Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0064

    Direttiva 2014/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tad-databases tal-kompjuter li huma parti min-netwerks ta’ sorveljanza fl-Istati Membri

    ĠU L 189, 27.6.2014, p. 161–163 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/64/oj

    27.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 189/161


    DIRETTIVA 2014/64/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta’ Mejju 2014

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tad-databases tal-kompjuter li huma parti min-netwerks ta’ sorveljanza fl-Istati Membri

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (3) tapplika għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini u suwini. Din tistipula li l-awtorità kompetenti fi Stat Membru tista’ tintroduċi sistema ta’ netwerks ta’ sorveljanza. Dawk in-netwerks jinkludu database tal-kompjuter li għandu jkun fiha, bħala minimu, għadd ta’ elementi stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE, inkluż il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta’ kull annimal.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini. Jirrikjedi bħala regola ġenerali li ż-żewġ mezzi ta’ identifikazzjoni uffiċjali allokati lil annimal jkollhom l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni. Madankollu, waqt il-fazi tal-aġġustament tal-bidu għall-użu ta’ identifikaturi elettroniċi bħala mezz ta’ identifikazzjoni uffiċjali, ma jistax jiġi eskluż li f’xi każijiet, limitazzjonijiet tekniċi relatati mal-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni oriġinali ta’ annimal jistgħu jimpedixxu r-riproduzzjoni ta’ dak il-kodiċi fuq identifikatur elettroniku. Dan jista’ jiġri fejn il-karattri li jiffurmaw il-kodiċi ta’ identifikazzjoni eżistenti ta’ annimal jimpedixxu li dak il-kodiċi jiġi konvertit f’format elettroniku. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jipprevedi derogi transitorji speċifiċi li jippermettu l-użu ta’ identifikatur elettroniku anke għal dawk l-annimali, dment li tkun żgurata traċċabilità sħiħa u li l-annimali jistgħu jiġu identifikati individwalment, inkluż l-istabbiliment fejn twieldu. Il-possibbiltà li jintużaw tali identifikaturi elettroniċi għandha tiġi riflessa fil-lista ta’ elementi tad-databases tal-kompjuter stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE.

    (4)

    Biex ikun hemm konsistenza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-tip ta’ identifikatur elettroniku, jekk ikun applikat għall-annimali għandu wkoll jiżdied mal-lista ta’ elementi li għandhom jiġu inklużi fid-databases tal-kompjuter stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE.

    (5)

    Għalhekk, id-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Fil-parti C tal-Artikolu 14(3), tad-Direttiva 64/432/KEE, il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(1)

    għal kull annimal:

    il-kodiċi uniku jew kodiċijiet uniċi ta’ identifikazzjoni, fir-rigward tal-każijiet spjegati fl-Artikoli 4(1), 4b, 4c(1) u 4d tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament u tal-Kunsill (*),

    id-data tat-twelid,

    is-sess,

    ir-razza jew il-kulur,

    il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-omm jew, fil-każ ta’ annimal impurtat minn pajjiż terz, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-mezz individwali ta’ identifikazzjoni allokat lill-annimal mill-Istat Membru tad-destinazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000,

    in-numru ta’ identifikazzjoni tal-istabbiliment fejn twieled,

    in-numri ta’ identifikazzjoni tal-istabbilimenti kollha fejn inżamm l-annimal u d-dati ta’ kull bidla ta’ stabbiliment,

    id-data tal-mewt jew tal-qtil,

    it-tip ta’ identifikatur elettroniku, jekk applikat lill-annimal.

    Artikolu 2

    1.   Sat-18 ta’ Jannar 2016, l-Istati Membri għandhom għandhom idaħħlu fis-seħħil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih.

    Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-18 ta’ Lulju 2019.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. KOURKOULAS


    (1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 64.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2014.

    (3)  Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

    (4)  Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u dwar it-tikkettjar ta’ ċanga u prodotti taċ-ċanga u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).


    Top