Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014H0663

2014/663/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Settembru 2014 li temenda l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2013/711/UE dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 272, 13.9.2014, pp. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2014/663/oj

13.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/17


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2013/711/UE dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/663/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli ta' azzjoni għad-diossini u PCB simili għad-diossini ġew stabbiliti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/711/UE (1) sabiex jistimolaw approċċ proattiv għat-tnaqqis tal-preżenza tad-diossini u tal-PCBs simili għad-diossini fl-ikel.

(2)

Huwa xieraq li l-livell ta' azzjoni għall-PCBs simili għad-diossini fit-tafal bħala suppliment tal-ikel jiġi allinjat mal-livell ta' azzjoni applikabbli għall-istess tafal maħsub għall-għalf tal-annimali kif stabbilit bid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u li l-livell ta' azzjoni għad-diossini u għall-PCBs simili għad-diossini fiċ-ċereali intenzjonati għall-konsum mill-bniedem jiġi allinjat mal-livelli ta' azzjoni applikabbli għaċ-ċereali intenzjonati għall-għalf tal-annimali.

(3)

Iż-żrieragħ żejtnija nstabu kkontaminati bid-diossini u bil-PCBs simili għad-diossini u filwaqt li ġie stabbilit livell ta' azzjoni għaż-żrieragħ żejtnija intenzjonati għall-għalf tal-annimali, ma ġie stabbilit l-ebda livell bħal dan għaż-żrieragħ żejtnija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli ta' azzjoni għad-diossini u għall-PCBs simili għad-diossini fiż-żrieragħ żejtnija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem.

(4)

Għall-frott u l-ħxejjex imnixxfin (inklużi l-ħxejjex aromatiċi mnixxfa) huwa xieraq li jiġu applikati fatturi ta' konċentrazzjoni speċifiċi għat-tnixxif kif previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3).

(5)

Għaldaqstant, ir-Rakkomandazzjoni 2013/711/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2013/711/UE qed jitbiddel bl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/711/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 dwar it-tnaqqis tal-preżenza ta' diossini, furani u PCBs fl-għalf u fl-ikel (ĠU L 323, 4.12.2013, p. 37).

(2)  Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).


ANNESS

“ANNESS

Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘Diossini + furani (WHO-TEQ)’ tfisser it-total ta' poliklorodibenżo-p-diossini (PCDDs) u poliklorodibenżofurani (PCDFs), espress bħala l-ekwivalent tossiku tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bl-użu tal-fatturi ta' ekwivalenza tossika tad-WHO (WHO–TEFs);

(b)

Il-‘PCBs simili għad-diossini (WHO-TEQ)’ tfisser it-total ta' poliklorobifenili (PCBs), espress bħala l-ekwivalent tossiku tad-WHO bl-użu tad-WHO-TEFs;

(c)

Id-‘WHO-TEFs’ tfisser il-fatturi ta' ekwivalenza tossika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem ibbażata fuq il-konklużjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) — il-laqgħa tal-esperti tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtá tas-Sustanzi Kimiċi (IPCS) li saret f'Ġinevra f'Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006)).

IKEL

LIVELL TA' AZZJONI GĦAD-DIOSSINI + FURANI (WHO-TEQ) (1)

LIVELL TA' AZZJONI GĦALL-PCBs SIMILI GĦAD-DIOSSINI (WHO-TEQ) (1)

Laħam u prodotti tal-laħam (ħlief il-ġewwieni li jittiekel) (2) tal-annimali li ġejjin

 

 

annimali bovini u nagħaġ

tjur

ħnieżer

Xaħmijiet imħallta

1,75 pg/g xaħam (3)

1,25 pg/g xaħam (3)

0,75 pg/g xaħam (3)

1,00 pg/g xaħam (3)

1,75 pg/g xaħam (3)

0,75 pg/g xaħam (3)

0,50 pg/g xaħam (3)

0,75 pg/g xaħam (3)

Laħam tal-muskoli ta' ħut imrobbi u prodotti ta' ħut imrobbi

1,50 pg/g piż imxarrab

2,50 pg/g piż imxarrab

Ħalib mhux ipproċessat (2) u prodotti tal-ħalib (2), inkluż ix-xaħam tal-butir

1,75 pg/g xaħam (3)

2,00 pg/g xaħam (3)

Bajd tat-tiġieġ u prodotti tal-bajd (2)

1,75 pg/g xaħam (3)

1,75 pg/g xaħam (3)

Tafal bħala suppliment tal-ikel

0,50 pg/g piż imxarrab

0,50 pg/g piż imxarrab

Ċereali u żrieragħ żejtnija

0,50 pg/g piż imxarrab

0,35 pg/g piż imxarrab

Frott u ħxejjex (inklużi ħxejjex aromatiċi friski) (4)

0,30 pg/g piż imxarrab

0,10 pg/g piż imxarrab


(1)  Konċentrazzjonijiet superjuri: Il-konċentrazzjonijiet superjuri jiġu kkalkolati billi wieħed jassumi li l-valuri kollha tad-diversi konġeneri anqas mil-limitu tal-kwantifikazzjoni huma daqs il-limitu tal-kwantifikazzjoni.

(2)  L-oġġetti tal-ikel elenkati f'din il-kategorija kif inhuma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(3)  Il-livelli ta' azzjoni mhumiex applikabbli għall-prodotti tal-ikel li fihom < 2 % xaħam.

(4)  Għall-frott imnixxef u l-ħxejjex imnixxfa (inklużi ħxejjex aromatiċi mnixxfa), l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa applikabbli. Għall-ħxejjex aromatiċi mnixxfa, irid jitqies fattur ta' konċentrazzjoni bħala konsegwenza ta' tnixxif ta' 7.”


Top