Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0246

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2014 tat- 13 ta’ Marzu 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 74, 14.3.2014, pp. 58–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/246/oj

14.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/58


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 246/2014

tat-13 ta’ Marzu 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tneħħija ta’ ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti u daħħalha fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tagħmel talba għal dan.

(4)

Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha għadd ta’ sustanzi li għalihom l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għadha ma temmitx l-evalwazzjoni jew li għalihom talbet dejta xjentifika addizzjonali sabiex tkun tista’ tlesti l-evalwazzjoni. Fil-każ ta’ 19-il sustanza minnhom, il-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ dawn is-sustanzi aromatizzanti issa rtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom. Għaldaqstant, dawk is-sustanzi aromatizzanti għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni.

(5)

Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, is-sustanzi aromatizzanti li mhumiex fil-lista tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala tali u jintużaw fl-ikel jew fuq l-ikel sat-22 ta’ Ottubru 2014. Minħabba li s-sustanzi aromatizzanti diġà jinsabu fis-suq fl-Istati Membri u sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-Unjoni, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) ġew stabbiliti miżuri tranżitorji għall-ikel li jkun fih dawk is-sustanzi.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)   ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta’ ħwawar u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162).


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, għandhom jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“01.015

Vinilbenżen

100-42-5

 

11022

 

 

1

L-EFSA

02.122

p-menta-1,8(10)-dien-9-ol

3269-90-7

 

 

 

 

2

L-EFSA

09.809

aċetat ta’ p-menta-1,8(10)-dien-9-il

15111-97-4

 

10743

 

 

2

L-EFSA

12.114

Trisulfur tad-dietil

3600-24-6

1701

11451

 

 

4

L-EFSA

12.120

2,8-epitijo-p-mentan

68398-18-5

1685

 

 

 

4

L-EFSA

12.159

Metantijosulfonat tal-metil

2949-92-0

 

11520

 

 

3

L-EFSA

12.256

Trisulfur tal-etil u tal-propil

31499-70-4

1695

 

 

 

4

L-EFSA

12.272

Propantijosulfonat tal-propil

1113-13-9

1702

 

 

 

3

L-EFSA

13.029

2,5-dimetilfuran

625-86-5

1488

2208

 

 

3

L-EFSA

13.030

2-metilfuran

534-22-5

1487

2209

 

 

3

L-EFSA

13.092

2-etilfuran

3208-16-0

1489

11706

 

 

3

L-EFSA

14.145

Pirrol-2-karbaldeid

1003-29-8

 

11393

 

 

4

L-EFSA

14.163

1-metilpirrol-2-karbossaldeid

1192-58-1

 

 

 

 

4

L-EFSA

14.169

1-etil-2-pirrolkarbossaldeid

2167-14-8

 

 

 

 

4

L-EFSA

15.064

2,5-dimetiltijofen

638-02-8

 

 

 

 

4

L-EFSA

15.072

2-etiltijofen

872-55-9

 

11614

 

 

4

L-EFSA

15.091

2-metiltijofen

554-14-3

 

11631

 

 

4

L-EFSA

15.092

3-metiltijofen

616-44-4

 

11632

 

 

4

L-EFSA

16.124

(1R,2S,5R)-N-ċiklopropil-5-metil-2-isopropil ċikloeżankarbossammid

73435-61-7

 

 

 

 

1

L-EFSA”.


Top