EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0068

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2014 tas- 27 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 23, 28.1.2014, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/68/oj

28.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 23/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 68/2014

tas-27 ta’ Jannar 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament tal-Kummisjsoni (UE) Nru 141/2013 (2) jipprevedi d-daqs minimu effettiv tal-kampjun, ikkalkulat fuq l-assunzjoni ta’ teħid aleatorju sempliċi tal-kampjuni.

(2)

Jeħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 141/2013 jiġi adattat biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tal-Kroazja.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 141/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 141/2013 għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta’ Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta’ Intervisti (EHIS) (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20).


ANNESS

“ANNESS II

Id-daqs tal-kampjuni finali li jridu jinkisbu

 

Persuni minn 15-il sena ‘l fuq li jridu jiġu intervistati

L-Istati Membri tal-UE

 

Il-Belġju

6 500

Il-Bulgarija

5 920

Ir-Repubblika Ċeka

6 510

Id-Danimarka

5 350

Il-Ġermanja

15 260

L-Estonja

4 270

L-Irlanda

5 057

Il-Greċja

6 667

Spanja

11 620

Franza

13 110

Il-Kroazja

5 000

L-Italja

13 180

Ċipru

4 095

Il-Latvja

4 555

Il-Litwanja

4 850

Il-Lussemburgu

4 000

L-Ungerija

6 410

Malta

3 975

Il-Pajjiżi l-Baxxi

7 515

L-Awstrija

6 050

Il-Polonja

10 690

Il-Portugall

6 515

Ir-Rumanija

8 420

Is-Slovenja

4 486

Is-Slovakkja

5 370

Il-Finlandja

5 330

L-Isvezja

6 200

Ir-Renju Unit

13 085

It-Total tal-Istati Membri tal-UE

199 990

L-Isvizzera

5 900

L-Islanda

3 940

In-Norveġja

5 170

It-Total li jinkludi l-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja

215 000 ”


Top