Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0423

    Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' April 2014 li jaġġusta, b'effett mill- 1 ta' Lulju 2012 , ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

    ĠU L 129, 30.4.2014, p. 12–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/423/oj

    30.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 129/12


    REGOLAMENT (UE) Nru 423/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta' April 2014

    li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (“il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra”), stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolament tal-Persunal,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (2),

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (3),

    Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),

    Billi:

    (1)

    Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-63/12, il-Kummissjoni vs il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) ikkjarifikat li l-istituzzjonijiet huma obbligati li jiddeċiedu kull sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni, jew billi jagħmlu aġġustament “matematiku” skont il-metodu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, jew billi jidderogaw minn dan il-kalkolu “matematiku” skont l-Artikolu 10 tiegħu.

    (2)

    L-għan tal-Artikolu 19 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), hu li permezz tiegħu l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għat-tilwim tagħhom rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet f'konformità ma' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li jittieħed kont debitu tal-aspettattivi leġittimi tal-persunal li l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu deċiżjoni kull sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tagħhom.

    (3)

    Sabiex taderixxi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, fejn il-Kunsill jistabbilixxi li jkun hemm deterjorament serju u mhux mistenni fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex tinvolvi lill-Parlament Ewropew fil-proċess leġiżlattiv. Fl-24 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill iddikjara li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kif ippreżentata fir-rapport tagħha dwar il-klawżola ta' eċċezzjoni ma tirriflettix id-deterjorament serju u f'salt fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni fl-2012, kif kien suġġerit mid-data ekonomika u oġġettiva li kienet pubblikament disponibbli. Għalhekk il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta, f'konformità mal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, proposta adatta għall-aġġustament tas-salarji tal-2012.

    (4)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li taħt il-klawżola ta' eċċezzjoni l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni fir-rigward tal-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet. Fid-dawl tad-data ekonomika u soċjali għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2011, bħas-segwiti tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-2011, li kkawżat reċessjoni ekonomika fl-Unjoni u sitwazzjoni ta' deterjorament soċjali kif ukoll livelli kontinwament għolja ta' qgħad u ta' defiċit u ta' dejn pubbliku fl-Unjoni, ikun adatt li l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu jiġi stabbilit għal 0,8 % għall-2012. Dak l-aġġustament hu parti minn approċċ globali biex tinstab soluzzjoni għal tilwim rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet, li wkoll jinvolvi aġġustament ta' 0 % għall-2011.

    (5)

    Konsegwentement, matul perjodu ta' ħames snin (2010–2014) l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea huwa kif ġej: fl-2010, l-applikazzjoni tal-metodu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal rriżultat f'aġġustament ta' 0,1 %. Għas-snin 2011 u 2012, ir-riżultat tal-approċċ globali biex tinstab soluzzjoni għal tilwim rigward l-aġġustamenti tal-2011 u l-2012 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jinvolvi aġġustament ta' 0 % u ta' 0,8 % rispettivament. Addizzjonalment, bħala parti mill-kompromess politiku dwar ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, ġie deċiż li r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet jiġu ffriżati għas-snin 2013 u 2014,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, id-data tal-“1 ta' Lulju 2011” fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data tal-“1 ta' Lulju 2012”.

    Artikolu 2

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella bil-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, li tapplika għall-finijiet tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet, għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    1/07/2012

    SKALA

    GRAD

    1

    2

    3

    4

    5

    16

    17 054,40

    17 771,05

    18 517,81

     

     

