Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0011

    Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2014/11/UE tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal kromju eżavalenti fid-dispensaturi tal-alkali użati għall-ħolqien tal-fotokatodi fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet bir-raġġi X sal- 31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi bir-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l- 1 ta’ Jannar 2020 Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 4, 9.1.2014, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2014/11/oj

    9.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 4/65


    DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/11/UE

    tat-18 ta’ Ottubru 2013

    li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal kromju eżavalenti fid-dispensaturi tal-alkali użati għall-ħolqien tal-fotokatodi fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet bir-raġġi X sal-31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi bir-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2020

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu tal-kromju eżavalenti fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

    (2)

    Il-kromju eżavalenti jintuża fid-dispensaturi tal-alkali li jitużaw għall-ħolqien tal-fotokatodi fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet bir-raġġi X. L-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tal-kromju eżavalenti fil-proċess tal-fabrikazzjoni tal-fotokatodi mhijiex possibbli billi bħalissa s-sostituti u t-teknoloġiji alternattivi mhumiex affidabbli jew disponibbli biżżejjed biex ikopru l-firxa sħiħa tad-domanda għall-prodotti.

    (3)

    Xi kromju eżavalenti mill-proċess tal-fabrikazzjoni tal-fotokatodi inevitabbilment jibqa’ ġewwa l-prodott li jitqiegħed fis-suq.

    (4)

    Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


    ANNESS

    Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 30 li ġej:

    “30.

    Kromju eżavalenti fid-dispensaturi tal-alkali użati għall-ħolqien tal-fotokatodi fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet bir-raġġi X sal-31 ta’ Diċembru 2019 u fil-parts ta’ sostituzzjoni għas-sistemi bir-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta’ Jannar 2020.”


    Top