċji fis-setturi pubbliċi u privati.

    Id-Diviżjonijiet 33, 36, 37, 38, 39, 45, 46, 47, 52, 53, 55, 56, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 68, 69, 70, 71, 72, 73, 74, 75, 77, 78, 79, 80, 81, 82, 84, 85, 86, 87, 88, 90, 91, 92, 93, 94, 95, 96 u 99 tan-NACE.

    Setturi Oħrajn — Residenzjali

    Għandhom jiġu ddikjarati l-fjuwils ikkunsmati mill-unitajiet domestiċi kollha inklużi ‘unitajiet domestiċi b’persuni impjegati’. Id-Diviżjonijiet 97 u 98 tan-NACE.

    Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għal dan is-settur:

    Settur tal-unitajiet domestiċi:

    Unità domestika tfisser persuna li tgħix waħidha jew grupp ta’ nies li jgħixu flimkien fl-istess abitazzjoni privata u li jaqsmu l-ispejjeż, kif ukoll jikkontribwixxu għall-fornimenti essenzjali għall-għixien. Is-settur tal-unitajiet domestiċi, magħruf wkoll bħala s-settur residenzjali (jew domestiku) huwa għaldaqstant, grupp kollettiv tal-unitajiet domestiċi kollha f’pajjiż.

    Residenzi kollettivi li jistgħu jkunu permanenti (eż. ħabsijiet) jew temporanji (eż. sptarijiet) għandhom jiġu esklużi billi dawn huma koperti fil-konsum fis-settur tas-servizzi. L-enerġija użata fl-attivitajiet tat-trasport kollha għandha tiġi rrappurtata fis-settur tat-trasport u mhux fis-settur tal-unitajiet domestiċi.

    Il-konsum tal-enerġija assoċjat ma’ attivitajiet ekonomiċi sinifikanti tal-unitajiet domestiċi għandu wkoll ikun eskluż mit-total tal-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi. Dawn l-attivitajiet jinkludu attivitajiet ekonomiċi tal-agrikoltura fuq azjendi agrikoli żgħar u attivitajiet ekonomiċi oħra mwettqa f’residenza ta’ unità domestika u għandhom jiġu rrappurtati fis-settur korrispondenti.

    Tisħin ta’ spazju:

    Dan is-servizz ta’ enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għall-provvista tas-sħana f’żona interna ta’ post ta’ residenza.

    Tkessiħ ta’ spazju:

    Dan is-servizz ta’ enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tkessiħ f’post ta’ residenza permezz ta’ sistema u/jew unità ta’ refriġerazzjoni.

    Fannijiet, blowers u tagħmir ieħor mhux konness ma’ unità ta’ tkessiħ huma esklużi minn din it-taqsima, iżda għandhom ikunu koperti fit-taqsima tat-tagħmir tal-illuminazzjoni u tal-elettriku.

    Tisħin tal-ilma:

    Dan is-servizz tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tisħin tal-ilma għall-ilma sħun kurrenti, il-banjijiet, it-tindif u applikazzjonijiet oħra mhux tat-tisjir.

    It-tisħin tal-pixxini huwa eskluż, iżda għandu jkun kopert fit-taqsima tal-użi aħħarin l-oħrajn.

    Tisjir:

    Dan is-servizzi tal-enerġija jirreferi għall-użu tal-enerġija għat-tħejjija tal-ikel.

    It-tagħmir għat-tisjir awżiljari (microwaves, ktieli, magni tal-kafe, eċċ.) huma esklużi; għandhom jiġu koperti fit-taqsima tal-illuminazzjoni u t-tagħmir elettriku

    Illuminazzjoni u tagħmir elettriku (elettriku biss):

    Użu tal-elettriku għall-illuminazzjoni u kull tagħmir ieħor elettriku f’post ta’ residenza mhux kkunsidrat fi ħdan użi finali oħra.

    Użi finali oħra:

    Kull konsum tal-enerġija ieħor f’unitajiet domestiċi bħalma huwa l-użu tal-enerġija minn attivitajiet fil-miftuħ u attivitajiet oħra mhux inklużi fil-ħames użi finali tal-enerġija msemmija hawn fuq (eż. lawn mowers, tisħin tal-pixxina, ħiters ta’ barra, barbikjus fil-miftuħ, sawni eċċ.).

    Setturi Oħrajn — Agrikoltura/Forestrija

    Il-fjuwils kkonsmati mill-utenti kklassifikati bħala agrikoltura, kaċċa u forestrija; it-Taqsimiet tal-NACE 01 u 02.

    Setturi Oħrajn — Sajd

    Il-fjuwils ikkonsenjati għal sajd intern, kostali u fil-baħar fond. Is-sajd għandu jkopri l-fjuwils ikkonsenjati lill-bastimenti, jtajru liema bandiera jtajru, li ħadu l-fjuwil f’dak il-pajjiż (inkluż is-sajd internazzjonali) u l-enerġija użata fl-industrija tas-sajd. Id-Diviżjoni 03 tan-NACE.

    Setturi Oħrajn — Mhux Speċifikati Band’Oħra

    Dawn huma attivitajiet li mhumiex inklużi band’oħra. Din il-kategorija tinkludi l-użu militari tal-fjuwil għal konsum mobbli u li ma jiċċaqlaqx kollu (eż. bastimenti, inġenji tal-ajru, toroq u enerġija użata fl-imkejjen fejn jgħix l-istaff), irrispettivament minn jekk il-fjuwil ikkonsenjat huwiex għall-militar ta’ dak il-pajjiż jew għall-militar ta’ pajjiż ieħor. Jekk jintuża, dak li jiġi inkluż taħt din l-intestatura għandu jiġi spjegat fir-rapport.

    3.   TERMINI OĦRA

    Tapplika t-tifsira tal-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

    —   TML: TML: ċomb tetrametil,

    —   TEL: TEL: ċomb tetraetil,

    —   SBP: SBP: punt ta’ tgħollija speċjali,

    —   LPG: LPG: gass likwifikat miż-żejt mhux raffinat,

    —   NGL: NGL: likwidi tal-gass naturali,

    —   LNG: LNG: gass naturali likwifikat,

    —   CNG: CNG:gass naturali kompressat.

    ANNEX B

    L-ISTATISTIKA ANNWALI DWAR L-ENERĠIJA

    Dan l-Anness jiddeskrivi l-ambitu, l-unitajiet, il-perjodu rrappurtat, il-frekwenza, l-iskadenza u l-modalitajiet ta’ twassil għall-ġbir annwali tal-istatistika dwar l-enerġija.

    L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li għalihom mhix provduta spjegazzjoni speċifika f’dan l-Anness.

    1.   IL-FJUWILS FOSSILI SOLIDI U L-GASSIJIET MANIFATTURATI

    1.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

    Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor, din il-ġabra ta’ dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija li ġejjin kollha:

    Il-Prodott tal-Enerġija

    Definizzjoni

    1.

    Antraċite

    Faħam ta’ livell għoli użat għal applikazzjonijiet industrijali u residenzjali. Ġeneralment għandu inqas minn 10 % ta’ materja volatili u kontenut għoli ta’ karbonju (madwar 90 % ta’ karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

    2.

    Il-Faħam għall-Kokk

    Faħam bituminuż bi kwalità li tippermetti l-produzzjoni ta’ kokk adattat biex issostni ċarġ ta’ kalkara tal-funderija. Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja.

    3.

    Faħam Bituminuż ieħor

    (Faħam għall-istim)

    Faħam użat sabiex jiġi ġġenerat l-istim u li jinkludi l-faħam bituminuż kollu li mhux inkluż la taħt faħam għall-kokk u lanqas taħt l-antraċite. Huwa kkaratterizzat minn materja aktar volatili mill-antraċite (aktar minn 10 %) u inqas kontenut ta’ karbonju (inqas minn 90 % ta’ karbonju fiss). Il-valur kalorifiku gross tiegħu huwa aktar minn 24 000 kJ/kg fuq bażi ħielsa mill-irmied iżda niedja. Jekk fl-ifran tal-kokk jintuża faħam bituminuż dan għandu jiġi rrappurtat bħala faħam għall-kokk.

    4.

    Faħam Subbituminuż

    Jirreferi għal faħam li ma jagħqadx b’valur kalorifiku gross ta’ bejn 20 000 kJ/kg u 24 000 kJ/kg li fih aktar minn 31 % ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

    5.

    Il-Linjite

    Faħam li ma jagħqadx b’valur kalorifiku gross ta’ inqas minn 20 000 kJ/kg u akbar minn 31 % ta’ materja volatili fuq bażi ħielsa minn materja minerali xotta.

    6.

    Fjuwil bil-Privattiva

    Fjuwil kompost manifatturat minn trab fin tal-faħam iebes biż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad. L-ammont ta’ fjuwil bil-privattiva prodott, għalhekk, jista’ jkun xi ftit ogħla mill-ammont effettiv ta’ faħam ikkunsmat fil-proċess ta’ trasformazzjoni.

    7.

    Kokk tal-Ifran tal-Kokk

    Il-prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam, prinċipalment tal-faħam għall-kokk, f’temperatura għolja; ftit li xejn għandu materja niedja u volatili. Il-kokk tal-ifran tal-kokk jintuża prinċipalment fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar fejn jagħmilha ta’ sors ta’ enerġija u ta’ aġent kimiku. Id-dqiq tal-kokk u l-kokk tal-funderija huma inklużi f’din il-kategorija.

    Is-semikokk (prodott solidu miksub mill-karbonizzazzjoni tal-faħam f’temperatura baxxa) għandu jiġi inkluż f’din il-kategorija. Is-semi-kokk jintuża bħala fjuwil domestiku jew mill-impjant tat-trasformazzjoni nnifsu. Din l-intestatura tinkludi wkoll il-kokk, id-dqiq tal-kokk u s-semi-kokk magħmul mil-linjite.

    8.

    Kokk tal-Gass

    Prodott sekondarju tal-faħam iebes użat għall-produzzjoni tal-gass tal-ibliet fl-impjanti tal-gass. Il-Kokk tal-Gass jintuża għal finijiet ta’ tisħin.

    9.

    Qatran tal-Faħam

    Riżultat ta’ distillazzjoni distruttiva tal-faħam bituminuż. Il-qatran tal-faħam huwa l-prodott-sekondarju likwidu tad-distillazzjoni tal-faħam biex isir il-kokk fil-proċess tal-ifran tal-kokk jew jiġi prodott mill-faħam kanella (qatran ta’ temperatura-baxxa). Il-qatran tal-faħam jista’ jkun distillat aktar fi prodotti organiċi differenti (eż. il-benzina, it-toluena, in-naftalina) li normalment għandhom jiġu rrappurtati bħala materja prima għall-industrija petrokimika.

    10.

    BKB

    (Maltunelli tal-Faħam Kannella)

    Il-BKB huwa fjuwil kompost manifatturat mil-linjite jew minn faħam subbituminuż, prodott billi jingħata l-forma ta’ mattunelli taħt pressjoni għolja mingħajr iż-żieda ta’ aġent li jgħaqqad, inkluż it-trab fin u t-trab tal-linjite niexef.

    11.

    Il-Gass tal-Impjanti tal-Gass

    Ikopri t-tipi kollha ta’ gassijiet prodotti f’impjanti ta’ utilità pubblika jew f’impjanti privati, li l-fini ewlenija tagħhom hija l-manifattura, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-gass. Jinkludi l-gass prodott bil-karbonizzazzjoni (inkluż il-gass prodott mill-ifran tal-kokk u dak trasferit lill-gass tal-impjanti tal-gass), permezz tal-gassifikazzjoni totali bl-arrikkiment jew mingħajr il-prodotti taż-żejt (l-LPG, iż-żejt tal-fjuwil residwu, eċċ.), u billi jiġu riformati u sempliċement imħallta l-gassijiet u/jew l-ajra, irrappurtat taħt il-linji ‘Minn Sorsi Oħra’. Taħt is-settur tat-trasformazzjoni identifika l-ammonti ta’ gass tal-impjanti tal-gass ittrasferiti lill-gass naturali mħallat li se jitqassam u se jkun ikkonsmat permezz tal-gradilja tal-gass naturali.

    Il-produzzjoni ta’ gassijiet tal-faħam oħrajn (jiġifieri, il-gass tal-ifran tal-kokk, il-gass tal-kalkara tal-funderija u l-gass tal-forn tal-ossiġnu għall-azzar) għandha tiġi rrappurtata fil-kolonni li jikkonċernaw gassijiet ta’ din ix-xorta, u mhux bħala produzzjoni ta’ gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass. Il-gassijiet tal-faħam ittrasferiti lill-impjanti tal-manifattura tal-gass imbagħad għandhom jiġu rrappurtati (fil-kolonna tagħhom stess) fis-settur tat-trasformazzjoni fir-ringiela tal-impjanti tal-manifattura tal-gass. L-ammont totali ta’ gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass li jirriżulta mit-trasferimenti ta’ gassijiet tal-faħam oħrajn għandu jidher fil-linja tal-produzzjoni għall-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass.

    12.

    Gass tal-Ifran tal-Kokk

    Miksub bħala prodott sekondarju mill-manifattura tal-kokk tal-ifran tal-kokk għall-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar.

    13.

    Gass tal-Kalkari tal-Funderiji

    Prodott waqt il-ħruq tal-kokk f’kalkari tal-funderija fl-industrija tal-ħadid u tal-azzar. Jiġi rkuprat u użat bħala fjuwil, parti minnu fl-impjant u parti oħra minnu fi proċessi oħrajn tal-industrija tal-azzar jew f’impjanti tal-enerġija mgħammra biex jaħarquh. Il-kwantità ta’ fjuwil għandha tiġi rrappurtata fuq il-bażi tal-valur kalorifiku gross.

    14.

    Gassijiet oħrajn irkuprati

    Prodott sekondarju mill-produzzjoni tal-azzar f’forn tal-ossiġnu, irkuprat malli dan jinħareġ mill-forn. Il-gassijiet huma magħrufa wkoll bħala gass konvertitur, gass LD jew gass BOS. Il-kwantità ta’ fjuwil irkuprat għandha tiġi rrapportata fuq bażi ta’ valur kalorifiku gross. Ikopri wkoll gassijiet manifatturati mhux speċifikati li mhumiex imsemmija hawn fuq, bħal gassijiet kombustibbli ta’ oriġini karbonika solida rkuprati mill-manifattura u minn proċessi kimiċi mhux definiti band’oħra.

    15.

    Pit

    Depożitu sedimentarju li jinħaraq, li huwa artab, poruż jew kompressat, li ġej mill-pjanti b’kontenut għoli ta’ ilma (sa 90 % meta mhux ipproċessat), li jitqatta’ malajr, b’kulur li jvarja mill-kannella ċar għall-kannella skur. Mhux inkluż il-pit użat għal finijiet mhux ta’ enerġija.

