This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0109
Commission Delegated Directive 2014/109/EU of 10 October 2014 amending Annex II to Directive 2014/40/EU of the European Parliament and of the Council by establishing the library of picture warnings to be used on tobacco products Text with EEA relevance
Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/109/UE tal- 10 ta' Ottubru 2014 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi librerija ta' twissijiet bl-istampi li għandhom jintużaw fuq prodotti tat-tabakk Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/109/UE tal- 10 ta' Ottubru 2014 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi librerija ta' twissijiet bl-istampi li għandhom jintużaw fuq prodotti tat-tabakk Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 360, 17.12.2014, pp. 22–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
17.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 360/22 |
DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/109/UE
tal-10 ta' Ottubru 2014
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi tistabbilixxi librerija ta' twissijiet bl-istampi li għandhom jintużaw fuq prodotti tat-tabakk
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3)(b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/40/UE jistipula li kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' prodotti tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien sakemm mhux eżentati skont l-Artikolu 11. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom jinkludu, inter alia, waħda mit-twissijiet miktuba elenkati fl-Anness I u ritratt bil-kulur korrispondenti speċifikat fil-librerija tal-istampi fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Barra minn hekk, id-Direttiva 2014/40/UE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati sabiex tistabbilixxi u tadatta l-librerija tal-istampi fl-Anness II filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE għandu jiġi emendat kif jixraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2014/40/UE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-20 ta' Mejju 2016. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-20 ta' Mejju 2016.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS II
Librerija tal-Istampi (ta' twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien)
(imsemmija fl-Artikolu 10(1))
Is-sett 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Is-sett 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||
Is-sett 3
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||