EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0014

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 14/2014 tat- 8 ta’ Jannar 2014 li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqin mill- 1 sat- 3 ta’ Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum

ĠU L 4, 9.1.2014, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/14/oj

9.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 14/2014

tat-8 ta’ Jannar 2014

li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni mressqin mill-1 sat-3 ta’ Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għall-qamħirrum

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 277 988 tunnellata qamħirrum (in-numru tas-serje 09.4131).

(2)

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 ffissa għal 138 994 tunnellata l-kwantità tas-subperjodu nru 1 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2014.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqin mill-1 sat-3 ta’ Jannar 2014 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema limitu jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, filwaqt li jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(4)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux liċenzji għall-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 969/2006 għas-subperjodu kurrenti tal-kwota.

(5)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal-liċenzja għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tal-kwota msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, imressqa mill-1 sat-3 ta’ Jannar 2014 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta’ liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 2,367163 %.

2.   Il-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mit-3 ta’ Jannar 2014 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, huwa sospiż għas-subperjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.


Top