EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0265

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 265/2014 tal- 14 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

ĠU L 76, 15.3.2014, p. 26–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2835

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/265/oj

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 265/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 180 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-lista ta’ konċessjonijiet mehmuża mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, kif ġie konkluż mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2), l-Unjoni Ewropea hija marbuta li tistabbilixxi dazju ta’ importazzjoni għal ċerti ċereali fuq livell li jiżgura li l-prezz ta’ importazzjoni bid-dazju mħallas ma jkunx ogħla mill-prezz effettiv b’intervent miżjud ta’ 55 %.

(2)

Bil-ħsieb li tittieħed azzjoni dwar dan l-impenn, l-Artikolu 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) jipprevedi b’mod partikolari li d-dazju fuq ċerti ċereali jkun daqs il-prezz b’intervent validu għal dawk iċ-ċereali mal-importazzjoni b’żieda ta’ 55 % u bi tnaqqis tal-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri (4).

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma fihx dispożizzjoni simili għall-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni għall-prodotti agrikoli, l-Artikolu 180 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri biex tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti, fost l-oħrajn, fi ftehimiet internazzjonali li ntlaħqu skont it-Trattat.

(4)

Għall-fini li jiġu rrispettati l-impenji internazzjonali tal-Unjoni, jeħtieġ li fir-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġi inkluż metodu għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni li jkun konformi mal-lista tal-konċessjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(5)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li d-dazji tal-importazzjoni jiġu ffissati fil-ħmistax-il jum u fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull xahar biex jintużaw fil-ġimagħtejn ta’ wara, u jipprevedi wkoll aġġustament, jekk ikun hemm bżonn, f’kull perjodu ta’ applikazzjoni. Sabiex il-metodu attwali jiġi ssimplifikat, jeħtieġ li jitneħħa l-prinċipju ta’ ffissar awtomatiku tad-dazji applikabbli fil-bidu ta’ kull ġimagħtejn, u minflok id-dazji għandhom jiġu ffissati biss jekk ir-riżultat tal-kalkolu jkun ivarja b’ċertu ammont mir-riżultat li jkun wassal għad-dazji ffissati ta’ qabel jew jekk dan ir-riżultat ikun żero.

(6)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni u tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, għandu jiġi stipulat li l-iffissar tad-dazji ta’ importazzjoni jibda japplika mill-jum tal-pubblikazzjoni tal-miżura f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li għall-iffissar u l-aġġustamenti li jista’ jkun hemm bżonn, ma għandhomx jitqiesu d-dazji ta’ importazzjoni ta’ kuljum użati għall-perjodu ta’ qabel. Għalhekk, l-għadd ta’ ġranet li jintużaw ivarja skont ix-xejriet tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ ġimagħtejn. Sabiex ikun hemm għadd kostanti ta’ ġranet li jitqiesu bħala għaxart ijiem ta’ xogħol, din id-dispożizzjoni għandha titneħħa.

(8)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li l-prezz tal-intervent li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazji għandu jkun dak tax-xahar li fih japplikaw id-dazji ta’ importazzjoni. Meta wieħed iqis li ż-żidiet ta’ kull xahar fil-prezz bl-intervent ma għadhomx fis-seħħ mis-sena tas-suq tal-2009/2010 għall-qamħ durum u mis-sena tas-suq tal-2010/2011 għall-qamħ komuni, għas-segala, għall-qamħirrum u għas-sorgu, u li l-prezz bl-intervent huwa wieħed fiss, din id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata.

(9)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li d-dazji jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kull darba li dawn jiġu ffissati jew aġġustati. Minħabba li dan l-aġġustament tneħħa, din id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata.