    Din id-definizzjoni hija bla ħsara la għad-definizzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fid-Direttiva 2009/28/KE u lanqas għal-Linji Gwida tal-IPCC 2006 għall-Inventarji Nazzjonali dwar il-Gass b’Effett Serra.

    16.

    Prodotti tal-Pit

    Prodotti bħal mattunelli tal-pit derivati direttament jew indirettament minn tuba tal-pit u pit mitħun.

    17.

    Ix-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt

    Ix-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt huma blat sedimentarju li jkun fih materja organika fil-forma ta’ keroġenu. Il-keroġenu huwa materjal tax-xama’ rikk fl-idrokarbur meqjus bħala prekursur tal-pitrolju. Ix-xejl taż-żejt jista’ jinħaraq direttament jew inkella jiġi pproċessat permezz tat-tisħin sabiex jiġi estratt iż-żejt tax-xejl. Iż-żejt tax-xejl u prodotti oħrajn derivati mil-likwifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati fuq il-kwestjonarju Annwali dwar iż-żejt f’Idrokarbonji Oħrajn.

    1.2.   Lista tal-aggregati

    Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tkun iddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

    L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li għalihom mhix provduta spjegazzjoni speċifika f’dan l-Anness.

    1.2.1.   Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

    1.   Il-produzzjoni

    1.1.   Li minnha: taħt l-art

    Applikabbli biss għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż u għal-linjite.

    1.2.   Li minnha: fil-wiċċ

    Applikabbli biss għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż u għal-linjite.

    2.   Minn Sorsi Oħrajn

    Dan jikkonsisti f’żewġ komponenti:

    slurries irkuprati, middlings u prodotti tal-faħam oħrajn ta’ grad baxx, li ma jistgħux jiġu kklassifikati skont it-tip ta’ faħam. Dan jinkudi l-faħam irkuprat minn munzelli ta’ skart u minn kontentituri tal-iskart oħra,

    provvisti ta’ fjuwil li l-produzzjoni tiegħu hija koperta minn bilanċi tal-enerġija mill-fjuwil oħrajn, imma li l-konsum tiegħu se jkun qed jitniżżel fil-bilanċ tal-enerġija mill-faħam.

    2.1.   Li minnhom: minn prodotti taż-żejt

    Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

    Eż.: żieda ta’ kokk taż-żejt mal-faħam għall-kokk għall-ifran tal-kokk

    2.2.   Li minnhom: minn gass naturali

    Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel.

    Eż.: żieda ta’ gass naturali mal-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass għal konsum finali dirett

    2.3.   Li minnhom: minn riżorsi rinnovabbli

    Mhux applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

    Eż.: skart industrijali bħala aġent li jwaħħal fil-manifattura tal-fjuwil bi privattiva

    3.   Importazzjonijiet

    4.   Esportazzjonijiet

    5.   Il-Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

    6.   Bidliet fl-Istokk

    Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis mill-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

    7.   Il-konsum gross

    8.   Id-differenzi statistiċi

    9.   Is-Settur tat-Trasformazzjoni Totali

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils użati għall-konverżjoni primarja jew sekondarja tal-enerġija (eż. minn faħam għal elettriku, minn gass tal-ifran tal-kokk għal elettriku) jew użati għat-trasformazzjoni għal prodotti tal-enerġija derivati (eż. minn faħam għall-kokk għal kokk).

    9.1.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    9.2.   Li minnhom: Impjanti tas-CHP Produtturi tal-Attività Ewlenija

    9.3.   Li minnhom: Impjanti tas-Sħana tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    9.4.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku tal-Awtoprodutturi

    9.5.   Li minnhom: Impjanti tas-CHP tal-Awtoprodutturi

    9.6.   Li minnhom: Impjanti tas-Sħana tal-Awtoprodutturi

    9.7.   Li minnhom: Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

    9.8.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    9.9.   Li minnhom: Impjanti tal-BKB/PB

    9.10.   Li minnhom: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    9.11.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    Il-kwantitajiet ta’ faħam għall-kokk u/jew faħam bituminuż (ġeneralment imsejjaħ PCI) u kokk tal-ifran tal-kokk ittrasformati fil-kalkari tal-funderija. Il-kwantitajiet użati bħala fjuwil għat-tisħin u għat-tħaddim tal-kalkari tal-funderija (eż.: il-gass tal-kalkari tal-funderija) ma għandhomx ikunu inklużi fis-settur tat-trasformazzjoni, imma għandhom jiġu ddikjarati bħala konsum fis-settur tal-enerġija.

    9.12.   Li minnhom: Likwefazzjoni tal-Faħam

    Iż-żejt li jittieħed mix-shale tal-bitum u prodotti oħrajn derivati mil-likwefazzjoni għandhom jiġu rrappurtati kif hemm fil-Kapitolu 4 ta’ dan l-anness.

    9.13.   Li minnhom: Għall-Gass Naturali Mħallat

    Il-kwantitajiet ta’ gassijiet tal-faħam imħallta mal-gass naturali.

    9.14   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – It-Trasformazzjoni

    1.2.2.   Is-Settur tal-Enerġija

    1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

    1.1.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

    1.2.   Li minnhom: Minjieri tal-Faħam

    1.3.   Li minnhom: Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

    1.4.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    1.5.   Li minnhom: Impjanti tal-BKB/PB

    1.6.   Li minnhom: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    1.7.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    1.8.   Li minnhom: Ir-Raffineriji taż-Żejt mhux Raffinat

    1.9.   Li minnhom: Likwefazzjoni tal-Faħam

    1.10.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Enerġija

    2.   It-Telf mid-Distribuzzjoni

    It-telf minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni, kif ukoll mill-ivvampjar tal-gassijiet manifatturati.

    3.   Il-Konsum Finali Totali

    4.   L-Użu Totali mhux għall-Enerġija

    4.1.   Li minnhom: Is-Setturi tal-Industrija, tat-Trasformazzjoni u tal-Enerġija

    L-użu mhux għall-enerġija fis-subsetturi kollha tal-industrija, tat-trasformazzjoni u tal-enerġija, eż. il-faħam użat sabiex isir il-metanol jew l-ammonja.

    4.1.1.   Mill-4.1, li minnu: fis-settur petrokimiku

    L-użu mhux għall-enerġija, eż. l-użu tal-faħam bħala materja prima biex ikun prodott il-fertilizzant u bħala materja prima għal prodotti petrokimiċi oħrajn.

    4.2.   Li minnhom: Is-Settur tat-Trasport

    L-użu mhux għall-enerġija fis-sottosetturi tat-Trasport kollha.

    4.3.   Li minnhom: Setturi Oħrajn

    L-użu mhux għall-enerġija fis-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi, f’dawk Residenzjali, Agrikoli u l-Oħra li Mhumiex Speċifikati Band’Oħra.

    1.2.3.   Speċifikazzjoni tal-użu finali tal-enerġija

    1.   Il-Konsum tal-Enerġija Finali

    2.   Is-Settur tal-Industrija

    2.1.   Li minnhom: Il-Ħadid u l-Azzar

    2.2.   Li minnhom: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

    2.3.   Li minnhom: Metalli li ma fihomx Ħadid

    2.4.   Li minnhom: Minerali li mhumiex Metalliċi

    2.5.   Li minnhom: Tagħmir tat-Trasport

    2.6.   Li minnhom: Makkinarju

    2.7.   Li minnhom: Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

    2.8.   Li minnhom: Ikel, Xorb u Tabakk:

    2.9.   Li minnhom: Polpa, Karta u Stampar

    2.10.   Li minnhom: Injam u Prodotti tal-Injam

    2.11.   Li minnhom: Kostruzzjoni

    2.12.   Li minnhom: It-Tessuti u l-Ġilda

    2.13.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Industrija

    3.   Is-Settur tat-Trasport

    3.1.   Li minnhom: Il-Ferroviji

    3.2.   Li minnhom: In-Navigazzjoni Domestika

    3.3.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Trasport

    4.   Setturi Oħrajn

    4.1.   Li minnhom: Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

    4.2.   Li minnhom: Ir-Residenzjali

    4.2.1.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin ta’ spazju:

    4.2.2.   Residenzjali, li minnhom: Tkessiħ ta’ spazju:

    4.2.3.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin tal-ilma

    4.2.4.   Residenzjali, li minnhom: Tisjir

    4.2.5.   Residenzjali, li minnhom: Użi finali oħra

    4.3.   Li minnhom: Agrikoltura/Forestrija

    4.4.   Li minnhom: Sajd

    4.5.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Oħrajn

    1.2.4.   Importazzjonijiet u esportazzjonijiet

    L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni.

    Applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam subbituminuż, għal-linjite, għall-fjuwils bi privattiva, għall-kokk tal-ifran tal-kokk, għall-qatran tal-faħam, għall-bkb, għall-qatran tal-faħam, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

    1.3.   Il-valuri kalorifiċi

    Applikabbli għall-antraċite, għall-faħam għall-kokk, għal faħam bituminuż ieħor, għal faħam sub-bituminuż, għal-linjite, għall-fjuwils bi privattiva, għall-kokk tal-ifran tal-kokk, għall-kokk tal-gass, għall-qatran tal-faħam, għall-bkb, għall-pit, għal prodotti tal-pit u għax-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt.

    Kemm il-valuri kalorifiċi gross kif ukoll dawk netti għandhom jiġu ddikjarati għall-aggregati ewlenin li ġejjin:

    1.   Il-produzzjoni

    2.   Importazzjonijiet

    3.   Esportazzjonijiet

    4.   Użati fl-ifran tal-kokk

    5.   Użati fil-kalkari tal-funderija

    6.   Użati fl-Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana Produtturi tal-Attitività Ewlenija

    7.   Użati fl-Industrija

    8.   Għal Użi Oħra

    1.4.   Unitajiet ta’ kejl

    1.

    Il-kwantitajiet tal-enerġija

    103 tunnellati metriċi

    L-eċċezzjoni: għall-gassijiet (il-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass, il-gass tal-ifran tal-kokk, il-gass tal-kalkari tal-funderija, gassijiet irkuprati oħrajn) il-qies huwa direttament fil-kontenut tal-enerġija u l-unità li għandha tintuża hija għalhekk it-TJ (ibbażata fuq il-valuri kalorifiċi gross).

    2.

    Il-valuri kalorifiċi

    MJ/tunnellata metrika

    1.5.   Derogi u eżenzjonijiet

    Mhumiex applikabbli.

    2.   IL-GASS NATURALI

    2.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

    Din il-ġabra ta’ dejta tapplika għall-gass naturali, li jinkludi l-gassijiet li jinsabu f’depożiti ta’ taħt l-art, kemm jekk ikunu likwifikati u kemm jekk ikunu gassijiet, li jikkonsisti prinċipalment f’metanu.

    Jinkludi kemm gass ‘mhux assoċjat’ li joriġina minn faċilitajiet li jipproduċu l-idrokarboni biss f’forma ta’ gass, u gass ‘assoċjat’ li ġie prodott f’assoċjazzjoni ma’ żejt mhux raffinat kif ukoll ma’ metanu rkuprat mill-minjieri tal-faħam (gass tal-minjieri tal-faħam tal-ħaġra u l-bini tagħha) jew minn saffi tal-faħam (gass tas-saffi tal-faħam).

    Ma jinkludix gassijiet maħluqa mid-diġestjoni anerobika tal-bijomassa (eż. gass muniċipali jew tad-drenaġġ) u lanqas gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass.

    2.2.   Lista tal-aggregati

    Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tkun iddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

    2.2.1.   Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

    Għandhom jiġu ddikjarati l-kwantitajiet espressi kemm f’unitajiet ta’ volum kif ukoll f’unitajiet ta’ enerġija, u li jinkludu l-valuri kalorifiċi grossi u netti, għall-aggregati li ġejjin:

    1.   Il-Produzzjoni Indiġena

    Il-produzzjoni niexfa kollha li tista’ titqiegħed fis-suq fi ħdan il-fruntieri nazzjonali, inkluża l-produzzjoni lil hinn mix-xtut. Il-produzzjoni titkejjel wara l-purifikazzjoni u l-estrazzjoni tal-NGLs u tal-kubrit.

    Teskludi t-telf mill-estrazzjoni u l-kwantitajiet li ġew injettati mill-ġdid, tħallew joħorġu minn fetħa jew ġew ivvampjati.

    Tinkludi l-kwantitajiet użati fl-industrija tal-gass naturali; fl-estrazzjoni tal-gassijiet, fis-sistemi tal-pipelines u fl-impjanti tal-ipproċessar.

    1.1.   Li minnhom: Gass Assoċjat

    Il-gass naturali prodott f’assoċjazzjoni ma’ żejt mhux raffinat.

    1.2.   Li minnhom: Gass Mhux Assoċjat

    Il-gass naturali li joriġina minn faċilitajiet li jipproduċu biss idrokarboni f’forma ta’ gass.

    1.3.   Li minnhom: Gass tal-Minjieri tal-Faħam tal-Ħaġra

    Il-metanu prodott f’minjieri tal-faħam jew minn saffi tal-faħam, imwassal permezz ta’ pajpijiet fis-superfiċi u kkonsmat fil-minjieri tal-faħam tal-ħaġra jew trażmess permezz ta’ katusa lill-konsumaturi.

    2.   Minn Sorsi Oħrajn

    Il-fjuwil li jitħallat mal-gass naturali u kkunsmat bħala taħlita.

    2.1.   Li minnhom: minn prodotti taż-żejt

    L-LPG għat-titjib tal-kwalità, eż. il-kontenut tas-sħana

    2.2.   Li minnhom: mill-faħam

    Il-gass immanifatturat biex jitħallat mal-gass naturali

    2.3.   Li minnhom: minn riżorsi rinnovabbli

    Il-bijogass biex jitħallat mal-gass naturali

    3.   Importazzjonijiet

    4.   Esportazzjonijiet

    5.   Il-Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

    6.   Bidliet fl-Istokk

    Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis mill-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

    7.   Il-konsum gross

    8.   Id-differenzi statistiċi

    Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi hawnhekk ma japplikax.

    9.   Il-gass li jista’ jiġi rkuprat: L-istokks tal-ftuħ u tal-għeluq

    Il-kwantitajiet ta’ gass disponibbli għall-konsenja matul kull ċiklu ta’ dħul-ħruġ. Dan jirreferi għall-gass naturali rikuperabbli maħżun f’faċilitajiet tal-ħżin speċjali (faċilità magħluqa tal-gass u/jew taż-żejt, akwifikatur, kavità tal-melħ, kaverni mħallta, jew oħrajn) kif ukoll ħażna ta’ gass naturali likwifikat. Il-cushion gas għandu jiġi eskluż.

    Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi hawnhekk ma japplikax.

    10.   Gass Mitluq fl-Atmosfera

    Il-volum ta’ gass rilaxxat fl-arja fis-sit tal-produzzjoni jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gassijiet.

    Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi hawnhekk ma japplikax.

    11.   Gass Ivvampjat

    Il-volum ta’ gass maħruq f’vampi fis-sit tal-produzzjon jew fl-impjant tal-ipproċessar tal-gassijiet.

