Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0939

2014/939/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mat-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi il-Baxxi (notifikata bid-dokument C(2014) 9741) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 366, 20.12.2014, p. 104–108 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/939/oj

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/104


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Diċembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mat-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi il-Baxxi

(notifikata bid-dokument C(2014) 9741)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/939/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Wara n-notifika tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda bit-tiġieġ tal-bajd f'Hekendorp fil-provinċja ta' Utrecht, fis-16 ta' Novembru 2014, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/808/UE (3).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/808/UE tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mwaqqfa mill-Pajjiżi l-Baxxi f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4) għandhom jinkludu tal-inqas dawk iż-żoni mniżżla bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni.

(3)

Il-miżuri protettivi interim li ttieħdu wara din it-tifqigħa f'Hekendorp, il-Pajjiżi l-Baxxi, ġew riveduti fl-20 ta' Novembru 2014 fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Il-miżuri ġew ikkonfermati u l-Anness ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni emendat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/EU (5) biex iqis iż-żoni ta' protezzjoni minn tifqigħat u sorveljanza li ġew stabbiliti madwar il-villaġġi ta' Ter Aar u Kamperveen, fejn qed jiġu applikati restrizzjonijiet veterinarji f'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE.

(4)

Fit-30 ta' Novembru 2014 tifqigħa oħra ġiet ikkonfermata f'razzett tat-tjur f Zoeterwoude f'Zuid-Holland. Il-miżuri skont id-Direttiva 2005/94/KE ġew minnufih implimentati u fosthom twaqqfu ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza.

(5)

Biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li xi pajjiż terz jimponi ostakli mhux ġustifikati fuq il-kummerċ, jeħtieġ li jiġu definiti ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti minħabba t-tfaqigħa l-ġdida fil-Pajjiżi l-Baxxi fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru u li jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE għandha tiġi emendata skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/808/UE tas-17 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi interim relatati mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi (ĠU L 332, 19.11.2014, p. 44).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE tal-25 ta' Novembru 2014 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta ma' tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi il-Baxxi. (ĠU L 341, 27.11.2014, p. 16).


ANNESS

Dan li ġej jiżdied taħt il-Parti A:

“ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi postali/ADNS

Muniċipalità ta' Zoeterwoude, provinċja ta' Zuid-Holland:

Żona li tinkludi:

22.12.2014

 

 

 

Mill-intersezzjoni A4/N11, tul l-A4 fid-direzzjoni tat-Tramuntana sal-intersezzjoni A4/N446.

Tul l-N446 (Doespolderweg, Ofwegen, Kerkweg, Kruisweg) fid-direzzjoni tax-Xlokk sal-Woudwetering (ilma).

Tul il-Woudewetering fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-Oude Rijn (ilma).

Tul l-Oude Rijn fid-direzzjoni tal-Lvant sal-Gemeneweg/N209.

Tul il-Gemeneweg/N209 fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-Hoogeveenseweg.

Tul il-Hoogeveenseweg fid-direzzjoni tal-Lvant sal-Heereweg.

Tul il-Heereweg fid-direzzjoni tal-Lvant bi dħul fid-Dorpsstraat sas-Slootweg.

Tul Slootweg fid-direzzjoni tal-Grigal sa Aziëweg.

Tul l-Aziëweg fid-direzzjoni ta' Nofsinhar sa Europaweg.

Tul l-Europaweg fid-direzzjoni tal-Lbiċċ sal-N206.

Tul l-N206 fid-direzzjoni tal-Majestral sal-A4.

Tul l-A4 fid-direzzjoni tal-Grigal sal-intersezzjoni A4/N11.”

 

Dan li ġej jiżdied taħt il-Parti B:

“ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi Postali/ADNS

Muniċipalità ta' Zoeterwoude, provinċja ta' Zuid-Holland:

Żona li tinkludi:

31.12.2014

 

 

 

Mill-intersezzjoni A44/Lisserdijk, tul il-Lisserdijk fid-direzzjioni tal-Lvant bi dħul fil-Huigsloterdijk bi dħul fil-Leimuiderdijk sal-N207 Provincialeweg.

