Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0115

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2014 tal- 4 ta’ Frar 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 38, 7.2.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/115/oj

    7.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 38/24


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 115/2014

    tal-4 ta’ Frar 2014

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, iridu jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur.

    (5)

    Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-perjodu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

    Artikolu 2

    L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-oġġetti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Apparat li jikkontrolla l-elettriku għal vultaġġ li ma jaqbiżx 1 000  V li jinkludi skrin bi kristalli likwidi (LCD) bi skrin li jaħdem billi jintmiss. L-iskrin mill-wisa’ għandu kejl ta’ 30,5 cm (12-il pulzier) u riżoluzzjoni ta’ 800 × 600 pixels f’tagħmir ta’ kejl ta’ madwar 30 × 23 × 6 cm.

    L-apparat jinkorpora magna awtomatika għal ipproċessar ta’ dejta (ADP) mgħammra b’sistema operattiva.

    L-apparat huwa mgħammar bl-interfaċċji li ġejjin:

    compact flash memory slot,

    żewġ konnetturi USB,

    żewġ konnetturi RJ-45,

    konnettur RS-232,

    konnettur RS-485,

    memorja tal-espansjoni bi slot,

    espansion bus b’expansion cards għall-kontroll, pereżempju, tal-units ta’ proprjetà ta’ input/output (I/O).

    Huwa mgħammar ukoll b’diversi built-in drivers għall-konnessjoni ma’ tipi differenti ta’ apparat ta’ awtomazzjoni u jista’ jeżegwixxi u juri xi programmi tas-softwer desktop, bħall-word processor u l-applikazzjoni spreadsheet.

    L-apparat huwa maħsub biex jintuża għall-kontroll elettriku ta’ magni fi proċessi industrijali f’applikazzjonijiet li jużaw kontrolluri awtomatiċi jew kontrolluri loġiċi li jistgħu jiġu pprogrammati.

    8537 10 10

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi tan-NM 8537 , 8537 10 and 8537 10 10 .

    Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-preżenza ta’ built-in drivers għal tipi differenti ta’ apparat ta’ awtomazzjoni u ta’ bus expansion għall-kontroll tal-units ta’ input/output, l-apparat huwa maħsub għall-użu fil-kontroll elettriku ta’ magni fil-proċessi industrijali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8471 bħala magna awtomatika li tipproċessa d-dejta hija għalhekk eskluża.

    Billi l-apparat jinkludi magna awtomatika ta’ pproċessar tad-dejta jrid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8537 10 10 bħala pannelli b’kontroll numeriku b’magna built-in awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta għal vultaġġ li ma jaqbiżx 1 000  V.


    Top