    Ir-rekwiżit li jiġu ddikjarati l-valuri kalorifiċi hawnhekk ma japplikax.

    12.   Is-Settur tat-Trasformazzjoni Totali

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils użati għall-konverżjoni primarja jew sekondarja tal-enerġija (eż. mill-gass naturali għall-elettriku) jew għat-trasformazzjoni fi prodotti tal-enerġija derivati (eż. mill-gass naturali għall-metanol).

    12.1.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    12.2.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku tal-Awtoprodutturi

    12.3.   Li minnhom: Impjanti tas-CHP Produtturi tal-Attività Ewlenija

    12.4.   Li minnhom: Impjanti tas-CHP tal-Awtoprodutturi

    12.5.   Li minnhom: Impjanti tas-Sħana tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    12.6.   Li minnhom: Impjanti tas-Sħana tal-Awtoprodutturi

    12.7.   Li minnhom: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    12.8.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    12.9.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    12.10.   Li minnhom: Minn gass għal likwidi

    Il-kwantitajiet ta’ gass naturali użati bħala materja prima għall-konverżjoni għal likwidi, eż. il-kwantitajiet ta’ fjuwil li jiddaħħal fil-proċess tal-produzzjoni tal-metanol għat-trasformazzjoni f’metanol.

    12.11.   Li minnhom: Mhux Speċifikat — It-Trasformazzjoni

    2.2.2.   Is-Settur tal-Enerġija

    1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

    1.1.   Li minnhom: Minjieri tal-Faħam

    1.2.   Li minnhom: Estrazzjoni taż-Żejt u l-Faħam

    1.3.   Li minnhom: L-Inputs fir-raffineriji taż-żejt

    1.4.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    1.5.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    1.6.   Li minnhom: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    1.7.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

    1.8.   Li minnhom: Il-Likwefazzjoni (l-LNG) jew il-Gassifikazzjoni

    1.9.   Li minnhom: Minn Gass għal Likwidi

    1.10.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Enerġija

    2.   It-telf tad-distribuzzjoni u t-trasport.

    2.2.3.   Speċifikazzjoni tal-użu finali tal-enerġija

    Il-konsum tal-gass naturali jeħtieġ li jiġi rrappurtat kemm għall-użu tal-enerġija u (fejn hu l-każ) għall-użu mhux għall-enerġija b’mod separat, għall-aggregati kollha li ġejjin:

    1.   Il-Konsum Finali Totali

    Il-konsum finali tal-enerġija u l-użu mhux għall-enerġija għandhom ikunu ddikjarati separatament taħt din l-intestatura.

    2.   Is-Settur tat-Trasport

    2.1.   Li minnhom: Trasport bit-triq

    Jinkludi kemm is-CNG kif ukoll il-bijogass.

    2.1.1.   Li minnhom: Il-frazzjoni tal-bijogass fit-Trasport bit-Triq

    2.2.   Li minnhom: It-trasport bil-pipelines

    2.3.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Trasport

    3.   Is-Settur tal-Industrija

    3.1.   Li minnhom: Il-Ħadid u l-Azzar

    3.2.   Li minnhom: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

    3.3.   Li minnhom: Metalli li ma fihomx Ħadid

    3.4.   Li minnhom: Minerali li mhumiex Metalliċi

    3.5.   Li minnhom: Tagħmir tat-Trasport

    3.6.   Li minnhom: Makkinarju

    3.7.   Li minnhom: Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

    3.8.   Li minnhom: Ikel, Xorb u Tabakk:

    3.9.   Li minnhom: Polpa, Karta u Stampar

    3.10.   Li minnhom: Injam u Prodotti tal-Injam

    3.11.   Li minnhom: Kostruzzjoni

    3.12.   Li minnhom: It-Tessuti u l-Ġilda

    3.13.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Industrija

    4.   Setturi Oħrajn

    4.1.   Li minnhom: Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

    4.2.   Li minnhom: Residenzjali

    4.2.1.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin ta’ spazju:

    4.2.2.   Residenzjali, li minnhom: Tkessiħ ta’ spazju:

    4.2.3.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin tal-ilma

    4.2.4.   Residenzjali, li minnhom: Tisjir

    4.2.5.   Residenzjali, li minnhom: Użi finali oħra

    4.3.   Li minnhom: Agrikoltura/Forestrija

    4.4.   Li minnhom: Sajd

    4.5.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Oħrajn

    2.2.4.   Importazzjonijiet u esportazzjonijiet

    Jridu jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet totali tal-gass naturali kif ukoll il-parti minnu li hija LNG, skont il-pajjiż tal-oriġini għall-importazzjonijiet u skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għall-esportazzjonijiet.

    2.2.5.   Il-Kapaċitajiet tal-Ħażna tal-Gass

    1.   Isem

    Isem is-sit tal-faċilità tal-ħażna.

    2.   Tip

    It-tip ta’ ħażna, bħal faċilità tal-gass żvojtata, kaverna tal-melħ, eċċ.

    3.   Il-Kapaċità tal-Ħidma

    Il-kapaċità totali għall-ħażna tal-gass, mingħajr il-cushion gas. Il-cushion gas huwa l-volum totali ta’ gass meħtieġ bħala inventarju permanenti biex jinżammu pressjonijiet adegwati fil-ġibjun tal-ħażna ta’ taħt l-art u rati ta’ kapaċità ta’ konsenja matul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni.

    4.   L-Ogħla Livell ta’ Produzzjoni

    Ir-rata massima meta l-gass jista’ jiġi rtirat mill-ħażna kkonċernata; din tikkorrispondi għall-kapaċità massima tal-irtirar.

    2.3.   Unitajiet ta’ kejl

    1.

    Il-kwantitajiet tal-enerġija

    Ħlief jekk tkun indikata xi ħaġa differenti, il-kwantitajiet ta’ gass naturali jiġu ddikjarati skont il-kontenut tal-enerġija tagħhom, jiġifieri f’TJ, ibbażat fuq il-valur kalorifiku gross.

    Fejn ikunu meħtieġa l-kwantitajiet fiżiċi, l-unità hija f’106 m3 jekk wieħed jassumi kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101,325 kPa).

    2.

    Il-valuri kalorifiċi

    kJ/m3, jekk wieħed jassumi l-kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gass (15 °C, 101,325 kPa).

    3.

    Il-kapaċità ta’ ħidma tal-ħażna

    106m3, jekk wieħed jassumi l-kundizzjonijiet ta’ referenza għall-gass (15 °C, 101,325 kPa).

    4.

    L-ogħla livell ta’ produzzjoni

    106m3/jum, jekk wieħed jassumi kondizzjonijiet ta’ referenza għall-gassijiet (15 °C, 101,325 kPa).

    2.4.   Derogi u eżenzjonijiet

    Mhumiex applikabbli.

    3.   ELETTRIKU U SĦANA

    3.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

    Dan il-kapitolu jkopri s-sħana u l-elettriku.

    3.2.   Lista tal-aggregati

    Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tkun iddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

    L-Anness A japplika għal spjegazzjonijiet tat-termini li mhix provduta spjegazzjoni speċifika għalihom f’dan il-kapitolu. Id-definizzjonijiet u l-unitajiet li jissemmew fil-Kapitoli 1, 2, 4 u 5 japplikaw għall-prodotti tal-enerġija li jappartjenu għall-fjuwils solidi u għall-gassijiet manifatturati, għall-gass naturali, għall-prodotti taż-żejt u taż-żejt mhux raffinat, u għall-enerġija rinnovabbli u għall-enerġija mill-iskart.

    3.2.1.   Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

    Id-definizzjonijiet speċifiċi li ġejjin japplikaw għall-aggregati għall-elettriku u għas-sħana f’dan il-kapitolu:

    Il-Produzzjoni Gross tal-Elettriku is-somma tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika mis-settijiet li jiġġeneraw kollha kkonċernati (inkluż il-ħżin ippompjat) imkejla fit-terminali tal-produzzjoni tal-ġeneraturi ewlenin,

    Il-Produzzjoni Grossa tas-Sħana: is-sħana totali prodotta mill-installazzjoni u li tinkludi s-sħana użata mill-awżiljarji tal-installazzjoni li jużaw fluwidu sħun (it-tisħin tal-ispazju, it-tisħin tal-fjuwil likwidu, eċċ.) u t-telf fl-iskambji tas-sħana tal-installazzjoni/tan-network, kif ukoll is-sħana mill-proċessi kimiċi użati bħala forma primarja tal-enerġija,

    Il-Produzzjoni Netta tal-Elettriku il-produzzjoni gross tal-elettriku mingħajr l-enerġija elettrika assorbita mill-awżiljarji li jiġġeneraw u t-telf fit-trasformaturi tal-ġeneratur ewlieni,

    Il-Produzzjoni Netta tas-Sħana is-sħana pprovduta lis-sistema tad-distribuzzjoni kif stabbilita mill-qisien tal-flussi li ħerġin ’il barra u dawk li jirritornaw.

    L-aggregati msemmija fit-tabella li jmiss iridu jkunu ddikjarati b’mod separat għall-impjanti produtturi tal-attività ewlenija u għall-impjanti tal-awtoprodutturi. F’dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, għall-impjanti tal-elettriku biss, għal dawk tas-CHP u għall-impjanti tas-sħana biss, għall-aggregati li ġejjin, iridu jiġu ddikjarati kemm il-produzzjoni netta kif ukoll dik grossa tal-elettriku u tas-sħana b’mod separat kulfejn japplika:

    1.   Il-Produzzjoni Totali

    1.1.   Li minnhom: Nukleari

    1.2.   Li minnhom: Idro

    1.2.1.   Li minnu: parti mill-idro prodotta mill-ħżin ippompjat

    1.3.   Li minnhom: Ġeotermali

    1.4.   Li minnhom: Solari

    1.5.   Li minnhom: Mill-marea, mill-mewġ, mill-oċean

    1.6.   Li minnhom: Mir-riħ

    1.7.   Li minnhom: Fjuwils kombustibbli

    Il-fjuwils li kapaċi jieħdu n-nar jew jinħarqu, jiġifieri li jagħmlu reazzjoni mal-ossiġnu biex tkun prodotta żieda sinifikanti fit-temperatura u li jinħarqu direttament għall-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana.

    1.8.   Li minnhom: Pompi tas-Sħana

    Il-produzzjoni tas-sħana mill-pompi tas-sħana biss fejn is-sħana tinbiegħ lil partijiet terzi (jiġifieri f’każi fejn il-produzzjoni sseħħ fis-Settur tat-Trasformazzjoni).

    1.9.   Li minnhom: Bojlers Elettriċi

    Il-kwantitajiet ta’ sħana mill-bojlers elettriċi fejn il-produzzjoni tinbiegħ lil partijiet terzi.

    1.10.   Li minnhom: Sħana minn Proċessi Kimiċi

    Is-sħana li toriġina minn proċessi mingħajr enerġija bħala input, bħal reazzjoni kimika.

    Eskluża s-sħana ta’ skart li toriġina minn proċessi li jeħtieġu l-enerġija, li trid tiġi rrappurtata bħala sħana prodotta mill-fjuwil korrispondenti.

    1.11.   Li minnhom: Sorsi Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika)

    Fejn japplika, l-aggregati msemmija fit-tabella li jmiss iridu jkunu ddikjarati bħala totali, għall-elettriku u għas-sħana b’mod separat. Għall-ewwel tliet aggregati fit-tabella li jmiss, il-kwantitajiet għandhom jiġu kkalkulati mill-valuri ddikjarati skont it-tabella preċedenti u għandhom ikunu kompatibbli magħhom.

    1.   Il-Produzzjoni Grossa Totali

    2.   L-Użu mill-Impjant Innifsu

    3.   Il-Produzzjoni Netta Totali

    4.   Importazzjonijiet

    Ara wkoll l-ispjegazzjoni taħt 5 ‘L-esportazzjonijiet’.

    5.   Esportazzjonijiet

    L-ammonti ta’ elettriku jitqiesu bħala importati jew esportati meta jkunu qasmu l-fruntieri politiċi tal-pajjiż, kemm jekk kien hemm awtorizzazzjoni doganali u kemm jekk le. Jekk l-elettriku jgħaddi minn pajjiż, l-ammont għandu jiġi rrappurtat kemm bħala importazzjoni kif ukoll bħala esportazzjoni.

    6.   Użati għall-Pompi tas-Sħana

    7.   Użati għall-Boilers tal-Istim li jaħdmu bl-Elettriku

    8.   Użati għall-Ħżin Ippumpjat

    9.   Użati għall-Produzzjoni tal-Elettriku

    10.   Enerġija Pprovduta

    Għall-elettriku: is-somma tal-produzzjoni netta tal-enerġija elettrika pprovduta mill-impjanti tal-enerġija kollha fil-pajjiż, imnaqqsa bl-ammont użat fl-istess ħin għall-pompi tas-sħana, għall-bojlers tal-fwar li jaħdmu bl-elettriku, għall-ippompjar u mnaqqsa jew miżjuda bl-esportazzjonijiet għal jew bl-importazzjonijiet minn barra.

    Għas-sħana: is-somma tal-produzzjoni netta tas-sħana għall-bejgħ mill-impjanti kollha f’pajjiż, imnaqqsa bis-sħana użata għall-produzzjoni tal-elettriku u mnaqqsa jew miżjuda bl-esportazzjonijiet jew bl-importazzjonijiet minn barra.

    11.   It-Telf mit-Trażmissjoni u mid-Distribuzzjoni

    It-telf kollu minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika u tas-sħana.

    Għall-elettriku, jinkludi t-telf fit-trasformaturi li ma jitqisux bħala partijiet integrali mill-impjanti tal-enerġija.

