This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0102
Council Directive 2014/102/EU of 7 November 2014 adapting Directive 2013/34/EU of the European Parliament and of the Council on the annual financial statements, consolidated financial statements and related reports of certain types of undertakings, by reason of the accession of the Republic of Croatia Text with EEA relevance
Direttiva tal-Kunsill 2014/102/UE tas- 7 ta' Novembru 2014 li tadatta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kunsill 2014/102/UE tas- 7 ta' Novembru 2014 li tadatta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 334, 21.11.2014, pp. 86–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/86 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/102/UE
tas-7 ta' Novembru 2014
li tadatta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għal dak l-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
It-tipi rilevanti ta' impriżi Kroati għandhom jiddaħħlu fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) sabiex jipprovdu għall-kamp ta' applikazzjoni rilevanti tal-miżuri ta' koordinazzjoni previsti minn dik id-Direttiva fil-Kroazja. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-emendi għandu jkun limitat għal adattamenti tekniċi meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2013/34/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-20 ta' Lulju 2015. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom l-ewwel japplikaw għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw is-snin finanzjarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew matul is-sena kalendarja 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi dwar kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
ANNESS
Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
. |
|
(2) |
fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
. |