EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0264
Commission Regulation (EU) No 264/2014 of 14 March 2014 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council as regards the use of polyvinylpyrrolidone-vinyl acetate copolymer in solid food supplements and the Annex to Commission Regulation (EU) No 231/2012 as regards its specifications Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 264/2014 tal- 14 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tiegħu Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 264/2014 tal- 14 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tiegħu Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 76, 15.3.2014, p. 22–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 264/2014
tal-14 ta’ Marzu 2014
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tiegħu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista ta’ addittivi tal-ikel tal-Unjoni approvati għall-użu fl-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel inklużi l-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(3) |
Dawn il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara talba. |
(4) |
Fis-6 ta’ Ottubru 2009, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu bħala aġent li jgħaqqad/jiksi. L-applikazzjoni saret disponibbli għall-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat is-sikurezza tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon (4) meta jintuża bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li l-użu tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon f’supplimenti tal-ikel solidu bħala aġent li jgħaqqad/jiksi mhux probabbli li jkun ta’ tħassib għas-sikurezza fl-użi proposti. |
(6) |
Hemm bżonn teknoloġiku għaż-żieda tal-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon mal-formulazzjoni ċellulożika fis-supplimenti tal-ikel. Dan itejjeb ir-reżistenza tal-film, iżid ir-rati tal-applikazzjoni tal-kisi u jippromwovi adeżjoni aħjar tal-film. Huwa jippermetti wkoll proċess ta’ kisi kontinwu, biex b’hekk jonqos il-ħin tal-proċess tal-kisi. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dan l-addittiv bħala aġent tal-kisi f’supplimenti tal-ikel solidu u li jiġi assenjat l-E 1208 bħala n-numru E għall-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon. |
(7) |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-kopolimeru ta’ aċetat ta’ vinil polivinilpirrolidon (E 1208) għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 meta dan jiġi inkluż għall-ewwel darba fil-listi tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u r-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(4) The EFSA Journal 2010; 8(12):1948.
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-punt 3 tal-Parti B “L-addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-E 1207, Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku:
|
(2) |
Fil-Parti E, fil-kategorija tal-ikel 17.1 “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f’forom li jistgħu jintmagħdu” tiddaħħal l-annotazzjoni l-ġdida li ġejja wara l-annotazzjoni għall-E 1207, Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku:
|
ANNESS II
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja wara l-annotazzjoni għall-E 1207 (Kopolimeru tal-metakrilat anjoniku):
“E 1208 KOPOLIMERU TA’ AĊETAT TA’ VINIL POLIVINILPIRROLIDON
Sinonimi |
Kopolividon; kopovidon; kopolimeru ta’ aċetat ta’ 1-vinil-2-pirrolidon-vinil; 2-pirrolidinon, 1-etenil, polimeru b’aċetat ta’ etenil |
Definizzjoni |
Dan huwa prodott permezz tal-kopolimerizzazzjoni ta’ N-vinil-2-pirrolidon u aċetat ta’ vinil f’soluzzjoni fil-propan-2-ol, fil-preżenza tal-inizjaturi. |
Einecs |
|
Isem kimiku |
Aċidu aċetiku, ester etenil, polimeru b’1-etenil-2-pirrolidon |
Formula kimika |
(C6H9NO)n.(C4H6O2)m |
Piż Molekolari ta’ Viskożità Medja |
Bejn 26 000 u 46 000 g/mol. |
Test |
Kontenut ta’ nitroġenu 7,0 - 8,0 % |
Deskrizzjoni |
L-istat fiżiku huwa deskritt bħala trab ta’ lewn abjad għal abjad fl-isfar jew qxur bid-daqs ta’ partiċella medja ta’ 50 – 130 μm. |
Identifikazzjoni |
|
Solubbiltà |
Jinħall faċilment fl-ilma, fl-etanol, fil-klorur tal-etilen u l-etere. |
Spettroskopija tas-assorbiment infrared |
Għad trid tiġi identifikata |
It-Test Ewropew tal-Kuluri (Kulur BY) |
Minimu BY5 |
valur K (*) (1 % ta’ solidi f’soluzzjoni milwiema) |
25,2-30,8 |
valur pH |
3,0 – 7,0 (soluzzjoni milwiema ta’ 10 %) |
Purità |
|
Komponent vinilaċetat fil-kopolimeru |
Mhux aktar minn 42,0 % |
Aċetat ħieles mill-vinil |
Mhux aktar minn 5 mg/kg |
Irmied totali |
Mhux aktar minn 0,1 % |
Aldeid |
Mhux aktar minn 2 000 mg/kg (bħala aċetaldeid) |
Ħieles mill-N-vinilpirrolidon |
Mhux aktar minn 5 mg/kg |
Idrażina |
Mhux aktar minn 0,8 mg/kg |
Kontenut ta’ Perossidu |
Mhux aktar minn 400 mg/kg |
Propan-2-ol |
Mhux aktar minn 150 mg/kg |
Arseniku |
Mhux aktar minn 3 mg/kg |
Ċomb |
Mhux aktar minn 2 mg/kg |
Merkurju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Kadmju |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
(*) Valur K: Indiċi mingħajr dimensjoni, ikkalkulat minn kejl ta’ viskożità kinematika ta’ soluzzjonijiet dilwiti, użat biex jindika l-grad probabbli tal-polimeriżazzjoni jew id-daqs molekulari ta’ polimeru.”