    12.   Il-Konsum Totali (kalkulat)

    13.   Id-Differenza Statistika

    14.   Il-Konsum Totali (osservat)

    L-elettriku prodott, is-sħana mibjugħa u l-kwantitajiet ta’ fjuwils użati, inkluża l-enerġija totali korrispondenti tagħhom mill-kombustibbli li ġew elenkati fit-tabella li jmiss għandhom jiġu ddikjarati separatament għall-impjanti produtturi tal-attività ewlenija u għall-impjanti awtoprodutturi. Skont il-każ, dawn iż-żewġ tipi ta’ impjanti, din il-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana trid tiġi ddikjarata għall-impjanti tal-elettriku (biss), għal dawk tas-CHP u għall-impjanti tas-sħana (biss) b’mod separat:

    1.   Il-fjuwils solidi u l-gassijiet manifatturati:

    1.1.   Antraċite

    1.2.   Il-Faħam għall-Kokk

    1.3.   Faħam Bituminuż ieħor

    1.4.   Faħam Subbituminuż

    1.5.   Il-Linjite

    1.6.   Pit

    1.7.   Fjuwil bil-Privattiva

    1.8.   Kokk tal-Ifran tal-Kokk

    1.9.   Kokk tal-Gass

    1.10.   Qatran tal-Faħam

    1.11.   BKB (il-Maltunelli tal-Faħam Kannella)

    1.12.   Il-Gass tal-Impjanti tal-Gass

    1.13.   Gass tal-Ifran tal-Kokk

    1.14.   Gass tal-Kalkari tal-Funderiji

    1.15.   Gassijiet irkuprati oħrajn

    1.16.   Il-Prodotti tal-Pit

    1.17.   Ix-xejl taż-żejt u r-ramel taż-żejt

    2.   Prodotti taż-Żejt u taż-Żejt mhux Raffinat:

    2.1.   Żejt Mhux Maħdum

    2.2.   NGL

    2.3.   Il-Gass tar-Raffineriji

    2.4.   LPG

    2.5.   Nafta

    2.6.   Jet fuel tat-tip tal-Pitrolju

    2.7.   Pitrolju Ieħor

    2.8.   Gass/Diżil (Żejt tal-Fjuwil Distillat)

    2.9.   Żejt tal-Fjuwil Tqil

    2.10.   Il-Bitum (Inkluż l-Orimulsion)

    2.11.   Kokk taż-Żejt mhux Raffinat

    2.12.   Prodotti Oħrajn taż-Żejt

    3.   Il-Gass Naturali

    4.   L-Enerġija Rinnovabbli u l-Enerġija mill-Iskart

    4.1.   L-Iskart Industrijali (Mhux Rinnovabbli)

    4.2.   L-Iskart Muniċipali (Rinnovabbli)

    4.3.   L-Iskart Muniċipali (Mhux Rinnovabbli)

    4.4.   Il-bijofjuwils solidi

    4.5.   Il-Bijogassijiet

    4.6.   Il-Bijodiżils

    4.7.   Bijofjuwils Likwidi Oħra

    3.2.2.   Il-konsum tal-elettriku u tas-sħana fis-Settur tal-Enerġija

    1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

    Jeskludi l-użu mill-impjant stess, użat għall-ħżin ippumpjat, għall-pompi tas-sħana u għall-bojlers elettriċi.

    1.1.   Li minnhom: Minjieri tal-Faħam

    1.2.   Li minnhom: L-Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

    1.3.   Li minnhom: Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

    1.4.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    1.5.   Li minnhom: Impjanti tal-BKB/PB

    1.6.   Li minnhom: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    1.7.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    1.8.   Li minnhom: Ir-Raffineriji taż-Żejt mhux Raffinat

    1.9.   Li minnhom: L-Industrija Nukleari

    1.10.   Li minnhom: Impjanti tal-Likwefazzjoni tal-Faħam

    1.11.   Li minnhom: L-Impjanti tal-Likwifikazzjoni (LNG)/tar-Rigassifikazzjoni

    1.12.   Li minnhom: Impjanti tal-Gassifikazzjoni (il-bijogass)

    1.13.   Li minnhom: Minn Gass għal Likwidi

    1.14.   Li minnhom: Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

    1.15.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Enerġija

    3.2.3.   Speċifikazzjoni tal-użu finali tal-enerġija

    1.   Is-Settur tal-Industrija

    1.1.   Li minnhom: Il-Ħadid u l-Azzar

    1.2.   Li minnhom: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

    1.3.   Li minnhom: Metalli li ma fihomx Ħadid

    1.4.   Li minnhom: Minerali li mhumiex Metalliċi

    1.5.   Li minnhom: Tagħmir tat-Trasport

    1.6.   Li minnhom: Makkinarju

    1.7.   Li minnhom: Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

    1.8.   Li minnhom: Ikel, Xorb u Tabakk

    1.9.   Li minnhom: Polpa, Karta u Stampar

    1.10.   Li minnhom: Injam u Prodotti tal-Injam

    1.11.   Li minnhom: Kostruzzjoni

    1.12.   Li minnhom: It-Tessuti u l-Ġilda

    1.13.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Industrija

    2.   Is-Settur tat-Trasport

    2.1.   Li minnhom: Il-Ferroviji

    2.2.   Li minnhom: It-trasport bil-pipelines

    2.3.   Li minnhom: Fuq it-triq

    2.4.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Trasport

    3.   Is-Settur Residenzjali

    3.1.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin ta’ spazju:

    3.2.   Residenzjali, li minnhom: Tkessiħ ta’ spazju:

    3.3.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin tal-ilma

    3.4.   Residenzjali, li minnhom: Tisjir

    3.5.   Residenzjali, li minnhom: Illuminazzjoni u tagħmir elettriku

    Dan japplika biss għall-elettriku.

    3.6.   Residenzjali, li minnhom: Użi finali oħra

    4.   Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

    5.   Agrikoltura/Forestrija

    6.   Sajd

    7.   Mhux Speċifikat Band’Oħra — Oħrajn

    3.2.4.   Importazzjonijiet u esportazzjonijiet

    L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ kwantitajiet ta’ enerġija ta’ elettriku u sħana skont il-pajjiż.

    3.2.5.   Il-produzzjoni netta tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-produzzjoni netta tas-sħana mill-awtoprodutturi

    Il-produzzjoni netta tal-elettriku u l-ġenerazzjoni netta tas-sħana mill-awtoprodutturi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u tal-produzzjoni tas-sħana għandhom jiġu ddikjarati għall-impjanti tas-CHP, għall-impjanti tal-elettriku (biss) u għall-impjanti tas-sħana (biss) b’mod separat, fl-impjanti jew fl-attivitajiet li ġejjin:

    1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

    1.1.   Li minnhom: Minjieri tal-Faħam

    1.2.   Li minnhom: L-Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

    1.3.   Li minnhom: Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

    1.4.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    1.5.   Li minnhom: Impjanti tal-BKB/PB

    1.6.   Li minnhom: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    1.7.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    1.8.   Li minnhom: Ir-Raffineriji taż-Żejt mhux Raffinat

    1.9.   Li minnhom: Impjanti tal-Likwefazzjoni tal-Faħam

    1.10.   Li minnhom: L-Impjanti tal-Likwifikazzjoni (LNG)/tar-Rigassifikazzjoni

    1.11.   Li minnhom: Impjanti tal-Gassifikazzjoni (il-bijogass)

    1.12.   Li minnhom: Minn Gass għal Likwidi

    1.13.   Li minnhom: Impjanti tal-Produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

    1.14.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Enerġija

    2.   Is-Settur tat-Trasport

    2.1.   Li minnhom: Il-Ferroviji

    2.2.   Li minnhom: It-trasport bil-pipelines

    2.3.   Li minnhom: Fuq it-triq

    2.4.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – Trasport

    3.   Is-setturi l-oħrajn kollha: identiċi għal-lista tal-aggregati kif hemm fit-‘3.2.3 L-ispeċifikazzjoni tal-użu finali tal-enerġija’.

    3.3.   Dejta strutturali dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana

    3.3.1.   Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima u l-Ogħla Livell ta’ Tagħbija

    Il-kapaċità għandha tiġi rrappurtata fil-31 ta’ Diċembru tas-sena rrappurtata rilevanti.

    Tinkludi l-kapaċità elettrika kemm tal-impjanti tal-elettriku (biss) kif ukoll tal-impjanti tas-CHP.

    Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima hija s-somma tal-kapaċitajiet netti massimi tal-impjanti kollha meħuda b’mod individwali matul perjodu partikolari ta’ ħidma. Il-perjodu ta’ ħidma li wieħed jassumi għall-finijiet preżenti li għaddej b’mod kontinwu: fil-prattika 15-il siegħa jew aktar fil-jum. Il-kapaċità netta massima hija l-enerġija massima li wieħed jassumi li hija l-unika enerġija attiva li tista’ tkun ipprovduta, b’mod kontinwu, bl-impjanti kollha qed jaħdmu, fil-punt tal-ħruġ tan-network. It-Tagħbija Massima hija definita bħala l-ogħla valur ta’ enerġija assorbita jew provduta minn network jew minn kombinazzjoni ta’ netwerks fil-pajjiż.

    Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima trid tiġi ddikjarata kemm fil-każ tal-produtturi ta’ attività ewlenija kif ukoll fil-każ tal-awtoprodutturi:

    1.   Total

    2.   Nukleari

    3.   Idro

    3.1.   Li minnu: impjanti mħalltin

    3.2.   Li minnu: ħżin ippompjat pur

    4.   Ġeotermali

    5.   Fotovoltajka tax-xemx

    6.   Termali tax-xemx

    7.   Mill-marea, mill-mewġ, mill-oċean

    8.   Mir-riħ

    9.   Fjuwils kombustibbli

    9.1.   Li minnhom: L-Istim

    9.2.   Li minnhom: Il-kombustjoni interna

    9.3.   Li minnhom: It-turbina tal-gass

    9.4.   Li minnhom: Iċ-Ċiklu kkombinat

    9.5.   Li minnhom: Oħrajn

    Jekk iddikjarati, għandhom jiġu speċifikati.

    L-informazzjoni li ġejja dwar it-tagħbija massima trid tiġi ddikjarata għan-netwerk:

    10.   Tagħbija massima

    11.   Il-kapaċità disponibbli fil-mument ta’ tagħbija massima

    12.   Id-data u l-ħin ta’ meta jkun hemm l-ogħla livell ta’ tagħbija

    3.3.2.   Il-Kapaċità Elettrika Netta Massima tal-Kombustibbli

    Trid tiġi ddikjarata l-kapaċità elettrika netta massima tal-kombustibbli kemm fil-każ tal-produtturi ta’ attività ewlenija kif ukoll fil-każ tal-awtoprodutturi, u b’mod separat għal kull tip ta’ impjant li jaħdem bi fjuwil wieħed (single-fired) jew b’aktar-minn fjuwil wieħed (multi-fired) li jissemma fit-tabella li jmiss. L-indikazzjonijiet dwar liema tip ta’ fjuwil jintuża bħala fjuwil primarju u alternat iridu jiġu miżjuda għall-każi kollha ta’ impjanti li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed.

    1.   Jaħdem bi Fjuwil Wieħed:

    1.1.   Jaħdem bil-Faħam jew bil-prodotti tal-faħam

    Jinkludi l-kapaċità tal-gass tal-ifran tal-kokk, tal-gass tal-kalkari tal-funderijia u tal-gass tal-forn tal-ossiġnu għall-azzar.

    1.2.   Jaħdem bi Fjuwils Likwidi

    Jinkludi l-kapaċità tal-gass tar-raffineriji.

    1.3.   Jaħdem bil-Gass Naturali

    Jinkludi l-kapaċità tal-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass.

    1.4.   Jaħdem bil-Pit

    1.5.   Jaħdem bil-Kombustibbli rinnovabbli u bl-iskart tagħhom

    2.   Jaħdem b’Aktar minn Fjuwil Wieħed, Solidi u Likwidi

    3.   Jaħdem b’Aktar minn Fjuwil Wieħed, Solidi u Gass Naturali

    4.   Jaħdem b’Aktar minn Fjuwil Wieħed, Likwidi u Gass Naturali

    5.   Jaħdem b’Aktar minn Fjuwil Wieħed, Solidi, Likwidi u Gass Naturali

    Is-sistemi li jaħdmu b’aktar minn fjuwil wieħed jinkludu biss unitajiet li jistgħu jaħarqu aktar minn tip ta’ fjuwil wieħed fuq bażi kontinwa. L-impjanti li għandhom unitajiet separati li jużaw fjuwils differenti għandhom ikunu maqsuma fil-kategoriji adatti ta’ fjuwils uniċi.

    3.4.   Dejta dwar l-enerġija nukleari

    Trid tiġi ddikjarata d-dejta li ġejja rigward l-użu ċivili tal-enerġija nukleari:

    1.

    Il-kapaċità ta’ arrikkiment

    Il-kapaċità ta’ ħidma separattiva annwali tal-impjanti operazzjonali ta’ arrikkiment (separazzjoni isotopika tal-Uranju).

    2.

    Kapaċità tal-produzzjoni ta’ elementi ta’ fjuwil ġdid

    Il-kapaċità ta’ produzzjoni annwali tal-impjanti li jiffabbrikaw il-fjuwil. Huma esklużi l-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX.

    3.

    Kapaċità tal-produzzjoni ta’ elementi ta’ impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX

    Kapaċità tal-produzzjoni annwali tal-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX. Il-fjuwil MOX jinkludi taħlita ta’ plutonju u Uranju (Ossidu Mħallat).

    4.

    Produzzjoni ta’ elementi ta’ fjuwil ġdid

    Produzzjoni ta’ elementi lesti ta’ fjuwil ġdid fl-impjanti nukleari tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil. Mhumiex inklużi l-vireg jew prodotti parzjali oħrajn. Huma esklużi wkoll l-impjanti ta’ fabbrikazzjoni li jipproduċu l-fjuwil MOX.

    5.

    Produzzjoni ta’ elementi ta’ fjuwil MOX

    Il-produzzjoni ta’ elementi lesti ta’ fjuwil ġdid fl-impjanti tal-fabbrikazzjoni tal-fjuwil MOX. Mhumiex inklużi l-vireg jew prodotti parzjali oħrajn.

    6.

    Il-produzzjoni ta’ enerġija nukleari

    L-ammont totali ta’ sħana ġġenerata minn reatturi nukleari għall-produzzjoni tal-elettriku jew għal applikazzjonijiet oħra utli ta’ sħana.

    7.

    Il-medja annwali ta’ użu ta’ elementi ta’ fjuwil irradjati li jintilfu definittivament

    Il-medja kkalkulata tal-użu tal-elementi tal-fjuwil li jkunu ntilfu definittivament mir-reatturi nukleari tul is-sena ta’ referenza kkonċernata. Esklużi l-elementi tal-fjuwil li jintilfu biss temporanjament u li x’aktarx jerġgħu jintużaw aktar tard.

    8.

    Il-produzzjoni tal-Uranju u l-Plutonju fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid

    L-Uranju u Plutonju prodotti tul is-sena ta’ referenza fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid.

    9.

    Il-kapaċità (tal-Uranju u l-Plutonju) fl-impjanti tal-ipproċessar mill-ġdid.

    Il-kapaċità annwali ta’ pproċessar mill-ġdid tal-Uranju u l-Plutonju.

    3.5.   Unitajiet ta’ kejl

    1.

    Il-kwantitajiet tal-enerġija

    L-elettriku: GWh

    Sħana: TJ

    Il-fjuwils solidi u l-gassijiet manifatturati: japplikaw l-unitajiet tal-kejl fil-Kapitolu 1 ta’ dan l-anness.

    Il-gass naturali: japplikaw l-unitajiet tal-kejl fil-kapitolu 2 ta’ dan l-anness.

    Il-prodotti taż-żejt raffinat u taż-żejt mhux raffinat: japplikaw l-unitajiet tal-kejl fil-kapitolu 4 ta’ dan l-anness.

    Ir-riżorsi rinnovabbli u l-iskart: japplikaw l-unitajiet tal-kejl fil-kapitolu 5 ta’ dan l-anness.

    L-Uranju u l-Plutonju: tHM (tunnellati ta’ metall tqil).

    2.

