This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0214
Commission Regulation (EU) No 214/2014 of 25 February 2014 amending Annexes II, IV, XI, XII and XVIII to Directive 2007/46/EC of the European Parliament and of the Council establishing a framework for the approval of motor vehicles and their trailers, and of systems, components and separate technical units intended for such vehicles Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 214/2014 tal- 25 ta’ Frar 2014 li jemenda l-Annessi II, IV, XI, XII u XVIII għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 214/2014 tal- 25 ta’ Frar 2014 li jemenda l-Annessi II, IV, XI, XII u XVIII għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 69, 8.3.2014, pp. 3–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32018R0858
|
8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 214/2014
tal-25 ta’ Frar 2014
li jemenda l-Annessi II, IV, XI, XII u XVIII għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi kollha l-ġodda. B’mod partikolari, telenka l-atti regolatorji li jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi li magħhom iridu jikkonformaw il-vetturi sabiex jingħataw approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura. Barra minn hekk, id-Direttiva 2007/46/KE għamlet l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa tal-KE obbligatorja għal vetturi b’użu speċjali b’konformità mal-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Anness XIX tagħha. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), introduċa karatteristiċi ġodda tas-sikurezza għall-vetturi u pprovda għar-revoka ta’ bosta direttivi u s-sostituzzjoni tagħhom permezz tar-Regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE). |
|
(3) |
L-Anness XI għad-Direttiva 2007/46/KE fih lista ta’ atti regolatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi b’użu speċjali, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tali vetturi. Huwa essenzjali li jiġi adattat l-Anness XI sabiex dan idaħħal il-bidliet introdotti mir-Regolament (KE) Nru 661/2009. Għandha tapplika d-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 661/2009. |
|
(4) |
Biex tinkiseb l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi li japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa tal-KE ta’ vetturi b’użu speċjali, importanti li jiġi emendat l-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE u li jiġu stabbiliti rekwiżiti iktar stretti dwar ambulanzi u vetturi aċċessibbli bis-siġġu tar-roti. Biex l-industrija tingħata biżżejjed żmien ħalli tadatta l-vetturi tagħha, dawk ir-rekwiżiti iktar stretti għandhom japplikaw biss għal tipi ta’ vetturi ġodda. |
|
(5) |
L-Anness XVIII għad-Direttiva 2007/46/KE kien relevanti għar-reġistrazzjoni ta’ vetturi b’użu speċjali fuq il-bażi ta’ vetturi inkompleti b’approvazzjoni tat-tip nazzjonali. Peress li l-approvazzjonijiet tat-tip tal-KE ser jieħdu post approvazzjonijiet tat-tip nazzjonali b’konformità mad-dati stabbiliti fl-Anness XIX għad-Direttiva 2007/46/KE, xieraq li l-Anness XVIII jitħassar fi tmiem il-perjodu tranżitorju previst mill-Anness XIX għad-Direttiva 2007/46/KE. |
|
(6) |
Il-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE telenka r-Regolamenti tan-NU/KEE rikonoxxuti bħala alternattiva għad-direttivi fil-Parti I tal-Anness IV. Bir-revoka ta’ ħafna minn dawk id-direttivi mir-Regolament (KE) Nru 661/2009 mill-1 ta’ Novembru 2014 u l-adozzjoni ta’ Regolament ġdid tan-NU/KEE dwar is-sikurezza tan-nies mixjin, xieraq li jiġu aġġornati l-entrati relevanti fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2007/46/KE. Barra minn hekk, xieraq li jiġu kkoreġuti bosta żbalji fl-Anness IV għal dik id-direttiva. |
|
(7) |
L-Anness XII għad-Direttiva 2007/46/KE ġie emendat dakinhar mir-Regolament (UE) 1229/2012 (3) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1230/2012 (4), u dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni mhux ċara rigward in-numru ta’ unitajiet permessi għal vetturi b’approvazzjoni tat-tip ta’ serje żgħira għaliex ir-Regolament (UE) 1229/2012 ġie abbozzat biex ikun ippubblikat wara r-Regolament (UE) 1230/2012. Biex titneħħa din l-inċertezza, xieraq li terġa’ tiġi ppubblikata l-verżjoni konsolidata tal-Anness XII kif emendat minn dawn iż-żewġ testi legali. |
|
(8) |
Għalhekk, id-Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Annessi II, IV, XI u XII huma emendati b’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness XVIII tħassar. |
Artikolu 2
Mill-1 ta’ Novembru 2014, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jibdew iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità għall-vetturi bħala invalidi għall-fini tal-Artikolu 26(1) sakemm l-approvazzjonijiet tat-tip ikkonċernati ma jkunux ġew aġġornati għar-rekwiżiti tal-Anness XI għad-Direttiva 2007/46/KE kif emendata minn dan ir-Regolament.
