Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0320

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 320/2014 tas- 27 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

    ĠU L 93, 28.3.2014, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013R1307

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/320/oj

    28.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 93/81


    REGOLAMENTTA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 320/2014

    tas-27 ta’ Marzu 2014

    li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57a(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 57a(9) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar 2014 biż-żona tal-art li tneħħewlha l-mini u reġgħet bdiet tintuża għal attivitajiet agrikoli fl-2013. In-notifika kien fiha wkoll l-ammont baġitarju korrispondenti għas-snin tat-talba mill-2014 ‘l quddiem. Skont l-iskeda taż-żidiet inkrementali msemmija fl-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi emendat skont dan.

    (2)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament hu konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


    ANNESS

    L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fit-Tabella 2, fil-kolonna għas-sena 2014, l-annotazzjoni għall-Kroazja tinbidel b’dan li ġej:

    (f’eluf ta’ EUR)

     

    l-2014

    “Il-Kroazja

    114 180 ”

    (2)

    Fit-Tabella 3, fil-kolonna għas-sena 2014, l-annotazzjoni għall-Kroazja tinbidel b’dan li ġej:

    (f’eluf ta’ EUR)

     

    l-2014

    “Il-Kroazja

    114 180 ”


    Top