Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0050

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 50/2014 tal- 20 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

    ĠU L 16, 21.1.2014, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/50/oj

    21.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 16/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 50/2014

    tal-20 ta’ Jannar 2014

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja,

    Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja u partikolarment l-Artikolu 41 u 16 tiegħu flimkien mal-punt 4 tat-Taqsima 3(a) tal-Anness IV tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 (1) li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni. It-Taqsima 2 tal-Kapitolu II ta’ dak ir-Regolament tittratta d-determinazzjoni u l-eliminazzjoni ta’ kwantitajiet żejda ta’ zokkor preżenti fil-Kroazja fid-data tal-adeżjoni tagħha. B’mod partikolari tistabbilixxi dati ta’ għeluq għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, għall-eliminazzjoni tagħhom u għall-provi tal-eliminazzjoni li għandhom jingħataw mill-operaturi identifikati fil-Kroazja. Tiffissa wkoll perjodi ta’ referenza li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-imposti għall-Kroazja jekk il-kwantitajiet żejda ta’ zokkor ma jiġux eliminati.

    (2)

    Minħabba ż-żmien meħtieġ għall-analiżi bir-reqqa tat-tagħrif ikkomunikat mill-Kroazja u d-diskussjoni ma’ dak l-Istat Membru u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tal-Kapitolu II, tat-Taqsima 2 tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013, huwa meħtieġ li jiġu estiżi d-dati ta’ għeluq stabbiliti f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni sa fejn jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 170/2013 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 7(1), “il-31 ta’ Jannar 2014”għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Settembru 2014”;

    (2)

    Fl-Artikolu 9(1), “il-31 ta’ Ottubru 2014”għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Ġunju 2015”;

    (3)

    L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    “il-31 ta’ Ottubru 2014” għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Ġunju 2015”;

    (b)

    “it-30 ta’ Ġunju 2015” għandha tinbidel b’“id-29 ta’ Frar 2016”;

    (4)

    L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, “il-31 ta’ Jannar 2015” għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Settembru 2015”;

    (b)

    Fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2, “il-31 ta’ Ottubru 2014” għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Ġunju 2015”;

    (5)

    L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, “it-28 ta’ Frar 2015” għandha tinbidel b’“il-31 ta’ Ottubru 2015”;

    (b)

    Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu “il-31 ta’ Ottubru 2014” għandha tinbidel b’“it-30 ta’ Ġunju 2015”;

    (ii)

    fit-tieni subparagrafu “it-30 ta’ Ġunju 2015” għandha tinbidel b’“id-29 ta’ Frar 2016”;

    (iii)

    fit-tielet subparagrafu, “it-30 ta’ April 2015” għandha tinbidel b’ “il-31 ta’ Diċembru 2015”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta’ Frar 2013 li jistipula miżuri ta’ tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (ĠU L 55, 27.2.2013, p. 1).


    Top