Madankollu, ir-rekwiżiti addizzjonali dwar il-kompartiment għall-pazjenti tal-ambulanzi fl-Appendiċi 1 tal-Anness XI għad-Direttiva 2007/46/KE u r-rewkiżiti addizzjonali għall-ittestjar tas-sistema ta’ rbit tas-siġġu tar-roti u ta’ trażżin tal-okkupant ta’ vetturi aċċessibbli għas-siġġu tar-roti fl-Appendiċi 3 tal-Anness XI għad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2014 iżda għat-tipi ta’ vetturi ġodda biss.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(2), l-Artikolu 2 u l-Punti 1(a) u 2(b)(i) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Novembru 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.)
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1229/2012 tal-10 ta’ Diċembru 2012 li jemenda l-Annessi IV u XII għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1230/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31).
ANNESS
Id-Direttiva 2007/46/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, Parti A,
|
|
(2) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness XI huwa sostitwit ma’ dan li ġej: “ANNESS XI GĦAMLA TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE U D-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALIHA GĦAL VETTURI B’UŻU SPEĊJALI “Appendiċi 1 Karavans bil-Mutur, Ambulanzi u Karrijiet tal-mejtin
Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-ambulanzi Il-kompartiment tal-pazjenti tal-ambulanzi għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ EN 1789:2007 +A1: 2010 +A2:2014 dwar il-vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom –Ambulanzi tat-triq bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 6.5, lista ta’ tagħmir. Prova tal-konformità għandha tiġi pprovduta flimkien ma’ rapport tat-test ta’ servizz tekniku. Jekk hemm previst spazju għas-siġġu tar-roti, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 3 relatati mal-irbit tas-siġġu tar-roti u s-sistemi ta’ trażżin tal-okkupant. “Appendiċi 2 Il-Vetturi Blindati
“Appendiċi 3 Il-Vetturi Aċċessibbli għas-Siġġijiet tar-Roti
Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-ittestjar tas-sistema ta’ rbit tas-siġġu tar-roti u trażżin tal-okkupant
0. Id-definizzjonijiet
1. Ir-rekwiżiti ġenerali
2. L-ittestjar statiku fil-vettura 2.1. L-ankraġġi ta’ trażżin tal-okkupant tas-siġġu tar-roti
2.2. L-ankraġġi ta’ rbit tas-siġġu tar-roti L-ankraġġi ta’ rbit tas-siġġu tar-roti għandhom jirreżistu l-forzi li ġejjin, għal tal-inqas 0.2 sekondi, applikati permezz tal-SWC (jew siġġu tar-roti sostitut xieraq b’bażi tar-roti, għoli tas-sit u punti ta’ ġonġiment tal-irbit konformi mal-ispeċifikazzjoni għall-SWC), b’għoli ta’ 300 +/- 100 mm mill-wiċċ li fuqu jistrieħ l-SWC:
2.3. Il-komponenti tas-sistema
3. L-ittestjar dinamiku fil-vettura
“Appendiċi 4 Vetturi Oħrajn b’Użu Speċjali (inklużi Karavans bi trasportatur u trejler ta' tagħmir multipli ta’ grupp speċjali) Ir-rekwiżiti tal-Anness IV għandhom jiġu ssodisfati kemm jista’ jkun: L-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet hija permessa biss jekk il-manifattur juri, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità ta’ approvazzjoni, li l-vettura, minħabba l-funzjoni speċjali tagħha, ma tistax tissodisfa r-rekwiżiti kollha.
“Appendiċi 5 Il-krejnijiet mobbli
“Appendiċi 6 Il-vetturi għat-trasport ta’ tagħbija eċċezzjonali
It-tifsira tan-noti:
|
|
(4) |
L-Anness XII huwa sostitwit ma’ dan li ġej: ‘ANNESS XII IL-LIMITI TAS-SERJE ŻGĦIRA U TA’ TMIEM IS-SERJE A. IL-LIMITI TAS-SERJE ŻGĦIRA
B. IL-LIMITI TA’ TMIEM IS-SERJE In-numru massimu ta’ vetturi sħaħ u kompluti li bdew jaħdmu f’kull Stat Membru skont il-proċedura “Tmiem is-Serje” għandu jiġi limitat b’wieħed mill-modi li ġejjin li jingħażel mill-Istat Membru:
|
(*1) Toqol massimu mgħobbi teknikament permissibbli
(*2) Kwalunkwe sistema ta’ protezzjoni ta’ quddiem ipprovduta mal-vettura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 78/2009 u għandha tkun ipprovduta b’numru tal-approvazzjoni tat-tip u għandha tkun immarkata kif xieraq.