    Kapaċità

    Il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku: MWe

    Il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tas-sħana: MWt

    Il-kapaċità tal-arrikkiment (separazzjoni isotopika tal-Uranju): tSWU (tunnellati ta’ Unitajiet ta’ Xogħol Separattiv).

    Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ elementi ta’ fjuwils ġodda: tHM (tunnellati ta’ metall tqil).

    3.6.   Derogi u eżenzjonijiet

    Franza għandha deroga rigward l-irrappurtar tal-aggregati relatati mat-tisħin. Din id-deroga għandha tispiċċa hekk kif Franza tkun tista’ tippreżenta dan ir-rapport u, f’kull każ, mhux iktar tard minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    4.   IŻ-ŻEJT U L-PRODOTTI TAŻ-ŻEJT MHUX RAFFINAT

    4.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

    Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor, din il-ġabra ta’ dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija li ġejjin kollha:

    Il-Prodott tal-Enerġija

    Definizzjoni

    1.

    Żejt Mhux Maħdum

    Iż-żejt mhux raffinat huwa żejt minerali ta’ oriġini naturali li jinkludi taħlita ta’ idrokarboni u impuritajiet assoċjati, bħall-kubrit. Jeżisti fil-fażi likwida f’temperatura u pressjoni tas-superfiċi normali u l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu (id-densità, il-viskożità, eċċ.) huma ferm varjabbli. Jeżisti fil-fażi likwida f’temperatura u pressjoni tas-superfiċi normali u l-karatteristiċi fiżiċi tiegħu (id-densità, il-viskożità, eċċ.) huma ferm varjabbli. Din il-kategorija tinkludi l-kondensati tal-impjant ta’ trattament jew taż-żona ta’ sfruttament irkuprati minn gassijiet assoċjati jew mhux-assoċjati fejn jiġu mħallta mal-fluss ta’ żejt kummerċjali mhux raffinat.

    2.

    NGL

    L-NGL huma idrokarboni likwidi jew illikwifikati rkuprati mill-gass naturali f’faċilitajiet ta’ separazzjoni jew f’impjanti tal-ipproċessar tal-gass. Il-likwidi tal-gass naturali jinkludu l-etanu, il-propan, il-butan (normali u iso-), il-pentan (iso) u l-pentani plus (xi drabi jissejħu fjuwil likwidu naturali jew kondensat tal-impjant).

    3.

    Il-Materja Prima tar-Raffineriji

    Il-materja prima tar-raffineriji hija ż-żejt ipproċessat iddestinat għal aktar ipproċessar (eż. żejt tal-fjuwil ta’ distillazzjoni diretta jew żejt tal-gass tal-vakwu) ħlief għat-taħlit. B’aktar ipproċessar, se tkun ittrasformata f’komponent wieħed jew akar u/jew fi prodotti rfinuti. Din id-definizzjoni tkopri wkoll il-prodotti li jgħaddu lura mill-industrija petrokimika għall-industrija tar-raffinar (eż. il-gażolina bil-piroliżi, il-frazzjonijiet C4, il-frazzjonijiet taż-żejt tal-gass u taż-żejt tal-fjuwil).

    4.

    Addittivi/ Ossiġenati

    L-addittivi huma sustanzi mhux idrokarboni miżjuda jew imħallta ma’ prodott biex ikunu mmodifikati l-proprjetajiet tal-fjuwil (l-ottan, is-cetane, il-proprjetajiet kesħin, eċċ.):

    l-ossiġenati, bħall-alkoħol (il-metanol, l-etanol), l-eteri (bħall-MTBE (metil butil terzjarju eteru), l-ETBE (etil terzjarju butil eteru), it-TAME (eteru metil amil terzjarju)),

    l-esteri (eż. iż-żerriegħa taż-żejt tar-rapa jew id-dimetilester, eċċ.),

    it-taħlitiet kimiċi (bħat-TML, it-TEL u d-deterġenti).

    Nota: Il-kwantitajiet ta’ addittivi/ossiġenati (alkoħol, eteri, esters u sustanzi kimiċi oħra) li ġew rrappurtati f’din il-kategorija għandhom jirrelataw mal-kwantitajiet iddestinati biex jitħalltu mal-fjuwils jew għal użu bħala fjuwil.

    4.1.

    Li minnhom: Bijofjuwils

    Il-Bijogażolina u l-Bijodiżils. Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 5, Enerġija Rinnovabli u l-Enerġija mill-Iskart.

    Il-kwantitajiet ta’ bijofjuwils likwidi rrappurtati f’din il-kategorija jirrelataw mal-bijofjuwil u mhux mal-volum totali tal-likwidi li fihom jiġu mħallta l-bijofjuwils.

    Eskluż il-kummerċ kollu tal-bijofjuwils li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils tat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom); dawn għandhom jiġu rrapportati kif hemm fil-Kapitolu 5. Il-bijofjuwils ikkummerċjati bħala parti mill-fjuwils tat-trasport għandhom ikunu rrrappurtati fil-prodott xieraq fejn jiġi indikat il-porzjon ta’ bijofjuwil.

    5.

    Oħrajn Idrokarboni Oħra

    Żejt mhux raffinat sintetiku minn ramliet tal-qatran, minn żejt li jittieħed mix-shale tal-bitum, eċċ., likwidi mil-likwefazzjoni tal-faħam (ara l-Kapitolu 1), il-produzzjoni ta’ likwidi mill-konverżjoni tal-gass naturali f’gażolina (ara l-Kapitolu 2), l-idroġenu u ż-żjut emulsifikati (eż. l-Orimulsion).

    Eskluża l-produzzjoni tax-shale taż-żejt, li għaliha japplika l-Kapitolu 1.

    Il-produzzjoni taż-żejt li jittieħed mix-shale tal-bitum (prodott sekondarju) għandha tiġi rrappurtata bħala ‘Minn sorsi oħra’ fil-‘kategrija Idrokarboni Oħra’.

    6.

    Il-Gass tar-Raffineriji (mhux likwifikat)

    Il-gass tar-raffineriji jinkludi taħlita ta’ gassijiet li mhumiex kondensibbli, li prinċipalment jikkonsisti mill-idroġenu, mill-metanu, mill-etanu u mill-olefini miksuba waqt id-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat jew it-trattament tal-prodotti taż-żejt (eż. cracking) fir-raffineriji. Dan jinkludi wkoll il-gassijiet li jiġu rritornati mill-industrija petrokimika.

    7.

    L-Etanu

    Idrokarbonu ta’ katina miftuħa u bil-gass min-natura tiegħu, (C2H6) estratt minn flussi ta’ gass naturali u ta’ gass prodott mir-raffineriji.

    8.

    LPG

    L-LPG huma idrokarboni parafiniċi ħlief derivati mill-impjanti tal-proċessi tar-raffineriji, tal-istabilizzazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-ipproċessar tal-gass naturali. Jikkonsistu prinċipalment minn propan (C3H8) u butan (C4Hl0) jew taħlita tat-tnejn. Jistgħu wkoll jinkludi l-propilene, il-butilene, l-isorpropilene u l-isobutilene. L-LPG normalment ikunu likwifikati taħt pressjoni għat-trasport u għall-ħażna.

    9.

    Nafta

    In-nafta hija materja prima ddestinata jew għall-industrija petrokimika (eż. il-manifattura tal-etilene jew il-produzzjoni tal-aromatiċi) jew għall-produzzjoni tal-gażolina bir-riforma jew bl-iżomerizzazzjoni fir-raffinerija.

    In-nafta tinkludi l-materjal fil-medda tad-distillazzjoni ta’ bejn it-30 °C u l-210 °C jew f’parti minn din il-medda.

    10.

    Il-Gażolina għall-Magni

    Il-gażolina għall-magni tikkonsisti minn taħlita ta’ idrokarboni ħfief li jiddistillaw bejn il-35 °C u l-215 °C. Tintuża bħala fjuwil għall-magni għall-użu fuq l-art bi tqabbid pożittiv. Il-gażolina għall-magni tista’ tinkludi addittivi, ossiġenati u aġenti li jtejbu l-ottanu, inklużi s-sustanzi taċ-ċomb bħat-TEL u t-TML.

    Tinkludi l-komponenti tat-taħlit tal-gażolina għall-magni (esklużi l-addittivi/ossiġenati), eż. l-alkylates, il-gażolina iżomerata, riformata, cracked iddestinata sabiex tintuża bħala gażolina għall-magni rfinuta.

    10.1.

    Li minnhom: Bijogażolina

    Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 5, Enerġija Rinnovabli u l-Enerġija mill-Iskart.

    11.

    Il-Gażolina għall-Avjazzjoni

    Spirtu tal-magni ppreparat speċjalment għall-magni bil-pistuni tal-avjazzjoni, b’numru ta’ ottanu adattat għall-magna, punt tal-iffriżar ta’ – 60 °C u medda ta’ distillazzjoni ġeneralment fi ħdan il-limiti ta’ bejn it-30 °C u l-180 °C.

    12.

    Jet fuel tat-tip tal-gażolina (jet fuel tat-tip nafta jew JP4)

    Dan jinkludi ż-żjut kollha tal-idrokarbonju ħafif għall-użu fl-unitajiet tal-qawwa tat-turbini fl-avjazzjoni, u li jiddistillaw bejn il-100 °C u l-250 °C. Dawn jinkisbu billi jitħalltu l-pitrolji u l-gażolina jew in-nafti b’tali mod li l-kontenut aromatiku ma jeċċedix il-25 % f’volum, u l-pressjoni tal-fwar hija bejn it-13,7 kPa u l-20,6 kPa.

    13.

    Jet fuel tat-tip tal-Pitrolju

    Distillat użat għall-unitajiet tal-enerġija tat-turbini tal-avjazzjoni. Għandu l-istess karatteristiċi tad-distillazzjoni f’temperatura ta’ bejn il-150 °C u t-300 °C (ġeneralment mhux ’il fuq minn 250 °C) u t-temperatura li fiha l-fwar taż-żejt mhux raffinat jista’ jaqbad bħall-pitrolju. Barra minn hekk, għandu speċifikazzjonijiet partikolari (bħall-punt tal-iffriżar) li jiġu stabbiliti mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA).

    Jinkudi l-komponenti tat-taħlit tal-pitrolju.

    13.1.

    Il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

    Bijofjuwils likwidi derivati mill-bijomassa u li jitħalltu ma’ jew jissostitwixxu l-pitrolju tal-ġett.

    14.

    Pitrolju Ieħor

    Distillat taż-żejt mhux raffinat rfinut użat f’setturi li mhumiex tat-trasport bl-inġenji tal-ajru. Jiddistilla bejn il-150 °C u t-300 °C.

    15.

    Iż-Żejt tal-Gass/tad-Diżil (iż-Żejt tal-Fjuwil Iddistillat)

    Iż-żejt tal-gass/tad-diżil huwa primarjament distillat medju li jiddistilla f’temperatura ta’ bejn il-180 °C u t-380 °C. Jinkludi komponenti li jitħalltu. Huma disponibbli diversi gradi, jiddependi mill-użi:

    15.1.

    Li minnhom: Id-dijżil għat-triq

    Żejt tad-diżil għat-triq għall-compression ignition tad-diżil (karozzi, trakkijiet, eċċ.), ġeneralment b’kontenut baxx ta’ kubrit;

    15.1.1.

    Minn 15.1, li minnu: Il-Bijodiżils

    Japplikaw id-definizzjonijiet tal-Kapitolu 5, Enerġija Rinnovabli u l-Enerġija mill-Iskart.

    15.2

    Li minnhom: Iż-Żejt tal-Gass għat-Tisħin u Żejt tal-Gass ieħor

    Żejt ħafif għat-tisħin għal użi industrijali u kummerċjali, id-diżil marittimu u d-diżil użat fit-traffiku tal-ferroviji, żejt tal-gass ieħor li jinkludi ż-żjut tal-gass tqal li jiddistillaw f’temperatura ta’ bejn it-380 °C u l-540 °C u li jintużaw bħala materja prima petrokimika.

    16.

    Żejt tal-Fjuwil

    Żjut tal-fjuwil (tqal) residwali kollha (inklużi dawk li jinkisbu bit-taħlit). Il-viżkożità kinematika hija ’l fuq l-10 cSt f’temperatura ta’ 80 °C. It-temperatura li fiha l-fwar taż-żejt jista’ jaqbad hija dejjem ’il fuq minn 50 °C u d-densità hija dejjem aktar minn 0,90 kg/l.

    16.1.

    Li minnhom: Kontenut Baxx ta’ Kubrit

    Żejt tal-fjuwil tqil b’kontenut ta’ kubrit aktar baxx minn 1 %.

    16.2.

    Li minnhom: Kontenut Għoli ta’ Kubrit

    Żejt tal-fjuwil tqil b’kontenut ta’ kubrit ta’ 1 % jew ogħla.

    17.

    L-Ispirtu Abjad u l-SBP

    Intermedji tad-distillat irfinut b’distillazzjoni fil-medda tan-nafta/tal-pitrolju. Huma suddiviżi bħala:

    —   Spirtu Industrijali (SBP): Żjut ħfief li jiddistillaw bejn it-30 °C u l-200 °C. Hemm 7 jew 8 gradi ta’ spirtu industrijali, jiddependi mill-pożizzjoni tal-qatgħa fil-medda tad-distillazjoni. Il-gradi jiġu definiti skont id-differenza fit-temperatura bejn punti tad-distillazzjoni ta’ volum ta’ 5 % u ta’ volum ta’ 90 % (li mhux aktar minn 60 °C),

    —   Spirtu Abjad: L-ispirtu industrijali b’temperatura li fiha l-fwar taż-żejt mhux raffinat jista’ jaqbad ’il fuq minn 30 °C. Il-medda tad-distillazzjoni tal-ispirtu abjad hija bejn il-135 °C u l-200 °C.

    18.

    Lubrikanti

    Idrokarburi prodotti mid-distillat skont il-prodott; dawn jintużaw primarjament sabiex titnaqqas il-frizzjoni bejn is-superfiċji li jġorru l-piżijiet.

    Jinkludu l-gradi rfinuti kollha taż-żejt ta’ lubrikazzjoni, minn żejt tal-magħżel għal żejt taċ-ċilindri, u dawk kollha li jintużaw fil-griżijiet, fiż-żjut tal-magni u fil-gradi kollha tal-istokks ta’ bażi taż-żejt ta’ lubrikazzjoni.

    19.

    Il-Bitum

    Idrokarbonju solidu, semi-solidu jew viskuż bi strutturi kollojdali, li l-kulur tiegħu jvarja minn kannella sa iswed, miksub bħala residwu fid-distillazzjoni taż-żejt mhux raffinat, bid-distillazzjoni f’vakwu tar-residwi taż-żejt minn distillazzjoni atmosferika. Il-bitum ta’ spiss jissejjaħ asfalt u primarjament jintuża għall-kostruzzjoni tat-toroq u għal materjal għas-soqfa.

    Jinkludi l-bitum fluwidizzat u l-bitum ridott.

    20.