    15

    15 073,24

    15 706,64

    16 366,65

    16 822,00

    17 054,40

    14

    13 322,22

    13 882,04

    14 465,38

    14 867,83

    15 073,24

    13

    11 774,62

    12 269,40

    12 784,98

    13 140,68

    13 322,22

    12

    10 406,80

    10 844,10

    11 299,79

    11 614,16

    11 774,62

    11

    9 197,87

    9 584,37

    9 987,12

    10 264,98

    10 406,80

    10

    8 129,38

    8 470,99

    8 826,95

    9 072,53

    9 197,87

    9

    7 185,01

    7 486,94

    7 801,55

    8 018,60

    8 129,38

    8

    6 350,35

    6 617,20

    6 895,26

    7 087,10

    7 185,01

    7

    5 612,65

    5 848,50

    6 094,26

    6 263,81

    6 350,35

    6

    4 960,64

    5 169,10

    5 386,31

    5 536,16

    5 612,65

    5

    4 384,38

    4 568,62

    4 760,60

    4 893,04

    4 960,64

    4

    3 875,06

    4 037,89

    4 207,57

    4 324,63

    4 384,38

    3

    3 424,90

    3 568,82

    3 718,79

    3 822,25

    3 875,06

    2

    3 027,04

    3 154,24

    3 286,79

    3 378,23

    3 424,90

    1

    2 675,40

    2 787,82

    2 904,97

    2 985,79

    3 027,04

    Artikolu 3

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja.

    B'effett mill-1 ta' Jannar 2013, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella hawn taħt.

    B'effett mis-16 ta' Mejju 2012, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għall-pensjonijiet skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif indikati fil-kolonna 5 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk l-Istati Membri għandha tkun is-16 ta' Mejju 2012.

    1

    2

    3

    4

    5

    Pajjiż/Post

    Rimunerazzjoni

    Trasferiment

    Pensjoni

    Pensjoni

    1.7.2012

    1.1.2013

    1.7.2012

    16.5.2012

    Bulgarija

    58,4

    57,4

    100,0

     

    Rep. Ċeka

    80,6

    74,6

    100,0

    Danimarka

    135,3

    127,3

    127,3

    Ġermanja

    95,8

    96,6

    100,0

    Bonn

    94,1

     

     

    Karlsruhe

    93,8

     

     

    Munich

    106,4

     

     

    Estonja

    77,6

    78,0

    100,0

    Greċja

    90,5

    89,0

    100,0

    Spanja

    97,1

    90,9

    100,0

    Franza

    117,7

    109,2

    109,2

    Irlanda

    110,6

    104,5

    104,5

    Italja

    104,2

    97,4

    100,0

    Varese

    93,4

     

     

    Ċipru

    84,1

    87,4

    100,0

    Latvja

    77,6

    74,9

    100,0

    Litwanja

    71,5

    69,5

    100,0

    Ungerija

    78,3

    68,7

    100,0

    Malta

    83,3

    83,7

    100,0

    Pajjiżi l-Baxxi

    105,3

    100,9

     

    100,9

    Awstrija

    106,4

    103,2

    103,2

     

    Polonja

    74,2

    66,4

    100,0

    Portugall

    83,5

    82,8

    100,0

    Rumanija

    68,8

    60,0

    100,0

    Slovenja

    85,3

    81,2

    100,0

    Slovakkja

    79,7

    73,5

    100,0

    Finlandja

    122,1

    113,8

    113,8

    Svezja

    131,9

    123,8

    123,8

    Renju Unit

    147,8

    119,0

    119,0

    Culham

    112,5

     

     

    Artikolu 4

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għal-leave tal-ġenituri msemmija fit-tieni u fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 42(a) tar-Regolamenti tal-Persunal tkun ta' EUR 919,02 u ta' EUR 1 225,36 għall-ġenituri waħedhom.

    Artikolu 5

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont bażiku tal-allowance għall-unità domestika msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 171,88.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għat-tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 375,59.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 254,83.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 91,75.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 509,43.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 134 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Impjegati l-Oħra jkun ta' EUR 366,22.

    Artikolu 6

    B'effett mill-1 ta' Jannar 2013, l-allowance għall-kilometraġġ imsemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun aġġustat kif ġej:

    EUR 0 għal kull kilometru bejn

    0 u 200 km

    EUR 0,3820 għal kull kilometru bejn

    201 u 1 000  km

    EUR 0,6367 għal kull kilometru bejn

    1 001 u 2 000  km

    EUR 0,3820 għal kull kilometru bejn

    2 001 u 3 000  km

    EUR 0,1272 għal kull kilometru bejn

    3 001 u 4 000  km

    EUR 0,0614 għal kull kilometru bejn

    4 001 u 10 000  km

    EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn

    10 000  km.