(10)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għall-qamħ durum ikunu bbażati b’mod partikolari fuq il-kambju ta’ referenza stipulat fl-Anness III tar-Regolament, jiġifieri l-Minneapolis Grain Exchange. Minħabba fl-iżvilupp tal-importanza tal-produzzjoni tal-qamħ durum fl-Istati Uniti tal-Amerika fis-suq dinji, dan il-kambju ma għadux jipprovdi stima rappreżentattiva u affidabbli tas-suq tal-qamħ durum. Minbarra dan, is-sorsi l-oħra ta’ informazzjoni dwar is-suq tal-qamħ durum saru ftit wisq jew mhumiex wisq affidabbli biex jipprovdu bażi għall-iffissar tad-dazji ta’ importazzjoni ta’ dan il-prodott. Fl-aħħar nett, is-sorsi disponibbli juru li l-prezzijiet tal-qamħ durum ta’ kwalità għolja u tal-qamħ komuni ta’ kwalità għolja esportati mill-Istati Uniti qed juru l-istess xejriet. Għaldaqstant, jeħtieġ li d-dazju kkalkolat għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja jiġi applikat għall-qamħ durum ta’ kwalità għolja. Barra minn hekk, għandhom jiġu applikati skonti marbuta mal-kwalità tad-dqiq għall-qamħ durum ta’ kwalità medja u dik baxxa.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (5) ippreveda emendi fil-kodiċijiet NM għaċ-ċereali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi għall-kodiċijiet tan-NM li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu adattati biex jirriflettu dawn l-emendi.

(12)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Minkejja r-rati ta’ dazju ta’ importazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni, id-dazju ta’ importazzjoni fuq il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 11 00, 1001 19 00, ex 1001 91 20 (qamħ komuni taż-żriegħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja għajr taż-żriegħ), 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00 għandu jkun ugwali għall-prezz bl-intervent validu għal dawn il-prodotti mal-importazzjoni, b’żieda ta’ 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Iżda, dak id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata konvenzjonali tad-dazju kif iddeterminata abbażi tan-Nomenklatura Magħquda.

2.   Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-prezzijiet cif ta’ importazzjoni rappreżentattivi għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari għall-prodotti msemmija f’dak il-paragrafu.

3.   Ir-rati tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawk applikabbli fid-data stipulata fl-Artikolu 112 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).”;"

2.

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   Id-dazju ta’ importazzjoni msemmi fl-Artikolu 1(1) għandu jiġi kkalkulat kuljum mill-Kummissjoni.

Il-prezz bl-intervent li għandu jintuża biex jiġu kkalkulati d-dazji ta’ importazzjoni huwa ta’ EUR 101,31 għal kull tunnellata.

Il-prezz ta’ importazzjoni li għandu jintuża biex jiġi kkalkulat id-dazju ta’ importazzjoni għandu jkun il-prezz rappreżentattiv ta’ importazzjoni cif ta’ kuljum, iffissat kif stipulat fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Id-dazju tal-importazzjoni ffissat mill-Kummissjoni għandu jkun daqs l-ammont medju tad-dazji tal-importazzjoni kkalkulati matul l-għaxart ijiem tax-xogħol ta’ qabel.

Il-Kummissjoni għandha tiffissa d-dazju tal-importazzjoni jekk l-ammont medju tad-dazji tal-importazzjoni kkalkulati matul l-għaxart ijiem tax-xogħol ta’ qabel ikun ivarja b’iktar minn EUR 5 għal kull tunnellata minn dak iffissat jew jekk dan l-ammont medju jkun żero.

Kull darba li jiġi ffissat dazju tal-importazzjoni, dan id-dazju u l-informazzjoni użata biex jiġi kkalkulat għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (**).

Id-dazju tal-importazzjoni stabbilit għandu japplika minn dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu.

Id-dazju tal-importazzjoni ffissat skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandu japplika sa ma jidħol fis-seħħ iffissar ġdid.

(**)  Bejn l-iffissar taż-żewġ dazji, il-fatturi meqjusa fil-kalkolu għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni.”"

(b)

il-paragrafu 3 jitħassar.

3.

