Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0161

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 161/2014 tat- 18 ta’ Frar 2014 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bayerische Breze/Bayerische Brezn/Bayerische Brez’n/Bayerische Brezel (IGP)]

ĠU L 52, 21.2.2014, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/161/oj

21.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 161/2014

tat-18 ta’ Frar 2014

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bayerische Breze/Bayerische Brezn/Bayerische Brez’n/Bayerische Brezel (IGP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 it-talba ta’ reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Bayerische Breze”/“Bayerische Brezn”/“Bayerische Brez’n”/“Bayerische Brezel” li saret mill-Ġermanja ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Bayerische Breze”/“Bayerische Brezn”/“Bayerische Brez’n”/“Bayerische Brezel” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 262, 11.9.2013, p. 13.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.4.   Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar

IL-ĠERMANJA

Bayerische Breze/Bayerische Brezn/Bayerische Brez’n/Bayerische Brezel (IGP)


Top