This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0362
Commission Regulation (EU) No 362/2014 of 9 April 2014 correcting the Spanish language version of Regulation (EC) No 1881/2006 setting maximum levels for certain contaminants in foodstuffs Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 362/2014 tad- 9 ta' April 2014 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 362/2014 tad- 9 ta' April 2014 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 107, 10.4.2014, p. 56–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
10.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/56 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 362/2014
tad-9 ta' April 2014
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1258/2011 tat-2 ta' Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għan-nitrati fl-oġġetti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sar żball fil-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3) u l-emenda tiegħu permezz tar-Regolament (UE) Nru 1258/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar livelli massimi għan-nitrati fl-oġġetti tal-ikel. Għaldaqstant hija meħtieġa korrezzjoni tat-test tat-tabella fl-Anness tal-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006. Il-lingwi l-oħra m'humiex affettwati. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għaldaqstant għandu jiġi kkoreġut skont dan. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Spanjola).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 320, 3.12.2011, p. 15.
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).