This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0119
Commission Regulation (EU) No 119/2014 of 7 February 2014 amending Directive 2002/46/EC of the European Parliament and of the Council and Regulation (EC) No 1925/2006 of the European Parliament and of the Council as regards chromium enriched yeast used for the manufacture of food supplements and chromium(III) lactate tri-hydrate added to foods Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2014 tas- 7 ta’ Frar 2014 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħmira arrikkita bil-kromu użata għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel, u l-lattat tal-kromu (III) triidrat miżjud mal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2014 tas- 7 ta’ Frar 2014 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħmira arrikkita bil-kromu użata għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel, u l-lattat tal-kromu (III) triidrat miżjud mal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 39, 8.2.2014, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/44 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 119/2014
tas-7 ta’ Frar 2014
li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħmira arrikkita bil-kromu użata għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel, u l-lattat tal-kromu (III) triidrat miżjud mal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-supplimenti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA),
Billi:
(1) |
L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE jistabbilixxi l-lista ta’ vitamini u sustanzi minerali li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 (3) issostitwixxa l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE. L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE ġie emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2011 (4). |
(2) |
Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/46/KE, għandhom jiġu adottati, wara konsultazzjoni mal-EFSA, dispożizzjonijiet dwar il-vitamini u s-sustanzi minerali fis-supplimenti tal-ikel li jistgħu jolqtu ħażin is-saħħa pubblika. |
(3) |
Fil-31 ta’ Ottubru 2012, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-ħmira tal-kromu biċ-ċelloli abbinati ChromoPrecise®, miżjuda għal finijiet alimentari, bħala sors ta’ kromu fis-supplimenti tal-ikel, kif ukoll dwar il-bijodisponibbiltà tal-kromu minn dan is-sors (5). |
(4) |
L-EFSA saħqet li l-konklużjonijiet stipulati fl-opinjoni tagħha japplikaw biss għall-ħmira tal-kromu ChromoPrecise®, u mhux għal ħmejjer oħra arrikkiti bil-kromu. Barra minn hekk, l-EFSA qieset li l-ispeċifikazzjonijiet għall-ħmira tal-kromu ChromoPrecise® għandhom jinkludu speċifikazzjonijiet rigward it-telf mat-tnixxif, kif ukoll rigward il-kontenut massimu tal-kromu (VI). |
(5) |
Mill-opinjoni adottata mill-EFSA fil-31 ta’ Ottubru 2012, joħroġ ukoll li l-użu tal-ħmira tal-kromu ChromoPrecise® f’supplimenti tal-ikel ma jippreżentax riskju għas-sikurezza, dejjem jekk jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet iddettaljati fl-opinjoni. |
(6) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jistabbilixxi l-lista tal-vitamini u s-sustanzi minerali li jistgħu jiżdiedu mal-ikel. |
(7) |
Skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, modifiki lil-lista pprovduta fl-Anness II tal-istess Regolament għandhom jiġu adottati filwaqt li titqies l-opinjoni tal-EFSA. |
(8) |
Fit-13 ta’ Settembru 2012, l-EFSA adottat opinjoni xjentifika dwar il-lattat tal-kromu (III) triidrat bħala sors ta’ kromu (III) miżjud mal-ikel għal finijiet alimentari (6). |
(9) |
Mill-opinjoni adottata mill-EFSA fit-13 ta’ Settembru 2012, joħroġ ukoll li ż-żieda tal-lattat tal-kromu (III) triidrat mal-ikel ma tippreżentax riskju għas-sikurezza, dejjem jekk jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet iddettaljati fl-opinjoni. |
(10) |
Is-sustanzi li għalihom l-EFSA esprimiet opinjoni favorevoli għandhom jiżdiedu mal-listi stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
(11) |
Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti, u l-kummenti mogħtija ġew ikkunsidrati. |
(12) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-punt B tal-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata “klorur tal-kromu (III)”:
“ħmira arrikkita bil-kromu (*)
Artikolu 2
Fil-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata “pikolinat tal-kromu”:
“lattat tal-kromu (III) triidrat”.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.
(2) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
(3) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36.
(4) ĠU L 296, 15.11.2011, p. 29.
(5) Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni Xjentifika dwar il-ħmira tal-kromu biċ-ċelloli abbinati ChromoPrecise®, miżjuda għal finijiet alimentari, bħala sors ta’ kromu fis-supplimenti tal-ikel, kif ukoll dwar il-bijodisponibbiltà tal-kromu minn dan is-sors. EFSA Journal 2012; 10(11):2951.
(6) Il-Bord tal-EFSA dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS); Opinjoni Xjentifika dwar il-lattat tal-kromu(III) triidrat bħala sors ta’ kromu miżjud mal-ikel għal finijiet alimentari. EFSA Journal 2012; 10(10):2881.