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b’li ġej:

“1.   Għal qamħ komuni ta’ kwalità għolja u qamħirrum għajr taż-żriegħ, kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, il-komponenti li jiddeterminaw il-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu:

(a)

il-kwotazzjoni attwali tal-kambju rappreżentattiva fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika;

(b)

il-primjums kummerċjali u l-iskonti mehmuża ma’ dik il-kwotazzjoni fis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerika dakinhar tal-kwotazzjoni;

(c)

il-ġarr bil-baħar u spejjez assoċjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika (il-Golf tal-Messiku jew Duluth) u l-port ta’ Rotterdam għal bastiment ta’ mhux anqas minn 25 000 tunnellata.”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“3.   Għall-kalkolu tal-komponent imsemmi fil-paragrafu 1(b) jew il-kwotazzjoni fob rilevanti għandu japplika primjum ta’ EUR 14 għal kull tunnellata ta’ qamħ komuni ta’ kwalità għolja.

4.   Il-prezzijiet ta’ importazzjoni cif rappreżentattivi għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja u l-qamħirrum għajr għaż-żriegħ għandhom ikunu t-total tal-komponenti msemmija f’punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1.

Il-prezz ta’ importazzjoni cif rappreżentattiv għall-qamħ durum ta’ kwalità għolja, għall-qamħ durum għaż-żriegħ u għall-qamħ komuni għaż-żriegħ għandu jkun il-prezz ikkalkolat għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja.

Il-prezz ta’ importazzjoni cif rappreżentattiv għall-qamħ durum ta’ kwalità medja u għall-qamħ durum ta’ kwalità baxxa għandu jkun il-prezz ikkalkolat għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja, li għalih għandu japplika skont ta’ EUR 10 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità medja u ta’ EUR 30 kull tunnellata għall-qamħ durum ta’ kwalità baxxa.

Il-prezz ta’ importazzjoni cif rappreżentattiv għas-sorgu għajr għaż-żriegħ, is-sorgu għaż-żriegħ li jaqa’ taħt il-kodiċi tan-NM 1007 10 90, is-segala għajr għaż-żriegħ, is-segala għaż-żriegħ u l-qamħirrum għaż-żriegħ li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1005 10 90 għandu jkun il-prezz ikkalkolat għall-qamħirrum għajr għaż-żriegħ.”;

c)

il-paragrafu 5 jitħassar.

4.

L-Annessi II u III għandhom jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Id-Deċiżjoni 94/800/KE tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta’ Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).


ANNESS

ANNESS II

Standards ta’ klassifikazzjoni għall-prodotti impurtati

(fuq il-bażi ta’ kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % fil-piż jew ekwivalenti)

Prodott

Qamħ komuni u spelt (1) minbarra meslin

Qamħ durum

Qamħirrum iebes

Kodiċi tan-NM

ex 1001 91 20

et

ex 1001 99 00

1001 11 00

et

1001 19 00

ex 1005 90 00

Kwalità (2)

Għolja

Medja

Baxxa

Għolja

Medja

Baxxa

 

1.

Perċentwal minimu ta’ proteina

14,0

11,5

2.

Piż speċifiku minimu f’kg/hl

77,0

74,0

76,0

76,0

76,0

3.

Perċentwal massimu ta’ impurità (Schwarzbesatz)

1,5

1,5

1,5

1,5

4.

Perċentwal minimu ta’ żerriegħa żġiġija

75,0

62,0

95,0

5.

Indiċi massimu ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma

25,0


Tolleranzi

Tolleranza permessa

Qamħ komuni u qamħ durum

Qamħirrum iebes

fil-każ tal-perċentwal ta’ proteina

–0,7

fil-każ tal-piż speċifiku minimu

–0,5

–0,5

fil-każ tal-perċentwal massimu ta’ impurità

+0,5

fil-każ tal-perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija

–2,0

–3,0

fil-każ tal-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma

+1,0

‘—’: mhux applikabbli.

ANNESS III

Boroż ta’ kwotazzjoni u varjetajiet ta’ referenza

Prodott

Qamħ komuni

Qamħirrum

Kwalità standard

Għolja

 

Varjetà ta’ referenza (tip/grad) għall-kwotazzjoni fil-borża

Hard Red Spring Nru 2

Yellow Corn Nru 3

Borża ta’ kwotazzjoni

Minneapolis Grain Exchange

Chicago Mercantile Exchange


(1)  Inkluż spelt mingħajr il-ħliefa.

(2)  Japplikaw il-metodi ta’ analiżi stipulati fil-Parti IV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.


Top