    Ma' din l-allowance għall-kilometraġġ għandu jiżdied suppliment b'rata fissa, li jammonta għal:

    EUR 191,00 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km;

    EUR 381,96 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun akbar minn 1 450 km.

    Artikolu 7

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta':

    EUR 39,48 għal uffiċjal li għandu dritt għall-allowance tal-unità domestika;

    EUR 31,83 għal uffiċjal li ma jkollux dritt għall-allowance tal-unità domestika.

    Artikolu 8

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance tal-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra jkun ta':

    EUR 1 123,91 għal aġent li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika;

    EUR 668,27 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika.

    Artikolu 9

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 1 347,89 u l-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2 695,79.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance standard imsemmi fl-Artikolu 28a(7) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg li japplikaw għall-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' EUR 1 225,36.

    Artikolu 10

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella tal-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    FUNZJONI GRUPP

    1/7/2012

    SKALA

    GRAD

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    IV

    18

    5 879,08

    6 001,34

    6 126,14

    6 253,54

    6 383,59

    6 516,34

    6 651,85

    17

    5 196,08

    5 304,14

    5 414,44

    5 527,04

    5 641,98

    5 759,31

    5 879,08

    16

    4 592,43

    4 687,93

    4 785,42

    4 884,94

    4 986,53

    5 090,23

    5 196,08

    15

    4 058,91

    4 143,32

    4 229,48

    4 317,44

    4 407,22

    4 498,87

    4 592,43

    14

    3 587,37

    3 661,97

    3 738,13

    3 815,86

    3 895,22

    3 976,22

    4 058,91

    13

    3 170,61

    3 236,55

    3 303,85

    3 372,56

    3 442,69

    3 514,29

    3 587,37

    III

    12

    4 058,85

    4 143,25

    4 229,41

    4 317,36

    4 407,13

    4 498,78

    4 592,33

    11

    3 587,34

    3 661,93

    3 738,08

    3 815,81

    3 895,16

    3 976,16

    4 058,85

    10

    3 170,60

    3 236,53

    3 303,83

    3 372,54

    3 442,67

    3 514,26

    3 587,34

    9

    2 802,28

    2 860,55

    2 920,03

    2 980,75

    3 042,74

    3 106,01

    3 170,60

    8

    2 476,74

    2 528,24

    2 580,82

    2 634,48

    2 689,27

    2 745,19

    2 802,28

    II

    7

    2 802,21

    2 860,50

    2 919,99

    2 980,72

    3 042,72

    3 106,01

    3 170,61

    6

    2 476,62

    2 528,13

    2 580,71

    2 634,39

    2 689,18

    2 745,12

    2 802,21

    5

    2 188,86

    2 234,38

    2 280,86

    2 328,30

    2 376,72

    2 426,16

    2 476,62

    4

    1 934,53

    1 974,77

    2 015,84

    2 057,77

    2 100,57

    2 144,26

    2 188,86

    I

    3

    2 383,19

    2 432,65

    2 483,14

    2 534,68

    2 587,28

    2 640,98

    2 695,79

    2

    2 106,84

    2 150,57

    2 195,20

    2 240,76

    2 287,27

    2 334,74

    2 383,19

    1

    1 862,54

    1 901,20

    1 940,65

    1 980,93

    2 022,04

    2 064,01

    2 106,84

    Artikolu 11

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, il-limitu minimu għall-allowance għall-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta':

    EUR 845,37 għal aġent li huwa intitolat għall-allowance tal-unità domestika,

    EUR 501,20 għal aġent li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-unità domestika.

