Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0067

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2014 tas- 27 ta’ Jannar 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2015 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-parteċipazzjoni soċjali u kulturali u t-tiċħid materjali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 23, 28.1.2014, p. 1–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/67/oj

    28.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 23/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 67/2014

    tas-27 ta’ Jannar 2014

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2015 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-parteċipazzjoni soċjali u kulturali u t-tiċħid materjali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien, li jinkorpora dejta komparabbli u aġġornata, kemm trasversali kif ukoll lonġitudinali, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livelli nazzjonali u dawk Ewropej.

    (2)

    Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, jeħtieġ li jiġu implimentati l-miżuri fir-rigward tal-lista tas-setturi u tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li trid tiġi inkluża kull sena fil-komponent trasversali tal-UE-SILC. Il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li trid tiġi inkorporata fil-modulu dwar il-parteċipazzjoni soċjali u kulturali u t-tiċħid materjali, għandha tiġi stabbilita għas-sena 2015, flimkien mal-identifikaturi tal-varjabbli korrispondenti.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-lista ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tal-varjabbli għall-modulu tal-2015 dwar il-parteċipazzjoni soċjali u kulturali u t-tiċħid materjali li trid tiġi inkluża fil-komponent trasversali tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC), għandha tkun kif stabbilita fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


    ANNESS

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unitajiet, il-metodi tal-ġbir tad-dejta u l-perjodi ta’ referenza li ġejjin:

    1.   Unità

    Il-varjabbli fil-mira huma relatati ma’ żewġ tipi ta’ unitajiet:

     

    Individwali: il-varjabbli kollha għajr għal dak relatat mal-“Istress finanzjarju”.

     

    Unità Domestika: il-varjabbli relatat mal-“Istress finanzjarju”.

    2.   Metodu ta’ ġbir tad-dejta

    Għall-varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membru tal-unità domestika li jwieġeb.

    Għall-varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew, jekk applikabbli, ma’ kull persuna magħżula biex twieġeb.

    L-età tirreferi għall-età fi tmiem il-perjodu ta’ referenza għall-introjtu.

    Fid-dawl tat-tip ta’ informazzjoni li trid tinġabar, huma permessi intervisti personali biss (intervisti bi prokura bħala eċċezzjoni għall-persuni li jkunu temporanjament assenti jew inabilitati).

    3.   Perjodu ta’ referenza

    Il-fatturi varjabbli fil-mira għandhom x’jaqsmu ma’ tliet tipi ta’ perjodi ta’ referenza:

     

    L-aħħar tnax-il xahar: għall-varjabbli relatati mal-“Parteċipazzjoni f’avveniment kulturali u sportiv” u mal-“Parteċipazzjoni soċjali formali u informali”.

     

    Tas-soltu: għall-varjabbli relatati mal-“Prattika ta’ attivitajiet artistiċi” u mal-“Integrazzjoni ma’ qraba, ħbieb u ġirien”.

     

    Attwalment: għall-varjabbli relatati mat-“Tiċħid materjali”.

    4.   Trażmissjoni ta’ dejta

    Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-Fajl tad-Dejta dwar l-Unità Domestika (il-fajl H) u fil-Fajl tad-Dejta Personali (il-fajl P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira

    MODULU DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI SOĊJALI U KULTURALI U T-TIĊĦID MATERJALI GĦALL-2015

    OQSMA U LISTA TA’ FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

    Identifikatur tal-varjabbli

    Valuri

    Varjabbli fil-mira

    Parteċipazzjoni soċjali u kulturali

    Parteċipazzjoni f’avveniment kulturali jew sportiv

    PS010

     

    Ħruġ saċ-ċinema

    1

    Mhux iktar minn 3 darbiet

    2

    Aktar minn 3 darbiet

    3

    Le - ma tistax taffordjah

    4

    Le - nuqqas ta’ interess

    5

    Le - l-ebda ċinema fil-viċin

    6

    Le - raġunijiet oħra

    PS010_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS020

     

    Ħruġ għal rappreżentazzjonijiet lajv

    1

    Mhux iktar minn 3 darbiet

    2

    Aktar minn 3 darbiet

    3

    Le - ma tistax taffordjhom

    4

    Le - nuqqas ta’ interess

    5

    Le - l-ebda rappreżentazzjoni fil-viċin

    6

    Le - raġunijiet oħra

    PS020_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS030

     

    Żjarat f’siti kulturali

    1

    Mhux iktar minn 3 darbiet

    2

    Aktar minn 3 darbiet

    3

    Le - ma tistax taffordjhom

    4

    Le - nuqqas ta’ interess

    5

    Le - l-ebda sit kulturali fil-viċin

    6

    Le - raġunijiet oħra

    PS030_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS040

     

    Attendenza għal avvenimenti sportivi lajv

    1

    Mhux iktar minn 3 darbiet

    2

    Aktar minn 3 darbiet

    3

    Le - ma tistax taffordjhom

    4

    Le - nuqqas ta’ interess

    5

    Le - l-ebda avveniment sportiv lajv fil-viċin

    6

    Le - raġunijiet oħra

    PS040_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Prattika ta’ attivitajiet artistiċi