Tul l-N207 Provincialeweg fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-N446.

Tul l-N446 fid-direzzjoni tal-Lvant sal-Aardamseweg.

Tul l-Aardamseweg fid-direzzjoni tal-Lvant sal-Oostkanaalweg.

Tul l-Oostkanaalweg fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-Nieuwkoopseweg.

Tul in-Nieuwkoopseweg fid-direzzjoni tal-Lvant sat-Treinweg.

Tul it-Treinweg fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-Oude Rijn (ilma).

Tul l-Oude Rijn fid-direzzjoni tal-Lvant sal-Goudse Rijpad.

Tul il-Goudse Rijpad fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sar-Rijerskoop.

Tul ir-Rijerskoop fid-direzzjoni tal-Punent saż-Zuidwijk

Tul iż-Zuidwijk fid-direzzjoni tan-Nofsinhar bi dħul fir-Randenburgseweg sal-N207.

Tul l-N207 fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-Brugweg.

Tul il-Brugweg fid-direzzjoni tal-Punent sal-Kanaaldijk.

Tul il-Kanaaldijk fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sad-Dreef.

Tul id-Dreef fid-direzzjoni tal-Punent sal-Beijerincklaan.

Tul il-Beijerincklaan fid-direzzjoni tal-Lbiċċ sal-A12.

Tul l-A12 fid-direzzjoni tal-punent sar-Rotte (ilma)

Tul ir-Rotte fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-Lange Vaart.

Tul il-Lange Vaart fid-direzzjoni tal-punent bi dħul fil-Groendelseweg sal-Munnikenweg.

Tul il-Munnikenweg fid-direzzjoni tal-Punent sal-Berkelseweg.

Tul il-Berkelsweg fid-direzzjoni tal-Grigal sal-Katwijkerlaan.

Tul il-Katwijkerlaan fid-direzzjoni tal-Lbiċċ sal-Nieuwkoopseweg.

Tul il-Nieuwkoopseweg fid-direzzjoni tal-Grigal sal-`s Gravenweg.

Tul l-`s Gravenweg fid-direzzjoni tal-Punent sal-linja tal-ferrovija Rotterdam/Leiderdorp.

Tul il-linja tal-ferrovija Rotterdam Leiderdorp fid-direzzjoni tat-Tramuntana sal-A12.

Tul l-A12 fid-direzzjoni tal-Punent sal-A4/intersezzjoni Prins Clausplein.

Tul l-A4 fid-direzzjoni tat-Tramuntana sal-N14.

Tul l-N14 fid-direzzjoni tal-Punent bi dhul fl-N14/Rijksstraatweg fid-direzzjoni tat-Tramuntana sar- Rust en Vreugdelaan.

Tul ir-Rust en Vreugdelaan fid-direzzjoni tal-Punent bi dħul fil-Lijsterlaan sal-Jagerslaan.

Tul il-Jagerslaan zuide fid-direzzjoni tat-Tramuntana bi dħul fil-Jagerslaan noord sal-Katwijkerweg.

Tul il-Katwijkerweg fid-direzzjoni tal-majistrall bi dħul fil-Wassenaarseweg sal-N206/Provincialeweg.

Tul l-N206/Provincialeweg fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sas-Sandtlaan.

Tul is-Sandtlaan fid-direzzjoni tal-Lvant bi dħul fl-Oegstgeesterweg sal-Brouwerstraat.

Tul il-Brouwerstraat fid-direzzjoni tat-Tramuntana bi dħul fin-Noordwijkerweg sal-Voorhoutenweg.

Tul il-Voorhoutenweg fid-direzzjoni tal-Grigal sal-Vinkenweg.

Tul il-Vinkenweg fid-direzzjoni tal-Lvant sal-Elsgeesterweg.

Tul l-Elsgeesterweg fid-direzzjoni tal-Grigal bi dħul fl-Eerste Elsgeesterweg sal-N444/Leidsevaart.

Tul l-N444/Leidsevaart fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sal-A44.

Tul l-A44 fid-direzzjoni tal-Lvant sal-intersezzjoni A44/Lisserdijk.”

 


Top