    Artikolu 12

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 1 010,92 u l-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2 021,83.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammont tal-allowance standard imsemmi fl-Artikolu 96(7) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandu jkun ta' EUR 919,02.

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-allowance għall-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra, il-limitu minimu jkun ta' EUR 889,39 u l-limitu massimu jkun ta' EUR 2 092,68.

    Artikolu 13

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (6) għandhom ikunu ta' EUR 385,23, EUR 581,45, EUR 635,74 u EUR 866,72.

    Artikolu 14

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (7) għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta' 5,5609.

    Artikolu 15

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    1/7/2012

    SKALA

    GRAD

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    16

    17 054,40

    17 771,05

    18 517,81

    18 517,81

    18 517,81

    18 517,81

     

     

    15

    15 073,24

    15 706,64

    16 366,65

    16 822,00

    17 054,40

    17 771,05

     

     

    14

    13 322,22

    13 882,04

    14 465,38

    14 867,83

    15 073,24

    15 706,64

    16 366,65

    17 054,40

    13

    11 774,62

    12 269,40

    12 784,98

    13 140,68

    13 322,22

     

     

     

    12

    10 406,80

    10 844,10

    11 299,79

    11 614,16

    11 774,62

    12 269,40

    12 784,98

    13 322,22

    11

    9 197,87

    9 584,37

    9 987,12

    10 264,98

    10 406,80

    10 844,10

    11 299,79

    11 774,62

    10

    8 129,38

    8 470,99

    8 826,95

    9 072,53

    9 197,87

    9 584,37

    9 987,12

    10 406,80

    9

    7 185,01

    7 486,94

    7 801,55

    8 018,60

    8 129,38

     

     

     

    8

    6 350,35

    6 617,20

    6 895,26

    7 087,10

    7 185,01

    7 486,94

    7 801,55

    8 129,38

    7

    5 612,65

    5 848,50

    6 094,26

    6 263,81

    6 350,35

    6 617,20

    6 895,26

    7 185,01

    6

    4 960,64

    5 169,10

    5 386,31

    5 536,16

    5 612,65

    5 848,50

    6 094,26

    6 350,35

    5

    4 384,38

    4 568,62

    4 760,60

    4 893,04

    4 960,64

    5 169,10

    5 386,31

    5 612,65

    4

    3 875,06

    4 037,89

    4 207,57

    4 324,63

    4 384,38

    4 568,62

    4 760,60

    4 960,64

    3

    3 424,90

    3 568,82

    3 718,79

    3 822,25

    3 875,06

    4 037,89

    4 207,57

    4 384,38

    2

    3 027,04

    3 154,24

    3 286,79

    3 378,23

    3 424,90

    3 568,82

    3 718,79

    3 875,06

    1

    2 675,40

    2 787,82

    2 904,97

    2 985,79

    3 027,04

     

     

     

    Artikolu 16

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fiss imsemmi fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta':

    EUR 132,89 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C4 jew C5;

    EUR 203,76 fix-xahar għal uffiċjali fi Grad C1, C2 jew C3.

    Artikolu 17

    B'effett mill-1 ta' Lulju 2012, l-iskala tal-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti l-Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    Grad

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    Paga bażika full-time

    1 694,21

    1 973,74

    2 139,95

    2 320,16

    2 515,54

    2 727,38

    2 957,06

    Grad

    8

    9

    10

    11

    12

    13

    14

    Paga bażika full-time

    3 206,08

    3 476,07

    3 768,79

    4 086,15

    4 430,25

    4 803,32

    5 207,82

    Grad

    15

    16

    17

    18

    19

     

     

    Paga bażika full-time

    5 646,37

    6 121,87

    6 637,39

    7 196,32

    7 802,33

     

     

    Artikolu 18

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta' April 2014.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. KOURKOULAS


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

    (2)  L-Opinjoni tal-4 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (3)  L-Opinjoni tat-3 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (4)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014.

    (5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

    (6)  Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1). Ir-Regolament kif supplimentat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, p. 6).

    (7)  Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej, (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).


    Top