    Ix-Xemgħat tal-Paraffin

    Dawn huma idrokarboni alifatiċi saturati. Din ix-xema’ hija residwu estratta billi titneħħa x-xema’ miż-żjut ta’ lubrikazzjoni. Għandha struttura kristallina li hija ftit jew wisq fina skont il-grad. Il-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma dawn li ġejjin: huma mingħajr kulur, mingħajr riħa u trasluċidi, b’punt ta’ tidwib ’il fuq minn 45 °C.

    21.

    Kokk taż-Żejt mhux Raffinat

    Prodott sekondarju iswed u solidu, miksub prinċipalment bit-tfarrik u bil-karbonizzazzjoni tal-materja prima derivata miż-żejt mhux raffinat, mill-qigħan bil-vakwu, mill-qatran u miż-żiftijiet fi proċessi bħala kkokkjar imdewwem jew ikkokkjar fluwidu. Jikkonsisti prinċipalment mill-karbonju (90 sa 95 %) u għandu kontenut baxx ta’ rmied. Jintuża bħala materja prima fl-ifran tal-kokk għall-industrija tal-azzar, għal finijiet ta’ tisħin, għall-manifattura tal-elettrodi u għall-produzzjoni tal-kimiċi. Iż-żewġ kwalitajiet l-aktar importanti huma ‘il-kokk l-aħdar’ u ‘il-kokk kalċinat’.

    Jinkludi ‘l-kokk katalista’ ddepożitat fuq il-katalista matul il-proċessi ta’ raffinar; dan il-kokk ma jistax jiġi rkuprat u ġeneralment jinħaraq bħala fjuwil tar-raffineriji.

    22.

    Prodotti Oħrajn

    Il-prodotti kollha li ma jissemmewx b’mod speċifiku hawn fuq, pereżempju: il-qatran u l-kubrit.

    Jinkludu l-aromatiċi (eż. il-BTX jew il-benżin, it-toulene u l-xylene) u l-olefini (eż. il-propilene) prodotti fir-raffineriji.

    4.2.   Lista tal-aggregati

    Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tkun iddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

    4.2.1.   Il-provvista ta’ żejt mhux raffinat, NGL, materja prima tar-raffineriji, addittivi u idrokarburi oħrajn

    It-tabella li ġejja tapplika għaż-żejt mhux raffinat, għal-likwidi tal-gass naturali, għall-materja prima tar-raffineriji, għall-addittivi/ossiġenati (u l-parti bijofjuwils tagħhom) u għal idrokarburi oħrajn:

    1.   Il-Produzzjoni Indiġena

    Mhux applikabbli għall-materja prima tar-raffineriji u għall-bijofjuwils.

    2.   Minn Sorsi Oħra: l-Addittivi, il-Bijofjuwils u Idrokarboni Oħra, li l-produzzjoni tagħhom diġà ġiet koperta f’bilanċi oħra ta’ fjuwil.

    Mhux applikabbli għaż-żejt mhux raffinat, għall-NGL u għall-materja prima tar-raffineriji.

    2.1.   Li minnhom: mill-Faħam

    Tinkludi l-likwidi prodotti mill-impjanti tal-likwefazzjoni tal-faħam, il-produzzjoni likwida mill-ifran tal-kokk.

    2.2.   Li minnhom: mill-Gass Naturali

    Il-manifattura tal-gażolina sintetika tista’ teħtieġ il-gass naturali bħala materja prima. L-ammont ta’ gass għall-manifattura tal-metanol tiġi ddikjarata skont il-Kapitolu 2, filwaqt li l-irċevuti tal-metanol jiġu ddikjarati hawnhekk.

    2.3.   Li minnhom: mir-Riżorsi Rinnovabbli

    Tinkludi l-bijofjuwils li qegħdin biex jitħalltu mal-fjuwils tat-trasport.

    Il-Produzzjoni tiġi ddikjarata kif hemm fil-Kapitolu 5, filwaqt li l-ammonti għat-taħlit jiġu ddikjarati hawnhekk.

    3.   Ritorn ta’ Flussi Mis-Settur Petrokimiku

    Il-prodotti rfinuti jew semirfinuti li jiġu rritornati mill-konsumaturi finali lir-raffineriji għall-ipproċessar, għat-taħlit jew għall-bejgħ. Ġeneralment ikunu prodotti sekondarji tal-manifattura petrokimika.

    Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

    4.   Il-Prodotti Trasferiti

    Il-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali.

    Applikabbli biss għall-materja prima tar-raffineriji.

    5.   Esportazzjonijiet u importazzjonijiet

    Jinkludu l-kwantitajiet ta’ żejt mhux raffinat u ta’ prodotti importati jew esportati skont ftehimiet ta’ pproċessar (jiġifieri raffinar akkont). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGLs għandhom jiġu rrapportati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-oriġini aħħarija; il-materja prima tar-raffineriji u l-prodotti raffinati għandhom jiġu rrapportati bħala li ġejjin mill-pajjiż tal-aħħar kunsinna.

    Jinkludu kwalunkwe likwidu tal-gass (eż. l-LPG) estratt matul ir-rigassifikazzjoni tal-gass naturali likwifikat importat u tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati jew esportati direttament mill-industrija petrokimika.

    Nota: Il-kummerċ kollu ta’ bijofjuwils li ma jkunux tħalltu mal-fjuwils użati għat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom) għandu jiġi rrappurtat fil-Kwestjonarju dwar ir-Rinnovabbli.

    L-esportazzjonijiet mill-ġdid taż-żejt importat għall-ipproċessar fiż-żoni riservati għandhom ikunu inklużi bħala esportazzjoni ta’ prodott mill-pajjiż tal-ipproċessar għad-destinazzjoni finali.

    6.   L-Użu Dirett

    Iż-żejt mhux raffinat, l-NGL, l-Addittivi u l-Ossiġenati (u l-parti li hija bijofjuwils) u l-idrokarboni l-oħra użati direttament mingħajr ma jkunu pproċessati fir-raffineriji taż-żejt mhux raffinat.

    Jinkludi ż-żejt mhux raffinat maħruq għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

    7.   Bidliet fl-Istokk

    Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis mill-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

    8.   Il-Konsum Ikkalkulat tar-Raffinerija

    L-ammont totali tal-prodott ikkalkulat bħala li ddaħħal fil-proċess tar-raffinerija. Jiġi ddefinit bħala:

    Il-produzzjoni indiġena + Minn sorsi oħra + Ir-ritorn ta’ flussi mill-industrija + Il-prodotti trasferiti + L-importazzjonijiet – L-esportazzjonijiet – L-użu dirett + Bidliet fl-Istokk

    9.   Id-differenzi statistiċi

    Iddefiniti bħala l-konsum ikkalkulat tar-raffinerija mingħajr il-konsum osservat tar-raffinerija.

    10.   Il-Konsum Osservat tar-Raffinerija

    L-ammonti mkejla bħala input għar-raffineriji

    11.   It-Telf mir-Raffineriji

    Id-differenza bejn il-konsum tar-raffinerija (osservat) u l-produzzjoni grossa tar-raffinerija. It-telf jista’ jseħħ waqt il-proċessi tad-distillazzjoni minħabba l-evaporazzjoni. It-telf irrappurtat huwa pożittiv. Jista’ jkun hemm żidiet volumetriċi iżda l-ebda żieda fil-massa.

    12.   L-Istokks Totali tal-Ftuħ u tal-Għeluq fit-Territorju Nazzjonali

    L-istokks kollha fit-territorju nazzjonali, inklużi l-istokks miżmuma mill-gvernijiet, mill-konsumaturi ewlenin u mill-organizzazzjonijiet li jżommu l-istokks, l-istokks miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin, l-istokks miżmuma f’żoni riservati u l-istokks miżmuma għal oħrajn, kemm jekk skont ftehim governattiv bilaterali u kemm jekk le. Il-ftuħ u l-għeluq jirreferi għall-ewwel u għall-aħħar jum tal-perjodu tar-rappurtaġġ rispettiv tagħhom.

    13.   Il-Valur Kalorifiku Nett

    Il-produzzjoni, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, u l-medja ġenerali.

    4.2.2.   Il-provvista ta’ prodotti taż-żejt

    It-tabella li ġejja tapplika għall-prodotti raffinati (il-gass tar-raffineriji, l-etanu, l-LPG, in-nafta, il-gażolina għall-magni, kif ukoll il-parti tagħha ta’ bijogażolina, gażolina għall-avjazzjoni, fjuwil tal-ġett tat-tip gażolina, fjuwil tal-ġett tat-tip pitrolju, kif ukoll bħala l-parti bijoloġika tagħhom, pitrolju ieħor, iż-żejt tal-gass/tad-diżil, iż-żejt tal-fjuwil b’livell baxx ta’ kubrit u b’livell għoli ta’ kubrit, l-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrifikanti, il-bitum, ix-xemgħat tal-paraffin, il-kokk taż-żejt u prodotti oħrajn). Iż-żejt mhux raffinat u l-NGL li jintużaw sabiex jinħarqu direttament għandhom jiġu inklużi fil-kunsinni tal-prodotti raffinati u fit-trasferimenti tal-interprodotti.

    1.   Inputs tal-Prodotti Primarji

    Jinkludu l-kwantitajiet ta’ żejt mhux raffinat indiġenu jew importat (inkluż il-kondensat) u l-NGL indiġenu użati direttament mingħajr ma ġew ipproċessati f’raffinerija taż-żejt mhux raffinat u l-kwantitajiet tal-Flussi lura mill-industrija Petrokimika li, għalkemm mhux fjuwil primarju, jintużaw direttament.

    2.   Il-Produzzjoni Grossa tar-Raffinerija

    Il-produzzjoni tal-prodotti rfinuti f’raffinerija jew f’impjant tat-taħlit.

    Teskludi t-telf mir-raffineriji, imma tinkludi l-fjuwil tar-raffinerija.

    3.   Il-Prodotti Riċiklati

    Il-prodotti rfinuti li jgħaddu għat-tieni darba min-netwerk tat-tqegħid fis-suq, wara li jkunu ġew ikkonsenjati darba lill-konsumaturi finali (eż. lubrikanti użati li qed jiġu pproċessati mill-ġdid). Dawn il-kwantitajiet għandhom jingħarfu mill-Flussi lura petrokimiċi.

    4.   Il-Fjuwil tar-Raffineriji

    Il-prodotti taż-żejt mhux raffinat ikkunsmati biex isostnu t-tħaddim ta’ raffinerija.

    Jeskludi l-prodotti użati mill-kumpaniji taż-żejt barra mill-proċess ta’ raffinar, eż. il-bunkers jew it-tankers taż-żejt.

    Jinkludi l-fjuwils użati għall-produzzjoni fir-raffineriji tal-elettriku u tas-sħana mibjugħa.

    4.1.   Li minnhom: użati għall-ġenerazzjoni tal-elettriku

    L-ammonti użati biex jiġi ġġenerat l-elettriku fl-impjanti fir-raffineriji.

    4.2.   Li minnhom: użati għall-produzzjoni tas-CHP

    L-ammonti użati fl-impjanti tas-CHP fir-raffineriji.

    4.3.   Li minnhom: użati għall-ġenerazzjoni tas-sħana

    L-ammonti użati sabiex tiġi ġġenerata s-sħana fir-raffineriji.

    5.   L-Importazzjonijiet u l-Esportazzjonijiet

    6.   Il-Bunkers tal-Baħar Internazzjonali

    7.   It-Trasferimenti tal-Interprodotti

    Il-kwantitajiet li ġew ikklassifikati mill-ġdid jew minħabba li l-ispeċifikazzjoni tagħhom inbidlet jew minħabba li ġew imħallta fi prodott ieħor.

    Annotazzjoni negattiva għal prodott wieħed tiġi kkompensata b’annotazzjoni pożittiva (jew b’diversi annotazzjonijiet) għal prodott wieħed jew għal diversi prodotti u viċi versa; l-effett nett totali għandu jkun ta’ żero.

    8.   Il-Prodotti Trasferiti

    Il-prodotti taż-żejt mhux raffinat importati li jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materja prima għal aktar ipproċessar fir-raffinerija, mingħajr ma jiġu kkonsenjati lill-konsumaturi finali.

    9.   Bidliet fl-Istokk

    Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis mill-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

    10.   Il-Konsenji Interni Grossi Kkalkulati

    Dawn jiġu ddefiniti bħala:

    L-inputs tal-prodott primarju + Il-produzzjoni grossa tar-raffineriji + Il-prodotti riċiklati – Il-fjuwil tar-raffineriji + L-importazzjonijiet – L-esportazzjonijiet - Il-bunkers tal-baħar internazzjonali + It-trasferimenti tal-interprodotti Il-prodotti trasferiti + Bidliet fl-istokk

    11.   Id-Differenza Statistika

    Iddefinita bħala l-konsenja interna grossa kkalkulata mingħajr il-konsenja interna grossa osservata.

    12.   Konsenji Interni Grossi Osservati

    Il-konsenja osservata tal-prodotti taż-żejt mhux raffinat rfinuti minn sorsi primarji (eż. raffineriji, impjanti tat-taħlit, eċċ.) għas-suq intern.

    Din il-figura tista’ tkun differenti mill-figura kkalkolata minħabba, pereżempju, id-differenzi fil-kopertura u/jew id-differenzi fid-definizzjoni fis-sistemi differenti tar-rapportaġġ.

    12.1.   Li minnhom: Il-Konsenji Grossi lis-Settur Petrokimiku

    Il-kwantitajiet ta’ fjuwils ikkonsenjati lis-Settur Petrokimiku.

    12.2.   Li minnhom: Użu tal-Enerġija fis-Settur Petrokimiku

    Il-kwantitajiet ta’ żejt użati bħala fjuwil għal proċessi petrokimiċi bħall-cracking tal-istim.

    12.3.   li minnhom: L-Użu Mhux għall-Enerġija fis-Settur Petrokimiku

    Il-kwantitajiet ta’ żejt użati fis-settur petrokimiku sabiex ikunu prodotti l-etilene, il-propilene, il-butilene, il-gass tas-sinteżi, l-aromatiċi, il-butadiene u materjali mhux ipproċessati oħra bbażati fuq l-idrokarboni fi proċessi bħall-cracking tal-istim, l-impjanti tal-aromatiċi u r-riforma tal-istim. Esklużi l-ammonti ta’ żejt użati għal finijiet ta’ fjuwil.

    13.   Ritorn ta’ Flussi mis-Settur Petrokimiku għar-Raffineriji

    14.   Livelli tal-Istokk tal-Ftuħ u tal-Għeluq

    L-istokks kollha fit-territorju nazzjonali, inklużi l-istokks miżmuma mill-gvernijiet, mill-konsumaturi ewlenin u mill-organizzazzjonijiet li jżommu l-istokks, l-istokks miżmuma abbord bastimenti tal-oċean li jkunu deħlin, l-istokks miżmuma f’żoni riservati u l-istokks miżmuma għal oħrajn, kemm jekk skont ftehim governattiv bilaterali u kemm jekk le. Il-ftuħ u l-għeluq jirreferi għall-ewwel u għall-aħħar jum tal-perjodu tar-rappurtaġġ rispettiv tagħhom.

