This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0086
Council Directive 2014/86/EU of 8 July 2014 amending Directive 2011/96/EU on the common system of taxation applicable in the case of parent companies and subsidiaries of different Member States
Direttiva tal-Kunsill 2014/86/UE tat- 8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti
Direttiva tal-Kunsill 2014/86/UE tat- 8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti
ĠU L 219, 25.7.2014, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/40 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/86/UE
tat-8 ta' Lulju 2014
li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE (3) teżenta d-dividendi u d-distribuzzjoni ta' profitti oħrajn imħallsa mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji prinċipali tagħhom mit-taxxi minn ras il-għajn u telimina t-tassazzjoni doppja ta' tali introjtu fil-livell tal-kumpannija prinċipali. |
(2) |
Il-benefiċċji tad-Direttiva 2011/96/UE ma għandhomx iwasslu għal sitwazzjonijiet ta' nontassazzjoni doppja u, b'hekk, jiġġeneraw benefiċċji fiskali mhux intenzjonati għal gruppi ta' kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti meta mqabbla ma' gruppi ta' kumpanniji tal-istess Stat Membru. |
(3) |
Għall-finijiet biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' nontassazzjoni doppja li jirriżultaw minn diskrepanzi fit-trattament tat-taxxa tad-distribuzzjonijiet tal-profitti bejn l-Istati Membri, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali u l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti tagħha ma għandhomx jippermettu li dawk il-kumpanniji jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-taxxa applikata fuq profitti mqassma riċevuti, sal-punt li tali profitti jkunu deduċibbli mis-sussidjarja tal-kumpannija prinċipali. |
(4) |
Huwa xieraq li tiġi aġġornata l-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2011/96/UE biex jiġu inklużi forom oħra ta' kumpanniji soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji fil-Polonja u forom oħra ta' kumpanniji li ġew introdotti fil-liġi tal-kumpanniji tar-Rumanija. |
(5) |
Id-Direttiva 2011/96/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2011/96/UE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
2. |
Fl-Anness I, il-parti A, il-punt (u) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
3. |
Fl-Anness I, il-parti A, il-punt (w) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir it-tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) Opinjoni tat-2 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-25 ta' Marzu 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta' Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).