Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0426

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2014 tal- 25 ta' April 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

ĠU L 125, 26.4.2014, pp. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2021; Impliċitament imħassar minn 32019R0787

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/426/oj

26.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 426/2014

tal-25 ta' April 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jistipula li x-xorb spirituż tal-kategorija 16 “Spirtu ta' (segwit minn isem il-frotta jew berry), miksub permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni” jista' jinkiseb permezz tal-maċerazzjoni u d-distillazzjoni ta' frott jew berries elenkati fih. F'ċerti Stati Membri, dan it-tip ta' xorb spirituż huwa tradizzjonalment prodott ukoll minn frott ieħor, li mhuwiex inkluż f'dik il-lista. Għaldaqstant il-lista ta' frott jew berries użata fil-produzzjoni ta' xorb spirituż taħt dik il-kategorija għandha tiġi estiża.

(2)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jistipula li x-xorb spirituż tal-kategorija 24 “Akvavit jew aquavit” huwa xorb spirituż bit-togħma tal-anisi (karawaj) u/jew taż-żerriegħa tax-xibt mogħti t-togħma b'distillat ta' pjanti jew ħwawar. Dak ix-xorb spirtuż huwa prodott tradizzjonalment bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. Il-kategorija tax-xorb spirituż attwali “Akvavit jew aquavit” ma tispeċifikax, l-obbligu tal-użu tal-alkoħol etiliku. Madankollu, l-użu tal-alkoħol etiliku fil-produzzjoni tal-“Akvavit jew aquavit” huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt (a) tal-kategorija 16, il-punt (ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

miksuba mill-frott jew berries li ġejjin:

—

tut salvaġġ (Rubus fruticosus auct. aggr.),

—

frawli (Fragaria spp.),

—

mirtill (Vaccinium myrtillus L.),

—

lampun (Rubus idaeus L.),

—

passolina ħamra (Ribes rubrum L.),

—

passolina bajda (Ribes niveum Lindl.),

—

passolina sewda (Ribes nigrum L.).

—

pruna salvaġġa (Prunus spinosa L.),

—

rowanberry (Sorbus aucuparia L.),

—

frott taż-żorba (Sorbus domestica L.),

—

frotta tal-ileks (Ilex aquifolium and Ilex cassine L.),

—

checkerberry (Sorbus torminalis (L.) Crantz),

—

frotta tas-sebuqa (Sambucus nigra L.),

—

ribes (Ribes uva-crispa L. syn. Ribes grossularia),

—

cranberry (Vaccinium L. subgenus Oxycoccus),

—

lingonberry (Vaccinium vitis-idaea L.),

—

mirtill tal-pjanta għolja — għoli (Vaccinium corymbosum L.),

—

sea-buckthorn (Hippophae rhamnoides L.),

—

rosehip (Rosa canina L.),

—

frott l-għollieq tal-muntanji (‘cloudberry’) (Rubus chamaemorus L.),

—

crowberry (Empetrum nigrum L.),

—

frott l-għollieq tal-artiku (arctic bramble) (Rubus arcticus L.),

—

riħan (Myrtus communis L.),

—

banana (Musa spp.),

—

frotta tal-passjoni (Passiflora edulis Sims),

—

ambarella (Spondias dulcis Sol. ex Parkinson),

—

hog plum (Spondias mombin L.)

—

ġewż (Juglans regia L.),

—

ġellewż (Corylus avellana L.),

—

qastan (Castanea sativa L.),

—

frott taċ-ċitru (Citrus spp. L.),

—

bajtar tax-xewk (Opuntia ficus-indica).”

(2)

Fil-kategorija 24, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Akvavit jew aquavit huwa xarba spirituża bit-togħma tal-anisi u/jew taż-żerriegħa tax-xibt prodott bl-użu ta' alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, mogħti t-togħma b'distillat ta' pjanti jew ħwawar.”.

Top