Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0167

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 167/2014 tal- 21 ta’ Frar 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

    ĠU L 54, 22.2.2014, p. 10–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2014; Impliċitament imħassar minn 32012R0649

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/167/oj

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 54/10


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 167/2014

    tal-21 ta’ Frar 2014

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem (il-“proċedura PIC”) għal ċerti sustanzi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

    (2)

    Huwa xieraq li tiġi kkunsidrata l-azzjoni regolatorja fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kimiċi meħuda skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    (3)

    Fis-sitt laqgħa tagħha, li saret bejn it-28 ta’ April u l-10 ta’ Mejju 2013, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet li jiġu inklużi l-azinfos-metil, l-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan, is-sulfonati tal-perfluworoottan, is-sulfonammidi tal-perfluworoottan u s-sulfonili tal-perfluworoottan fl-Anness III ta’ dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Għalhekk, dawk is-sustanzi kimiċi għandhom jitneħħew mil-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 u jiżdiedu mal-lista tas-sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness.

    (4)

    Il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet ukoll li tinkludi l-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, inklużi l-etere tat-tetrabromodifenil u tal-pentabromodifenil u kif ukoll l-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali inklużi l-etere tal-eżabromodifenil u tal-ettabromodifenil fl-Anness III ta’ dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dawk is-sustanzi kimiċi saru soġġetti għall-proċedura PIC skont dik il-Konvenzjoni. Billi l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil huma diġà elenkati fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 u għalhekk huma soġġetti għall-projbizzjoni ta’ esportazzjoni, dawk is-sustanzi kimiċi ma jiżdidux mal-lista tas-sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (5)

    L-approvazzjoni tas-sustanza klorur tad-dideċildimetilammonju ġiet irtirata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li hu pprojbit l-użu bħala pestiċida tal-klorur tad-dideċildimetilammonju fil-grupp ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008.

    (6)

    L-entrata tal-klorat fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandha tiġi emendata sabiex tipprovdi aktar ċarezza fir-rigward ta’ liema sustanzi kienu intiżi li jiġu koperti b’dik l-entrata.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Sabiex l-industrija tingħata biżżejjed żmien biex tieħu l-miżuri neċessarji għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u biex l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi ddiferita.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    tiżdied l-entrata li ġejja:

    Sustanza kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Subkategorija (*)

    Limitazzjoni tal-użu (**)

    Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

    “Klorur tad-dideċildimetilammonju

    7173-51-5

    230-525-2

    2923 90 00

    p(1)

    b”

     

    (b)

    l-entrati għall-azinfos-metil u s-sulfonati tal-perfluworoottan għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    Sustanza kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Subkategorija (*)

    Limitazzjoni tal-użu (**)

    Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

    “Azinfos-metil #

    86-50-0

    201-676-1

    2933 99 80

    p(1)

    b

     

    Sulfonati tal-perfluworoottan

    1763-23-1

    217-179-8

    2904 90 95

    i(1)

    sr”

     

    (PFOS) C8F17SO2X

    2795-39-3

    220-527-1

    2904 90 95

    (X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), alid, ammid, u derivattivi oħra li jinkludu l-polimeri) +/#

    70225-14-8

    274-460-8

    2922 12 00

    56773-42-3

    260-375-3

    2923 90 00

    4151-50-2

    223-980-3

    2935 00 90

    57589-85-2

    260-837-4

    2924 29 98

    68081-83-4

    268-357-7

    3824 90 97

    u oħrajn

     

     

    (c)

    l-entrata għall-klorat tinbidel b’dan li ġej:

    Sustanza kimika

    Nru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Subkategorija (*)

    Limitazzjoni tal-użu (**)

    Pajjiżi li għalihom mhijiex meħtieġa notifika

    “Klorat +

    7775-09-9

    231-887-4

    2829 11 00

    p(1)

    b”

     

    10137-74-3

    233-378-2

    2829 19 00

    7783-92-8

    232-034-9

    2843 29 00

    u oħrajn

     

     

    2.

    Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għas-sulfonati tal-perfluworoottan tinbidel b’dan li ġej:

    Sustanza kimika

    CAS RN

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Kategorija (*)

    Limitazzjoni tal-użu (**)

    “Id-derivattivi tas-sulfonati tal-perfluworoottan (inklużi l-polimeri), mhumiex koperti minn

    57589-85-2

    260-837-4

    2924 29 98

    i

    sr”

    68081-83-4

    268-357-7

    3824 90 97

    Aċidu sulfoniku tal-perfluworootan, sulfonati tal-perfluworoottan, sulfonammidi tal-perfluworoottan, sulfonili tal-perfluworoottan

    u oħrajn

     

     

    (b)

    l-entrata għall-klorat tinbidel b’dan li ġej:

    Sustanza kimika

    CAS RN

    Nru Einecs

    Kodiċi NM

    Kategorija (*)

    Limitazzjoni tal-użu (**)

    “Klorat

    7775-09-9

    231-887-4

    2829 11 00

    p

    b”

    10137-74-3

    233-378-2

    2829 19 00

    7783-92-8

    232-034-9

    2843 29 00

    u oħrajn

     

     

    (c)

    l-entrata għall-azinfos-metil titħassar;

    3.

    fil-Parti 3 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Sustanza kimika

    Numru(i) CAS rilevanti

    Kodiċi HS

    Sustanza pura

    Kodiċi HS

    Taħlitiet, preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanza

    Kategorija

    “Azinfos-metil

    86-50-0

    2933.99

    3808.10

    Pestiċida

    Aċidu sulfoniku tal-perfluworootan, sulfonati tal-perfluworoottan, sulfonammidi tal-perfluworoottan, sulfonili tal-perfluworoottan

    1763-23-1

    2904.90

    3824.90

    Industrijali”

    2795-39-3

    2904.90

    29457-72-5

    2904.90

    29081-56-9

    2904.90

    70225-14-8

    2922.12

    56773-42-3

    2923.90

    251099-16-8

    2923.90

    4151-50-2

    2935.00

    31506-32-8

    2935.00

    1691-99-2

    2935.00

    24448-09-7

    2935.00

    307-35-7

    2904.90

    u oħrajn

     


    Top