    15.   Il-Bidliet fl-Istokk fl-Utilitajiet Pubbliċi

    Il-bidliet fl-istokks li jinżammu mill-utilitajiet pubbliċi u li mhumiex inklużi fil-Livelli tal-Istokks u fil-Bidliet fl-Istokks li ġew irrappurtati band’oħra. Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis mill-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

    Jinkludu ż-Żejt mhux raffinat u l-NGL użati biex jinħarqu direttament, skont il-każ.

    16.   Il-Valur Kalorifiku Nett tal-Konsenji Grossi Interni

    4.2.3.   Il-kunsinni interni gross skont is-settur

    Fit-tabelli li ġejjin, l-aggregati li ġejjin japplikaw għaż-żejt mhux raffinat, għal-likwidi tal-gass naturali, għall-gass tar-raffineriji, għall-etanu, għal-LPG, għan-nafta, għall-gażolina totali għall-magni u l-parti bijoloġika tagħha, għall-gażolina għall-avjazzjoni, għall-fjuwil tal-ġett tat-tip gażolina, għall-fjuwil tal-ġett totali tat-tip pitrolju u l-parti bijoloġika tiegħu, għal pitrolju ieħor, għaż-żejt tal-gass/tad-diżil (u l-frazzjonijiet tiegħu tad-diżil għat-triq, iż-żejt tal-gass għat-tisħin u żejt tal-gass ieħor, il-bijodiżils u ż-żejt tal-gass/tad-diżil mhux bijoloġiku), iż-żejt tal-fjuwil totali (inklużi l-frazzjonijiet tiegħu b’kontenut baxx ta’ kubrit u b’kontenut għoli ta’ kubrit), l-ispirtu abjad u l-SBP, il-lubrifikanti, il-bitum, ix-xemgħat tal-paraffin, il-kokk taż-żejt, prodotti oħrajn taż-żejt.

    Għandhom jiġu ddikjarati kemm il-kwantitajiet involuti għall-użu tal-enerġija u għall-użu mhux tal-enerġija, kif ukoll is-somma totali tagħhom.

    1.   Is-Settur tat-Trasformazzjoni Totali

    Il-kwantitajiet totali ta’ fjuwils użati għall-konverżjoni primarja jew sekondarja tal-enerġija.

    1.1.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    1.2.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku tal-Awtoprodutturi

    1.3.   Li minnhom: Impjanti tas-CHP Produtturi tal-Attività Ewlenija

    1.4.   Li minnhom: Impjanti tas-CHP tal-Awtoprodutturi

    1.5.   Li minnhom: Impjanti tas-Sħana tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    1.6.   Li minnhom: Impjanti tas-Sħana tal-Awtoprodutturi

    1.7.   Li minnhom: L-Impjanti tal-Manifattura tal-Gass/l-Impjanti ta’ Gassifikazzjoni

    1.8.   Li minnhom: Il-Gass Naturali Mħallat

    1.9.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    1.10.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    1.11.   Li minnhom: L-Industrija Petrokimika

    1.12.   Li minnhom: Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

    1.13.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — It-Trasformazzjoni

    2.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

    Il-kwantità totali użata bħala enerġija fis-settur tal-enerġija

    2.1.   Li minnhom: Minjieri tal-Faħam

    2.2.   Li minnhom: L-Estrazzjoni taż-Żejt u tal-Gass

    2.3.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    2.4.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    2.5.   Li minnhom: Impjanti tal-Manifattura tal-Gass

    2.6.   Li minnhom: Impjanti tal-Enerġija

    Impjanti tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana.

    2.7.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Enerġija

    3.   It-Telf mid-Distribuzzjoni

    It-telf li jiġri barra mir-raffinerija minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni.

    Jinkludi t-telf mill-pajplines.

    4.   Il-Konsum tal-Enerġija Finali

    5.   Is-Settur tal-Industrija

    5.1.   Li minnhom: Il-Ħadid u l-Azzar

    5.2.   Li minnhom: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

    5.3.   Li minnhom: Metalli li ma fihomx Ħadid

    5.4.   Li minnhom: Minerali li mhumiex Metalliċi

    5.5.   Li minnhom: Tagħmir tat-Trasport

    5.6.   Li minnhom: Makkinarju

    5.7.   Li minnhom: Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

    5.8.   Li minnhom: Ikel, Xorb u Tabakk:

    5.9.   Li minnhom: Polpa, Karta u Stampar

    5.10.   Li minnhom: Injam u Prodotti tal-Injam

    5.11.   Li minnhom: Kostruzzjoni

    5.12.   Li minnhom: It-Tessuti u l-Ġilda

    5.13.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Industrija

    6.   Is-Settur tat-Trasport

    6.1.   Li minnhom: L-Avjazzjoni Internazzjonali

    6.2.   Li minnhom: L-Avjazzjoni Domestika

    6.3.   Li minnhom: Fuq it-triq

    6.4.   Li minnhom: Il-Ferroviji

    6.5.   Li minnhom: In-Navigazzjoni Domestika

    6.6.   Li minnhom: Trasport mill-pajplines

    6.7.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Trasport

    7.   Setturi Oħrajn

    7.1.   Li minnhom: Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

    7.2.   Li minnhom: Residenzjali

    7.2.1.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin ta’ spazju:

    7.2.2.   Residenzjali, li minnhom: Tkessiħ ta’ spazju:

    7.2.3.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin tal-ilma

    7.2.4.   Residenzjali, li minnhom: Tisjir

    7.2.5.   Residenzjali, li minnhom: Użi finali oħra

    7.3.   Li minnhom: Agrikoltura/Forestrija

    7.4.   Li minnhom: Sajd

    7.5.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Oħrajn

    8.   L-Użu Totali Mhux għall-Enerġija

    Il-kwantitajiet użati bħala materja prima fis-setturi differenti u li mhumiex ikkunsmati bħala fjuwil jew ittrasformati fi fjuwil ieħor. Dawn il-kwantitajiet ġew inklużi fl-aggregati li ġew elenkati aktar ’il fuq.

    8.1.   Li minnhom: Is-Settur tat-Trasformazzjoni

    8.2   Li minnhom: Is-Settur tal-Enerġija

    8.3   Li minnhom: Is-Settur tat-Trasport

    8.4   Li minnhom: Is-Settur tal-Industrija

    8.4.1   Is-Settur tal-Industrija li minnu: Il-Kimiku (inkluż il-Petrokimiku)

    8.5   Li minnhom: Setturi Oħrajn

    4.2.4.   Importazzjonijiet u esportazzjonijiet

    L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini, u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni. Ara wkoll in-noti taħt l-4.2.1, l-aggregat Nru 5.

    4.3.   Unitajiet ta’ kejl

    1.

    Il-kwantitajiet tal-enerġija

    103 tunnellati metriċi

    2.

    Il-valuri kalorifiċi

    MJ/tunnellata metrika

    4.4.   Derogi u eżenzjonijiet

    Ċipru huwa eżentat mir-rapportaġġ tal-aggregati definiti fit-Taqsima 4.2.3 taħt il-punt 7 (Setturi Oħrajn) u l-punt 8 (L-Użu Totali Mhux tal-Enerġija); għandhom japplikaw biss il-valuri totali.

    5.   L-ENERĠIJA RINNOVABBLI U L-ENERĠIJA MILL-ISKART

    5.1.   Il-prodotti tal-enerġija applikabbli

    Ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor, din il-ġabra ta’ dejta tapplika għall-prodotti tal-enerġija li ġejjin kollha:

    Il-Prodott tal-Enerġija

    Definizzjoni

    1.

    L-enerġija mill-ilma

    L-enerġija potenzjali u kinetika tal-ilma kkonvertita f’elettriku f’impjanti idroelettriċi. Il-ħżin ippumpjat irid jiġi inkluż. Il-produzzjoni trid tkun irrapportata għad-daqsiet ta’ impjanti ta’ < 1 MW, 1 to < 10 MW, ≥ 10 MW u mill-ħżin ippumpjat.

    2.

    Ġeotermali

    L-enerġija disponibbli bħala sħana emessa mill-qoxra tad-dinja, ġeneralment fil-forma ta’ ilma sħun jew stim. Din il-produzzjoni tal-enerġija hija d-differenza bejn l-entalpija tal-fluwidu prodott fil-ħofra għall-ilma tal-produzzjoni u dik tal-fluwidu li eventwalment jintrema. Tiġi sfruttata f’siti adattati:

    għall-ġenerazzjoni tal-elettriku billi jintuża fwar niexef jew billi tintuża salmura b’entalpija għolja wara li l-fwar jista’ jibda jaqbad,

    direttament bħala sħana għat-tisħin tad-distrett, għall-agrikoltura, eċċ.

    3.

    Enerġija Solari

    Ir-radjazzjoni solari sfruttata għall-produzzjoni tal-ilma sħun u għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Din il-produzzjoni tal-enerġija hija s-sħana disponibbli għall-mezz tat-trasferiment tas-sħana, jiġifieri l-enerġija inċidenti solari mingħajr it-telf ottiku u tal-kolletturi. L-enerġija passiva solari għat-tisħin, għat-tiksiħ u għat-tidwil dirett tad-djar jew ta’ bini ieħor mhix inkluża.

    3.1.

    Li minnha: Solari Fotovoltajka

    Id-dawl tax-xemx ikkonvertit f’elettriku bl-użu ta’ ċelluli solari ġeneralment magħmula minn materjal semi-konduttiv li meta espost għad-dawl jiġġenera l-elettriku.

    3.2.

    Li minnha: Solari Termali

    Is-sħana mir-radjazzjoni tax-xemx, tista’ tikkonsisti minn:

    (a)

    impjanti termoelettriċi solari, jew

    (b)

    apparat għall-produzzjoni tal-ilma sħun domestiku jew għat-tisħin staġonali tal-pixxini (eż. il-kolletturi bil-pjanċa ċatta, prinċipalment tat-tip tat-termosifun).

    4.

    Mill-marea, mill-mewġ, mill-oċean

    L-enerġija mekkanika derivata mill-moviment tal-marea, mill-moviment tal-mewġ jew mill-kurrent tal-oċean u sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

    5.

    Mir-riħ

    L-enerġija kinetika tar-riħ sfruttata għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fit-turbini tar-riħ.

    6.

    L-Iskart Industrijali (mhux rinnovabbli)

    Skart rrappurtat ta’ oriġini industrijali mhux rinnovabbli (solidi jew likwidi) maħruq direttament għall-produzzjoni tal-elettriku u/jew tas-sħana. Il-kwantità ta’ fjuwil użata għandha tiġi rrappurtata fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett. L-iskart industrijali rinnovabbli għandu jiġi rrappurtat fil-kategoriji tal-Bijomassa Solida, tal-Bijogass u/jew tal-Bijofjuwils Likwidi.

    7.

    L-Iskart Muniċipali:

    L-iskart prodott mid-djar, mill-isptarijiet u mis-settur terzjarju maħruq f’installazzjoni speċifiċi, fuq bażi ta’ valur kalorifiku nett.

    7.1.

    Li minnu: Rinnovabbli

    Il-porzjon tal-iskart muniċipali li huwa ta’ oriġini bijoloġika.

    7.2.

    Li minnu: Mhux Rinnovabbli

    Il-porzjon tal-iskart muniċipali li huwa ta’ oriġina mhux bijoloġika.

    8.

    Il-Bijofjuwils Solidi:

    Tkopri l-materjal organiku, mhux fossili ta’ oriġini bijoloġika li jista’ jintuża għall-produzzjoni tas-sħana jew għall-ġenerazzjoni tal-elettriku. Tinkludi:

    8.1.

    Li minnhom: Il-Faħam tal-Kannol

    Ir-residwu solidu tad-distillazzjoni distruttiva u tal-piroliżi tal-injam u ta’ materjal veġetali ieħor.

    9.

    Il-Bijogass:

    Gass magħmul prinċipalment mill-metanu u mid-dijossidu tal-karbonju prodotti mid-diġestjoni anerobika tal-bijomassa.

    10.

    Bijofjuwils Likwidi

    Il-kwantitajiet ta’ bijofjuwils likwidi rrappurtati f’din il-kategorija għandhom jirrelataw mal-kwantitajiet ta’ bijofjuwil u mhux mal-volum totali tal-likwidi li fihom jiġu mħallta l-bijofjuwils. Għall-każ partikolari tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-fjuwils likwidi, huwa kkonċernat biss il-kummerċ tal-kwantitajiet li ma tħalltux mal-fjuwils tat-trasport (jiġifieri fil-forma pura tagħhom); il-kummerċ tal-bijofjuwils likwidi mħalltin mal-fjuwils tat-trasport għandu jiġi rrapportat fid-dejta dwar iż-żejt fil-Kapitolu 4.

    Il-bijofjuwils likwidi li ġejjin huma konċernati:

    10.1.

    Li minnhom: Bijogażolina

    Din il-kategorija tinkludi l-bijoetanol (l-etanol prodott mill-bijomassa u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart), il-bijometanol (il-metanol prodott mill-bijomassa u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart), il-bijoETBE (etil-terzjarju-butil-eteru prodott fuq il-bażi tal-bijoetanol; il-perċentwali skont il-volum tal-bijoETBE li hija kalkulata bħala bijofjuwil hija ta’ 47 %) u l-bijoMTBE (metil-terzjarju-butil-eteru prodott fuq il-bażi tal-bijometanol: il-perċentwali skont il-volum tal-bijoMTBE li tiġi kalkulata bħala bijofjuwil hija ta’ 36 %).

    10.1.1.

    Il-Bijogażolina, li minnha: Il-Bijoetanol

    L-etanol prodott mill-bijomassa u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart.

    10.2.

    Li minnu: Il-Bijodiżils

    Din il-kategorija tinkludi l-bijodiżil (metil-ester prodott minn żejt tal-veġetali jew tal-annimali, ta’ kwalità ta’ diżil), il-bijodimetileteru (dimetileteru prodott mill-bijomassa), il-Fischer Tropsch (Fischer Tropsch prodott mill-bijomassa), iż-żejt bijoloġiku estratt fil-kiesaħ (żejt prodott minn żerriegħa taż-żejt permezz ta’ pproċessar mekkaniku biss) u l-bijofjuwils likwidi l-oħra kollha li jiġu miżjuda ma’, imħallta ma’ jew użati direttament bħala diżil tat-trasport.

    10.3.

    Il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

    Il-bijofjuwils likwidi derivati mill-bijomassa u mħalltin ma’ jew li jissostitwixxu l-Pitrolju tal-ġett.

    10.4.

    Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

    Il-fjuwils likwidi, użati direttament bħala fjuwil, li mhumiex inklużi fil-bijogażolina jew fil-bijodiżils.

