Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0292

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 292/2014 tal- 21 ta’ Marzu 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-enzima 6-fitasi prodotta permezz ta’ Trichoderma reese i (CBS 126897) bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni ROAL Oy) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 87, 22.3.2014, p. 90–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/292/oj

    22.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 87/90


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 292/2014

    tal-21 ta’ Marzu 2014

    li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-enzima 6-fitasi prodotta permezz ta’ Trichoderma reesei (CBS 126897) bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni ROAL Oy)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-enżima 6-fitażi prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 126897). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikularitajiet u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-enżima 6-fitasi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 126897) bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet u l-ħnieżer, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-11 ta’ Settembru 2013 (2) u tad-9 ta’ Ottubru 2013 (3) li, skont il-kondizzjonijiet proposti ta’ użu, il-preparazzjoni tal-enzima 6-fitasi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 126897) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li għandha potenzjal li ttejjeb l-utilizzazzjoni tal-fosforu, id-diġestibilità u l-mineralizzazzjoni tal-għadam jew ir-rendiment fit-tiġieġ u d-dundjani għat-tismin. Dawn il-konklużjonijiet jistgħu jiġu estiżi għat-tiġieġ imrobbija biex ibidu u d-dundjani mkabbra għat-tgħammir. Billi l-mod ta’ azzjoni tal-addittiv jista’ jitqies simili f’kull speċi ta’ tajr domestiku, din il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għal speċijiet minuri ta’ tajr għas-simna jew imrobbija biex ibidu jew għat-tgħammir. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv għandu potenzjal li jżid il-mineralizzazzjoni tal-għadam, id-diġestibilità, l-utilizzazzjoni tal-fosforu u l-prestazzjoni tat-tiġieġ li jbidu. Dawn il-konklużjonijiet jistgħu jiġu estrapolati għall-ispeċijiet minuri tat-tajr tal-irziezet li jbid. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb id-diġestibilità tal-fosfru, iż-żamma tal-fosfru jew il-parametri tal-prestazzjoni fil-ħnienes, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ 6-fitasi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 126897) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, dejjem skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  The EFSA Journal 2013; 11(10):3364.

    (3)  The EFSA Journal 2013; 11(10):3433.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta’ annimal

    Età Massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà

    4a19

    ROAL Oy

    6-fitasi

    EC 3.1.3.26

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta’ 6-fitasi

    prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 126897)

    b’attività minima ta’:

    Forma solida u likwida: 5 000 FTU (1)/g

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    6-fitasi (EC 3.1.3.26)

    prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 126897)

     

    Metodu analitiku  (2)

    Determinazzjoni ta’ 6-fitasi:

    metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enżimatika 6-fitasi fuq il-fitat: EN ISO 30024.

    Tajr għajr it-tiġieġ li jbidu

    250 FTU

     

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kondizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

    2.

    Għall-użu f’għalf kompost li fih aktar minn 0,23 % fosfru marbut mal-fitin

    3.

    Doża Massima rakkomandata:

    2 500 FTU/kg ta’ għalf komplut għat-tajr;

    1 750 FTU/kg ta’ għalf komplut għall-ħnienes miftuma, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa.

    4.

    Għas-sigurtà: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti waqt l-immaniġġar.

    Il-11 ta’ April 2024

    Tajr li jbid

    150 FTU

    Ħnienes miftuma

    500 FTU

    Ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa

    250 FTU


    (1)  1 FTU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera mikromolu wieħed ta’ fosfat inorganiku fil-minuta minn substrat ta’ fitat tas-sodju b’pH ta’ 5,5 u f’37 °C.

    (2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


    Top