    PS041

     

    Prattika ta’ attivitajiet artistiċi

    1

    Kuljum

    2

    Kull ġimgħa (mhux kuljum)

    3

    Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

    4

    Darba fix-xahar

    5

    Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

    6

    Qatt

    PS041_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Integrazzjoni mal-qraba, ħbieb u ġirien

    PS050

     

    Frekwenza tal-laqgħat mal-familja (qraba)

    1

    Kuljum

    2

    Kull ġimgħa (mhux kuljum)

    3

    Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

    4

    Darba fix-xahar

    5

    Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

    6

    Qatt

    PS050_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 2

    Mhux Applikabbli (L-ebda qarib)

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS060

     

    Frekwenza tal-laqgħat mal-ħbieb

    1

    Kuljum

    2

    Kull ġimgħa (mhux kuljum)

    3

    Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

    4

    Darba fix-xahar

    5

    Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

    6

    Qatt

    PS060_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 2

    Mhux Applikabbli (L-ebda ħabib)

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS070

     

    Frekwenza tal-kuntatti mal-familja (qraba)

    1

    Kuljum

    2

    Kull ġimgħa (mhux kuljum)

    3

    Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

    4

    Darba fix-xahar

    5

    Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

    6

    Qatt

    PS070_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 2

    Mhux Applikabbli (L-ebda qarib)

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS080

     

    Frekwenza tal-kuntatti mal-ħbieb

    1

    Kuljum

    2

    Kull ġimgħa (mhux kuljum)

    3

    Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

    4

    Darba fix-xahar

    5

    Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

    6

    Qatt

    PS080_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 2

    Mhux Applikabbli (L-ebda ħabib)

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS081

     

    Komunikazzjoni permezz ta’ midja soċjali

    1

    Kuljum

    2

    Kull ġimgħa (mhux kuljum)

    3

    Diversi drabi kull xahar (mhux kull ġimgħa)

    4

    Darba fix-xahar

    5

    Għall-inqas darba fis-sena (anqas minn darba fix-xahar)

    6

    Qatt

    PS081_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS090

     

    Għajnuna mill-oħrajn

    1

    Iva

    2

    Le

    PS090_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 2

    Mhux Applikabbli (L-ebda qarib, ħabib, ġar)

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS091

     

    Ħwejjeġ personali (u jekk għandekx ma’ min titkellimhom)

    1

    Iva

    2

    Le

    PS091_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Parteċipazzjoni soċjali formali u informali

    PS100

     

    Parteċipazzjoni f’attivitajiet volontarji informali

    1

    Iva

    2

    Le - nuqqas ta’ interess

    3

    Le - nuqqas ta’ ħin

    4

    Le - raġuni oħra

    PS100_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS101

     

    Parteċipazzjoni f’xogħol volontarju formali

    1

    Iva

    2

    Le - nuqqas ta’ interess

    3

    Le - nuqqas ta’ ħin

    4

    Le - raġuni oħra

    PS101_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PS102

     

    Ċittadinanza attiva

    1

    Iva

    2

    Le - nuqqas ta’ interess

    3

    Le - nuqqas ta’ ħin

    4

    Le - raġuni oħra

    PS102_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Tiċħid materjali

    Varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika

    Stress finanzjarju

    HD080

     

    Bdil ta’ għamara mkagħbra

    1

    Iva

    2

    Le - ma tistax taffordjaha

    3

    Le - raġuni oħra

    HD080_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    Varjabbli li japplikaw fil-livell personali (Persuni li għandhom aktar minn 16-il sena)

    Ħtiġijiet bażiċi

    PD020

     

    Bdil ta’ ħwejjeġ imkagħbra ma’ xi ħwejjeġ ġodda (mhux użati)

    1

    Iva

    2

    Le - ma tistax taffordjhom

    3

    Le - raġuni oħra

    PD020_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PD030

     

    Żewġ pari żraben ta’ daqs tajjeb (inkluż par żarbun għall-istaġuni kollha)

    1

    Iva

    2

    Le - ma tistax taffordjhom

    3

    Le - raġuni oħra

    PD030_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Attivitajiet soċjali u ta’ divertiment

    PD050

     

    Laqgħa mal-ħbieb/familja (qraba) għal xarba/ikla mill-inqas darba f’xahar

    1

    Iva

    2

    Le - ma tistax taffordjaha

    3

    Le - raġuni oħra

    PD050_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PD060

     

    Sehem regolari f’attività ta’ divertiment

    1

    Iva

    2

    Le - ma tistax taffordjaha

    3

    Le - raġuni oħra

    PD060_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    PD070

     

    Tonfoq ammont żgħir ta’ flus kull ġimgħa għalik

    1

    Iva

    2

    Le - ma tistax taffordjah

    3

    Le - raġuni oħra

    PD070_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

    Oġġetti durabbli

    PD080

     

    Konnessjoni mal-Internet għall-użu personali fid-dar

    1

    Iva

    2

    Le - ma tistax taffordjaha

    3

    Le - raġuni oħra

    PD080_F

    1

    Mimlija

    – 1

    Nieqsa

    – 3

    Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb


    Top