    5.2.   Lista tal-aggregati

    Għall-prodotti tal-enerġija kollha li ġew elenkati fil-paragrafu preċedenti għandha tkun iddikjarata l-lista tal-aggregati li ġejja, ħlief jekk ikun speċifikat mod ieħor.

    5.2.1.   Il-Produzzjoni Grossa tal-Elettriku u tas-Sħana

    L-elettriku u s-sħana prodotti mill-prodotti tal-enerġija msemmija fit-Taqsima 5.1 (ħlief għall-faħam tal-kannol, għall-bijogażolina u għall-pitrolju bijoloġiku tal-ġett) għandhom jiġu ddikjarati, kull fejn ikun applikabbli, separatament:

    għall-impjanti produtturi tal-attività ewlenija u għall-impjanti tal-awtoprodutturi,

    għall-impjanti li jipproduċu l-elettriku biss, għall-impjanti li jipproduċu s-sħana biss u għall-impjanti tas-sħana u tal-enerġija kkombinati (CHP).

    Dan ir-rekwiżit jeskludi l-faħam tal-kannol. Għall-bijofjuwils likwidi, huwa jeskludi l-bijogażolina u l-pitrolju bijoloġiku tal-ġett. Għall-idro, id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu suddiviżi fl-impjanti bi produzzjoni elettrika sa 1 MW, bejn 1 u 10 MW, u ’l fuq minn 10 MW.

    5.2.2.   Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni

    Għall-aggregati li ġejjin iridu jiġu ddikjarati l-kwantitajiet ta’ prodotti tal-enerġija li jissemmew fis-Subtitolu 5.1 (ħlief għall-enerġija mill-ilma, għall-enerġija solari fotovoltajka, għall-enerġija mill-marea, mill-mewġ u mill-oċean u għall-enerġija mir-riħ) u li jintużaw fis-Setturi tal-Provvista u tat-Trasformazzjoni:

    1.   Il-produzzjoni

    2.   Importazzjonijiet

    3.   Esportazzjonijiet

    4.   Bidliet fl-Istokk

    Żieda fl-istokk tintwera bħala numru negattiv u tnaqqis mill-istokk jintwera bħala numru pożittiv.

    5.   Il-konsum gross

    6.   Id-differenzi statistiċi

    7.   Is-Settur tat-Trasformazzjoni Totali

    Il-kwantitajiet ta’ rinnovabbli u ta’ skart użati għall-konverżjoni ta’ forom primarji ta’ enerġija għal forom sekondarji (eż. minn gassijiet mill-miżbliet għal elettriku) jew użati għat-trasformazzjoni għal prodotti tal-enerġija derivata (eż: il-bijogass li jintuża għall-gass naturali mħallat).

    7.1.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    7.2.   Li minnhom: Impjanti tas-CHP Produtturi tal-Attività Ewlenija

    7.3.   Li minnhom: Impjanti tas-Sħana tal-Produtturi tal-Attività Ewlenija

    7.4.   Li minnhom: Impjanti tal-Elettriku tal-Awtoprodutturi

    7.5.   Li minnhom: Impjanti tas-CHP tal-Awtoprodutturi

    7.6.   Li minnhom: Impjanti tas-Sħana tal-Awtoprodutturi

    7.7.   Li minnhom: Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

    Il-kwantitajiet ta’ rinnovabbli u ta’ skart użati biex ikun prodott il-fjuwil bil-privattiva. Ir-rinnovabbli u l-iskart użati għat-tisħin u għat-tħaddim tait-tagħmir iridu jiġu rrappurtati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    7.8.   Li minnhom: Impjanti tal-BKB/PB

    Il-kwantitajiet ta’ rinnovabbli u skart użati biex ikun prodott il-BKB. Ir-rinnovabbli u l-iskart użati għat-tisħin u għat-tħaddim tait-tagħmir iridu jiġu rrappurtati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    7.9.   Li minnhom: Il-Gass tal-Impjanti tal-Gass

    Il-kwantitajiet ta’ rinnovabbli u ta’ skart użati biex ikun prodott il-gass tal-impjanti tal-manifattura tal-gass. Ir-rinnovabbli u l-iskart użati għat-tisħin u għat-tħaddim tait-tagħmir iridu jiġu rrappurtati bħala konsum fis-Settur tal-Enerġija.

    7.10.   Li minnhom: il-kalkari tal-funderiji

    Il-kwantitajiet ta’ enerġija rinnovabbli (eż. il-faħam tal-kannol) ittrasformata fil-kalkari tal-funderiji.

    L-enerġija rinnovabbli użata għat-tisħin u għat-tħaddim tal-apparat ma għandhiex tiġi rrapportata hawnhekk, iżda għandha tiġi rrapportata bħala konsum fis-settur tal-Enerġija.

    7.11.   Li minnhom: L-Impjanti għat-taħlit tal-gass naturali

    Il-kwantitajiet ta’ bijogassijiet imħalltin mal-gass naturali li jiġu injettati fin-netwerk tal-gass naturali.

    7.12.   Li minnhom: it-taħlit ma’ gażolina tal-magni/Diżil/Pitrolju

    Il-kwantitajiet ta’ bijofjuwils likwidi li ma jiġux ikkunsinjati għall-konsum finali iżda li jintużaw ma’ prodotti taż-żejt oħrajn irrapportati fil-kwestjonarju dwar iż-żejt.

    7.13.   Li minnhom: Impjanti tal-produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

    Il-kwantitajiet ta’ injam użati għall-produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol.

    7.14.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra – It-Trasformazzjoni

    5.2.3.   Is-Settur tal-Enerġija

    Għall-aggregati li ġejjin iridu jiġu ddikjarati l-kwantitajiet tal-prodotti tal-enerġija li jissemmew fis-Subtitolu 5.1 (ħlief għall-enerġija mill-ilma, għall-enerġija solari fotovoltajka, għall-enerġija mill-marea, mill-mewġ u mill-oċean, u l-enerġija mir-riħ) u li jintużaw fis-settur tal-enerġija jew għall-konsum finali:

    1.   Is-Settur tal-Enerġija Totali

    L-enerġiji rinnovabbli u l-iskart ikkunsmati mill-industrija tal-enerġija biex isostnu l-attività ta’ trasformazzjoni. Pereżempju, l-enerġiji rinnovabbli u l-iskart użati għat-tisħin, għat-tidwil jew sabiex jitħaddmu l-pompi/il-kompressuri.

    Il-kwantitajiet ta’ enerġiji rinnovabbli u ta’ skart ittrasformati f’forma ta’ enerġija oħra għandhom jiġu rrappurtati taħt is-Settur tat-Trasformazzjoni.

    1.1.   Li minnhom: Impjanti tal-Gassifikazzjoni

    1.2.   Li minnhom: L-Impjanti pubbliċi tal-Elettriku, tas-CHP u tas-Sħana

    1.3.   Li minnhom: Minjieri tal-Faħam

    1.4.   Li minnhom: Impjanti tal-Fjuwil bil-Privattiva

    1.5.   Li minnhom: Fran tal-Kokk

    1.6.   Li minnhom: Ir-Raffineriji taż-Żejt mhux Raffinat

    1.7.   Li minnhom: Impjanti tal-BKB/PB

    1.8.   Li minnhom: Il-Gass tal-Impjanti tal-Gass

    1.9.   Li minnhom: Kalkari tal-Funderija

    1.10.   Li minnhom: Impjanti tal-produzzjoni tal-Faħam tal-Kannol

    1.11.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra

    2.   It-Telf mid-Distribuzzjoni

    It-telf kollu minħabba t-trasport u d-distribuzzjoni.

    5.2.4.   Użu finali tal-enerġija

    Għall-aggregati li ġejjin iridu jiġu ddikjarati l-kwantitajiet tal-prodotti tal-enerġija li jissemmew fis-Subtitolu 5.1 (ħlief għall-enerġija mill-ilma, għall-enerġija solari fotovoltajka, għall-enerġija mill-marea, mill-mewġ u mill-oċean, u l-enerġija mir-riħ):

    1.   Il-Konsum tal-Enerġija Finali

    2.   Is-Settur tal-Industrija

    2.1.   Li minnhom: Il-Ħadid u l-Azzar

    2.2.   Li minnhom: Is-Sustanzi Kimiċi u Petrokimiċi

    2.3.   Li minnhom: Metalli li ma fihomx Ħadid

    2.4.   Li minnhom: Minerali li mhumiex Metalliċi

    2.5.   Li minnhom: Tagħmir tat-Trasport

    2.6.   Li minnhom: Makkinarju

    2.7.   Li minnhom: Tħaffir fil-Minjieri u l-Barrieri

    2.8.   Li minnhom: Ikel, Xorb u Tabakk:

    2.9.   Li minnhom: Polpa, Karta u Stampar

    2.10.   Li minnhom: Injam u Prodotti tal-Injam

    2.11.   Li minnhom: Kostruzzjoni

    2.12.   Li minnhom: It-Tessuti u l-Ġilda

    2.13.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Industrija

    3.   Is-Settur tat-Trasport

    3.1.   Li minnhom: Il-Ferroviji

    3.2.   Li minnhom: Fuq it-triq

    3.3.   Li minnhom: In-Navigazzjoni Domestika

    3.4.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Trasport

    4.   Setturi Oħrajn

    4.1.   Li minnhom: Is-Servizzi Kummerċjali u Pubbliċi

    4.2.   Li minnhom: Residenzjali

    4.2.1.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin ta’ spazju

    4.2.2.   Residenzjali, li minnhom: Tkessiħ ta’ spazju

    4.2.3.   Residenzjali, li minnhom: Tisħin tal-ilma

    4.2.4.   Residenzjali, li minnhom: Tisjir

    4.2.5.   Residenzjali, li minnhom: Użi finali oħra

    4.3.   Li minnhom: Agrikoltura/Forestrija

    4.4.   Li minnhom: Sajd

    4.5.   Li minnhom: Mhux Speċifikat Band’Oħra — Oħrajn

    5.2.5.   Il-Karatteristiċi Tekniċi tal-Installazzjonijiet

    Il-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati kif inhu applikabbli fi tmiem is-sena rrappurtata:

    1.   L-enerġija mill-ilma

    Għandha tiġi rrapportata l-kapaċità għad-daqsijiet ta’ impjanti ta’ < 1 MW, 1 sa < 10 MW, ≥ 10 MW, għall-impjanti mħalltin u għall-ħżin ippompjat pur, kif ukoll għad-daqsijiet kollha kkombinati. Id-daqsijiet tal-impjanti fid-dettall għandhom jiġu rrappurtati bħala netti mill-ħżin ippompjat.

    2.   Ġeotermali

    3.   Fotovoltajka Solari

    4.   Termali Solari

    5.   Mill-marea, mill-mewġ, mill-oċean

    6.   Mir-riħ

    7.   L-Iskart Industrijali (mhux rinnovabbli)

    8.   L-Iskart Muniċipali

    9.   Il-bijofjuwils solidi

    10.   Il-Bijogassijiet

    11.   Il-Bijodiżils

    12.   Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

    Għandha tiġi ddikjarata s-superfiċi totali installata tal-kolletturi tax-xemx.

    Il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-bijofjuwils li ġejjin għandhom ikunu ddikjarati:

    1.   Bijogażolina

    2.   Il-Bijodiżils

    3.   Il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

    4.   Bijofjuwils Likwidi Oħra

    5.2.6.   Importazzjonijiet u esportazzjonijiet

    L-importazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini u l-esportazzjonijiet skont il-pajjiż tad-destinazzjoni għandhom jiġu ddikjarati għall-prodotti li ġejjin:

    1.   Bijogażolina

    1.1.   Li minnhom: Il-Bijoetanol

    2.   Il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

    3.   Il-Bijodiżils

    4.   Bijofjuwils Likwidi Oħra

    5.   Il-gerbub tal-injam

    5.2.7.   Il-produzzjoni ta’ bijofjuwils solidi u bijogassijiet

    Għandha tiġi ddikjarata l-produzzjoni tal-prodotti li ġejjin:

    1.   Bijofjuwils solidi (minbarra l-faħam tal-kannol)

    1.1.   Li minnhom: injam li jintuża bħala fjuwils, residwi tal-injam u prodotti sekondarji

    1.1.1.   Minn injam li jintuża bħala fjuwils, residwi tal-injam u prodotti sekondarji, li minnhom: gerbub tal-injam

    1.2.   Li minnhom: likur iswed

    1.3.   Li minnhom: bagasse

    1.4.   Li minnhom: skart tal-annimali

    1.5.   Li minnhom: residwi u materjali veġetali oħrajn

    2.   Bijogassijiet minn fermentazzjoni anerobika

    2.1.   Li minnhom: gass mill-miżbliet

    2.2.   Li minnhom: gass mill-effluwent imtajjen tad-drenaġġ

    2.3.   Li minnhom: bijogassijiet oħrajn minn fermentazzjoni anerobika

    3.   Bijogassijiet minn proċessi termali

    5.3.   Il-valuri kalorifiċi

    Għall-prodotti li ġejjin għandhom ikunu ddikjarati l-valuri kalorifiċi netti medji:

    1.   Bijogażolina

    2.   Il-Bijoetanol

    3.   Bijodiżil

    4.   Il-Pitrolju bijoloġiku tal-ġett

    5.   Bijofjuwils Likwidi Oħrajn

    6.   Il-Faħam tal-Kannol

    5.4.   Unitajiet ta’ kejl

    1.

    Il-ġenerazzjoni tal-elettriku

    MWh

    2.

    Il-produzzjoni tas-sħana

    TJ

    3.

    Il-prodotti tal-enerġija rinnovabbli

    Il-bijogażolina, il-bijodiżils u bijofjuwils likwidi oħrajn: tunnellati metriċi

    Il-faħam tal-kannol: 1 000 tunnellata metrika

    L-oħrajn kollha: TJ (fuq il-bażi tal-valuri kalorifiċi netti).

    4.

    Is-superfiċi tal-kolletturi tax-xemx

    1 000  m2

    5.

    Il-kapaċità tal-impjanti

    Il-bijofjuwils: tunnellati/sena

    L-oħrajn kollha: MWe

    6.

    Il-valuri kalorifiċi

    KJ/kg (il-valur kalorifiku nett).

    5.5.   Derogi u eżenzjonijiet

    Mhumiex applikabbli.

    6.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

    Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-ġbir tad-dejta kif ġie deskritt fil-kapitoli preċedenti kollha:

    1.   Il-perjodu rrappurtat:

    Sena kalendarja waħda (mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru).

    2.   Frekwenza:

    Annwali.

    3.   L-iskadenza għat-trażmissjoni tad-dejta:

    It-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara l-perjodu rrappurtat.

    4.   Il-format u l-metodu tat-trażmissjoni:

    Il-format tat-trażmissjoni għandu jikkonforma ma’ standard adattat ta’ skambju li ġie speċifikat mill-Eurostat.

    Id-dejta għandha tintbagħat fil-punt uniku tad-dħul tad-dejta fil-Eurostat jew tittella’ hemmhekk b’mezzi elettroniċi.


    Top