This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0044
Commission Directive 2014/44/EU of 18 March 2014 amending Annexes I, II and III to Directive 2003/37/EC of the European Parliament and of the Council on type-approval of agricultural or forestry tractors, their trailers and interchangeable towed machinery, together with their systems, components and separate technical units Text with EEA relevance
Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE tat- 18 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE tat- 18 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 82, 20.3.2014, pp. 20–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Impliċitament imħassar minn 32013R0167
|
20.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 82/20 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/44/UE
tat-18 ta’ Marzu 2014
li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 19(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/37/KE waqqfet is-sistema tal-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, u b’hekk ġabitha konformi mar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni għat-tmexxija ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE (2), hija waħda mid-Direttivi separati fil-qafas tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip stabbilita bid-Direttiva 2003/37/KE. Id-Direttiva 2000/25/KE ġiet emendata sabiex tinkludi diversi modifiki tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (3), rigward l-adattament għall-progress tekniku, l-introduzzjoni ta’ stadji ġodda ta’ emissjonijiet, l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni tat-tip alternattivi u l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ flessibbiltà. |
|
(3) |
Sabiex jitqiesu dawk l-emendi tad-Direttiva 2000/25/KE, id-dispożizzjonijiet amministrattivi korrispondenti tad-Direttiva 2003/37/KE għandhom jiġu aġġornati. |
|
(4) |
L-Annessi I, II, u III tad-Direttiva 2003/37/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tad-Direttiva (KE) Nru 2003/37/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test rilevanti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2003/37/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-Mudell A huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fl-Anness II, il-Kapitolu C, Parti II, it-Taqsima 2 hija sostitwita b’dan li ġej: “2. Ir-riżultati tat-testijiet tal-emissjoni tal-egżost In-numru tad-Direttiva ta’ bażi u l-emenda l-aktar riċenti applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE. Għal Direttiva b’żewġ fażijiet jew aktar ta’ applikazzjoni, indika liema fażi: … Varjant/verżjoni: …
(1) Ħassar fejn ma japplikax." (*4) Fejn huwa applikabbli.” " |
|
(3) |
Il-Parti I, A tal-Anness III hija emendata kif ġej:
|
(*3) ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.”
(1) Ħassar fejn ma japplikax.
(*4) Fejn huwa applikabbli.”
(2) Iddikjara l-metodu tat-test użat;”
(3) Ħassar fejn ma japplikax.
(*5) Fejn huwa applikabbli.” ”
(*1) Għad-dettalji kollha ara t-Taqsima 3.2.
(*2) Għad-dettalji kollha ara t-Taqsima 3.4.”;